Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 31 SPORTSillum Li jkolli ċ-ċans li nilgħab ma' Lionel Messi ma' Barcelona tkun ħolma li ssir realtà - Paul Pogba JEKK kien hemm żewġ plejers li ġew osservati b'mod speċjali waqt il-finali tal-UEFA Champions League ta' nhar is-Sibt 6 ta' Ġunju, bejn Juventus u Barcelona, m'hemmx dubju li dawn ma kienu ħadd ħlief Lionel Messi u Paul Pogba. U propju, fl-aħħar jiem, Paul Pogba, li kellu staġun mill-aqwa ma' Juventus, matul dan l-istaġun, ammetta li jekk jingħata ċ-ċans li jilgħab ma' Lionel Messi ma' Barcelona, din tkun ħolma li tkun saret realtà għalih. Huwa tenna li Lionel Messi huwa l-aqwa plejer fid-dinja, waqt li huwa jieħu gost jara lill-Katalani jilagħbu, anki meta jitilfu. Paul Pogba kompla li huwa jinsab konxju li Juventus mhux se jkunu qed jibdew bħala favoriti iżda din hija finali u għalhekk kollox jista' jseħħ. Fl-aħħar jiem iċċirkolaw xnigħat u spekulazzjonijet fil-media li l-eks plejer ta' Manchester United jista' jingħaqad ma' Paris Saint- Germain, Manchester City u anki mar-Red Devils, fi trasferimenti li jlaħħqu l-miljuni kbar ta' Ewro. Fost l-akbar dispjaċiri ta' Manchester United f 'dawn l-aħħar snin, m'hemmx dubju li dan kien dak fl- 2012 meta huma tilfu lil dan il-ġojjell, hekk kif kien irrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid magħhom, meta t-tim kien immexxi minn Sir Alex Ferguson, u b'hekk ġie rilaxxat mir-Red Devils fuq trasferiment ħieles. Iżda issa jidher li Manchester United indunaw bl-iżball li għamlu, u reġgħu xeħtu għajnejhom fuqu. Minn meta ħalla lil Manchester United, Paul Pogba, żviluppa f 'wieħed mill- aqwa plejers fix-xena tal-futbol mondjali, fejn ma' Juventus rebaħ tliet titli tas-Serie A, il-Coppa Italia u s-Super Coppa Italiana, waqt li nhar is-Sibt, se jkun qed ifittex li jirbaħ l-ewwel UEFA Champions League fil-karriera tiegħu ma' Juventus. Rigward it-trasferiment possibli tal-plejer ta' nofs il-grawnd miċidjali ta' Juventus ma' Barcelona sa mill-istaġun li ġej, tkellem ukoll l-attakkant prolifiku Brażiljan, Neymar, li saħaq li jemmen li jkun f 'loku b'mod mill-aktar preċiż fit-tim ta' Barcelona, digà mimli stilel, waqt li huma l-plejers żgur li jkunu qed jilqgħu lil dan il-fenomenu b'idejhom miftuħa. Biex inkomplu fuq dan is-suġġett, il-kummenti li għadda Paul Pogba f 'dawn l-aħħar sigħat li fihom esprima l-interess tiegħu li jingħaqad ma' Barcelona sa mill-istagun li ġej, jista' jfisser li huwa jkun qed jaqla' lil xi wieħed mill- istilel ta' Barcelona mit-tim tal-Blaugrana. Huwa fatt magħruf li għalissa Barcelona ma jistgħux jingaġġaw plejers ġodda minħabba s-sanzjoni li ngħataw mill-FIFA rigward trasferimenti, fejn huma ma jistgħux jixtru plejers ġodda sa Jannar tas- sena d-dieħla. Iżda l-kummenti ta' Paul Pogba f 'dawn l-aħħar jiem, ikomplu jżidu mas-saga relatata mat-trasferiment tiegħu ma' xi klabb ġgantesk fl-Ewropa, li mistennija tkompli b'ritmu mgħaġġel matul is-sajf li ġej. Possibiltà li Paul Pogba jsieħeb lil Lionel Messi ma' Barcelona matul is-sajf li ġej Nicola Berti f 'Malta fil-jiem li ġejjin Louis van Gaal irid lil Ashley Young jibqa' ma' Manchester United LINTER Club Malta bi pjaċir ħabbar li l-eks plejer internazzjonali tal-Inter, Nicola Berti, se jkun qed iżur pajjiżna bejn it-18 u t-22 ta' Ġunju li ġej, bħala mistieden tal-Inter Club Malta. Nicola Berti huwa leġġenda tal-Inter li libes il-flokk tan-nerazzurri għal 229 darba bejn l-1988 u l-1998 u skurja 29 gowl, f 'liema staġuni kien rebaħ żewġ Tazzi UEFA, fl-1991 u fl-1994, fejn kien skurja kemm kontra Roma fl-ewwel leg tal- finali tal-1991, kif ukoll kontra Austria Salzburg, fl-ewwel leg tal-finali tal- 1994, kif ukoll l-iscudetto ta-istaġun 1988/89, fl- iskwadra mmexxija minn Giovanni Trapattoni, li baqgħet magħrufa bħala, 'l'Inter dei record'. Berti huwa ukoll eks plejer tat-tim nazzjonali Taljan fejn lagħab 39 darba u skorja tliet darbiet. Huwa kien parti mill-iskwadra li laħqet is-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-Italja fl-1990, u dik li waslet sal-finali ġewwa l-Istati Uniti fl- 1994. L-Inter Club Malta huwa onorat li Nicola Berti aċċetta l-istedina li saritlu sabiex jiġi jqatta' ftit ġranet fil-gżejjer tagħna u jiltaqa' mal-partitarji tal- Inter ġewwa pajjiżna. FOST id-diżappunt kbir li esperjenzaw Manchester United matul l-istaġun li ntemm ftit tal-jiem ilu, m'hemmx dubju li jekk nistgħu nieħdu spunt pożittiv, dan ikun il-plejer internazzjonali Ingliż Ashley Young. Dan hekk kif huwa impressjona bis-sħiħ mar-Red Devils u f 'numru ta' logħbiet kien fost l-aqwa players tat-team minn Old Trafford. B'dan intebaħ ukoll il- kowċ Olandiż Louis van Gaal li jidher li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiltaqa' mal-aġent ta' Ashley Young u anki mad-diriġenti ta' Manchester United, biex jitlob li l-kuntratt tal- plejer żagħżugħ Ingliż ma' Manchester United li jiskadi f 'Ġunju tal-2016 ikun imġedded għal iktar snin. Il-leġġenda ħajja ta' Inter, Nicola Berti, li se jkun f 'Malta ftit tal-jiem oħra Il-plejer żagħżugħ ta' Manchester United, Ashley Young, fl-azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015