Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
8 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 Lil hinn mill-kontroversja Iċ-ċaqlieq CHRISTA BOFFA MIN jistudja għaliha, min jistudja fiha, u min jaqla' l-kontroversji dwarha – tista' tgħid li l-università kienet fuq fomm kulħadd tul dan l-aħħar xahrejn. April u Mejju huma xhur assoċjati ma' studju għall- eżamijiet tal-MATSEC, jew għall-eżamijiet tal-università. Iżda din is- sena l-università ssemmiet ukoll f 'dawn ix-xhur minħabba kontroversji varji li nqalgħu hekk kif il-gvern ħabbar il-ftuħ ta' università f 'żona ODZ fiż-Żonqor – każ li żgur m'għandux bżonn ta' introduzzjoni. Iżda, lil hinn mill- kontroversji u l-argumenti favur u kontra – ħaġa li ma jista' jiċħad ħadd huwa l-fenomenu tal- moviment li qed ikun hawn fost iż-żgħażagħ biex jistudjaw – għadda ż-żmien li fih l-istudenti jibqgħu mwaħħla fil-belt jew pajjiż li jkunu twieldu fihom – illum l-istudenti qed jiċċaqalqu – 4.3 miljun minnhom. Dan skont figuri tal-OECD għas-sena 2013 għal dawk l-istudenti li qed jistudjaw fuq livell universitarju barra minn pajjiżhom. Fejn qed imorru l-istudenti? L-aktar popolari mal- istudenti jidhru li huma l-Awstralja, ir-Renju Unit, l-Iżvizzera, New Zealand u l-Awstrija – li l-aktar li jospitaw studenti internazzjonali. 53% mill- istudenti totali ġejjin minn pajjiżi Ażjatiċi – bl-ogħla numri jkunu studenti Ċiniżi, Indjani u Koreani. Il-pajjiżi Ewropej jidher li huma l-favoriti fost l-istudenti ta' livell terzjarju, fejn skont l-istess statistika tal-OECD, jospitaw 48% tal-istudenti. 21% tal-istudenti jmorru f 'universitajiet fl-Amerika ta' Fuq, filwaqt li n-numru ta' studenti internazzjonali li jmorru jistudjaw l-Awstralja trippla mill- 2000. Reġjuni oħra bħall- Ażja, l-Amerika Latina u l-Karibew qed jaraw żieda konsiderevoli fin-numru ta' studenti internazzjonali. Tul dawn l-aħħar tletin sena, in-numru ta' studenti li jistudjaw barra għola b'rata mgħaġġla hekk kif minn 0.8 miljun fl-1975, dan spara għal 4.3 miljun fl-2011 – żieda b'aktar minn ħames darbiet. Bejn l-2000 u l-2011 kien hemm żieda b'aktar mid- doppju f 'dawk l-istudenti li jistudjaw barra, b'medja ta' żieda ta' madwar 7% kull sena. Iżda għaliex student jagħżel li jħalli lil pajjiżu biex jistudja barra? Hemm min jagħmilha għall- avventura, iżda hemm raġunijiet oħra li jmorru lil hinn mis-sens ta' avventura li suppost ikollhom żgħażagħ ta' dik l-età. Skont l-OECD, l-istudenti li jistudjaw barra jistgħu jtejbu l-għarfien tagħhom ta' soċjetajiet u lingwi barranin, u b'hekk ikunu jistgħu jkollhom prospetti akbar fis-settur tax-xogħol fid-dinja globalizzata tal- lum. Fl-Unjoni Ewropea wkoll Ma jistax jonqos li fenomenu hekk ma jkunx koprut mill-Unjoni Ewropea wkoll. Dan għamlitu permezz tal- ERASMUS – l-Iskema ta' Azzjoni tal-Kommunità Ewropea għall-Mobilità tal-Istudenti Universitarji li ġie mnedi fl-1987 – li minn dak iż-żmien 'l hawn sarulu xi tibdiliet biex issa mhux talli studenti jistgħu jmorru jistudjaw barra, imma wkoll jagħmlu apprentistati u esperjenzi ta' xogħol ukoll. Taħt dan il-programm, Mill-Qorti AVUKAT difensur ta' mara mixlija b'diversi akkużi ta'serq u frodi kkritika bl-aħrax is-sistema ġudizzjarja għax, fi kliemu, tipprekludi l-eks ħabsin milli jsibu xogħol wara li jiskontaw is-sentenza tagħhom. Dan qalu l-avukat Peter Fenech lill-Maġistrat Tonio Micallef Trigona wara li tressqet mara ta' 42 sena mixlija li kienet serqet chequebook, mobajl u €930 fi flus kontanti kif ukoll li ħadet €729 mingħand ħanut tal-kompjuters bi frodi. "F'dan il-pajjiż," qal l-avukat, "jiddispjaċini ngħid li jekk ikollok pedina penali mtebba, m'għandekx ċans li ssib xogħol." L-avukat spjega lill- Qorti kif l-imputata kienet ħarġet mill-ħabs u ma sabet għajnuna mingħand ħadd. Ma kinitx intitolata għar-relief, u ħadd ma ried iħaddimha minħabba l-fedina penali tagħha. "Kif nistgħu nistennew li nies bħal dawn ma jerġgħux jaqbdu t-triq tal-kriminalità? Jispiċċaw jaqgħu fil-vizzji tad-droga, prostituzzjoni u serq." Id-difiża ma' talbitx il- benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest, u spjegat li din kienet għażla konxja. "L-imputata tkun aħjar il-ħabs, għax spiss ma jkolliex biex tiekol meta tkun barra." Il-Qorti ordnat li l-mara tinżamm taħt arrest u ordnala li ssegwi programm ta' trattament. RAĠEL Tork li qala' tliet daqqiet ta' sikkina fl-aħħar ta' Mejju waqt ġlieda ma' sewwieq ħafer lill-persuna li tagħhomlu. Kartal Samil Turkdogan xehed quddiem il-maġistrat Antonio Micallef Trigona fil-kumpilazzjoni kontra Badr Abou Snaima, nhar il-Ħamis li għadda. Turkdogan beda x-xhieda tiegħu billi nforma 'l Qorti li kien ħafer lill-imputat, u żied jgħid li li kieku ma kienx jaf kif kellu jiddefendi ruħu, kien żgur jinqatel dakinhar. Snaima jinsab mixli bl- attentat ta' qtil ta' Turkdogan waqt inċident li seħħ għall- ħabta tat-8:30pm nhar it-30 ta' Mejju li għadda, wara argument fuq is-sewqan ta' Snaima li kien għoddu tajjar lil Turkdogan u t-tliett itfal tiegħu huma u jaqsmu t-triq. L-akkużat insista li mhux ħati. Turkdogan spjega li kien kapaċi jiddefendi ruħu minħabba l-fatt li kien ilu jitħarreġ fl-arti marzjali minn meta kellu ħmistax-il sena. Abbażi tal-evidenza li rat, Il- Qorti ddeċidiet li kien hemm biżżejjed provi biex Snaima jitpoġġa taħt att t'akkuża. L-ispettur Saviour Baldacchino mexxa l-prosekuzzjoni. L-avukat Arthur Azzopardi deher għall-akkużat filwaqt li l-avukati Giannella de Marco u Gianluca Caruana Curran kienu parte civile. RAĠEL ta' 54 sena minn Ħal Qormi ntbagħat disa' xhur ħabs wara li nstab ħati li kkawża feriti gravi lir-raġel ta' mara miżżewġa li kien qed jittanta, billi tah xebgħa bis-senter tal-kaċċa tiegħu stess. Il-Maġistrat Doreen Clarke semgħet kif lejliet l-inċident li seħħet f 'l-2011, John Grech kien attakka lil Antonio Spiteri wara li dan tal-aħħar talbu jħallihom fil-paċi hekk kif sab ruħu wiċċ imb'wiċċ ma' Grech hu u sejjer għall-kaċċa. Kif dawwar wiċċu Spiteri, Grech ħataflu l-senter u tah diversi daqqiet bil-biċċa ta' wara tas-senter. Mart il-vittma pprovat twaqqaf ix-xebgħa li kien qiegħed jaqla' żewġha, iżda hi wkoll laqtet daqqa ta' senter. Grech kien għażel li jixhed ukoll, u qal li kien Spiteri li qabad itih bis-senter hu u miexi lejn il-karozza tiegħu. Din kienet ipparkjata biswit dik tal-vittma. Qal li wara ħafna tħabit, irnexxielu joħodlu l-arma minn idejh u telaq biha l-Għassa tal-Pulizija. Iżda l-Qorti ħasset li l-verżjoni tal-imputat ma kien kredibbli xejn meta mqabbel mal-ġrieħi li kien sofra Spiteri. Għaldaqstant sabet lil Grech ħati ta' kkaġunar ta' feriti gravi u ordnat li jintbagħat disa' xhur ħabs, kif ukoll li jbati l-ispejjeż tal-każ. Avukat jikkritika s-sistema ġudizzjarja Qala' tliet daqqiet ta' sikkina u ħafer lil min tahomlu Ħati li kkawża feriti gravi lir-raġel tal- mara miżżewġa li kien qed jittanta MATTHEW AGUIS