Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-ħajja politika qatt mhi nieqsa mill-kontroversji u għalkemm kull politiku jinsisti li jekk ikun elett ikun onest u trasparenti fil-qadi ta' dmirijietu, jidher li din il-wegħda malajr tintesa minn bosta hekk kif isibu ruħhom fil- parlament. Matul l-aħħar xhur u ġimgħat smajna b'diversi każijiet li għandhom iħammru wiċċ il- politiċi li kienu responsabbli meta seħħew in-nuqqasijiet. Nuqqasijiet li meta wieħed iqis id-dimensjoni tagħhom jasal faċilment biex jifhem kemm kien hemm min lest jabbuża mill- poter li kien fdat f 'idejh. Skandli li jammontaw għal miljuni jew eluf kbar ta' ewro f 'serq minn fuq dar il-poplu li jaħdem u jistinka biex jaqla' l-għixien tiegħu u jħallas it- taxxi biex l-istess taxxi suppost jinqasmu f 'ġid komuni. L-iskandlu ta' Mater Dei hu wieħed li ħasad u xxokkja lil min qatt m'għaddielu minn moħħu li hawn min kien lest li jbagħbas fil-kwalità tal-konkrit tal-isptar u mingħajr ebda skruplu jpoġġi saħħet il-poplu f 'riskju kbir. Smajna wkoll bil-prattika rampanti li kien hemm fil-gżira Għawdxija fejn xogħlijiet minn ħaddiema u materjali pubbliċi kienu jsiru fil-privat sabiex ikunu żgurati l-voti. Ma' dawn hemm ukoll ix-xiri ta' propjetà u esproprjazzjoni ta' art li qajmu kontroversji sħaħ bħal ma' ġara fil-każ tal-Cafe Premier u wkoll ix-xiri ta' parti minn propjetà li tinsab fi Triq Iz-Zekka. U ma' kull każ tinfetaħ inkjesta, jekk mhux tnejn, sabiex suppost tkun magħrufa l-verità, xejn ħlief il-verità li l-poplu għandi dritt sagrosant li jkun jaf. U l-politiċi jippuntaw subgħajhom lejn xulxin bla ma ħadd jassumi responsabilità politika. Jakkużaw li hemm tfigħ ta' tajn jew li qegħdin jaljenaw in-nies waqt li l-poplu jibqa' mbellah bli qed jisma' u ssummat għax ma jista' jagħmel xejn. Il-prattika li l-politiċi jibqgħu għaddejjin b'xogħolhom, anke meta jkunu qed isiru inkjesti fuqhom jew l-operat tagħhom, kemm jekk huma fil-gvern u kemm jekk huma fl-oppożizzjoni, għandha tispiċċa darba għal dejjem. Bħalma l-Partit Laburista nsista mal-Partit Nazzjonalista li Giovanna Debono kellha tkun sospiża meta feġġew l-allegazzjonijiet kontra żewġha, hekk ukoll kellu jagħmel il- Partit Laburista fil-każ tax-xiri ta' propjetà fi Triq iz-Zekka mingħand Marco Gaffarena, liema xiri qajjem numru ta' mistoqsijiet dwar kif sar in- negozju ta' parti mill-propjetà li għaliha tħallsu flejjes tajba u ingħataw artijiet oħra bħala parti mill-ftehim, kollox bil-firma tas- segretarju parlamentari Michael Falzon. Jagħmlu ħażin il-politiċi li jaħsbu li xejn mhu xejn u li jistgħu jibqgu jirrumblaw minn fuq il-poplu bla ebda konsegwenzi. In-nies, aktar ma tisma' b'dawn l-iskandli u rregolaritajiet, qed tkompli titlef il-fiduċja fil-klassi politika. Fl-aħħar leġiżlazzjoni l-poplu tilef kompletament il-fiduċja politika li kellu fil-partit nazzjonalista u l-ebda wegħda elettorali ma ġabet lura lil dawk l-eluf kollha li kienu ddeċidew li jibgħatuh fl-oppożizzjoni. Għaldaqstant, waqt li l-Partit Laburista fil-gvern għaddej bil-laqgħat pubbliċi ta' Gvern Li Jisma', jagħmel tajjeb jekk jisma' wkoll lil min jinsab imxebba' mill-arroganza u jintroduċi miżuri u sistemi li jiggarantixxu l-onestà u t-trasparenza fost il- klassi politika. Il-fiduċja fil-klassi politika