Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 25 29 43 15 33 37 58 38 WATERFRONT Dispensary, Forni 2l, Pinto Wharf, Floriana THOMAS'S Pharmacy, 796, Triq il- Kbira San Gużepp, Ħamrun PINTO Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi ĦERBA Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara REMEDIES Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta' Xbiex SAN Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke REMEDIES Pharmacy, 133, Triq Rodolfu (previously "Rudolph Pharmacy"), Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard MEDICINE Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba DISTINCTION Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu CILIA'S Pharmacy, 303, Triq Haż- Żabbar, Fgura GREEN Cross Pharmacy, 31, Misraħ Gregorio Bonnici, Żejtun KIRKOP Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Kirkop SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria TONY'S Pharmacy, Triq il-Qbajjar, Marsalforn L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 19˚ Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 li jsir Punent Majjistru forza 4 u jdur mill-Punent il-Lbiċ forza 3 għal 4 mal-lejl BAĦAR: Moderat li jsir ħafif IMBATT: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 22 °C L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 20 Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent forza 2 għal 3 li jsir varjabbli BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejnal Tkompli minn paġna 1..... Kollox qed jindika li Tsipras qed jaqra sew is-sentiment Grieg u l-maġġoranza mistennija li jarmu l-pjan Ewropew u tal-kredituri għall-iktar piżijiet fil-landa taż-żibel. Dan jista' jkun li jwassal biex il-Greċja titlaq miż-żona ewro u terġa' tintroduċi l-munita Drachma mill-ġdid. Ir-riperkussjonijiet ta' pass bħal dan jistgħu eventwalment jkunu ta' detriment kbir għall-pajjiżi bħal Ċipru, l-Ungerija u l-Bulgarija li jiddependu bil-kbir fuq banek Griegi. Imma mhux biss, minħabba li inkwiet f 'dawn il-pajjiżi membri tal-UE kapaċi jiftħu kaxxa sħiħa ta' inkwiet serju għaż-żona ewro. B'hekk l-istess żona issa qed tħares lejn sitwazzjoni bla preċedent u perikoluż ħafna li jista' jħalli effett agħar mill-kriżi finanzjarja li laqtet lill-Ewropa wkoll lura fl- 2007 u 2008. Biża' u tħassib diġà ħakem lill-Griegi - hekk kif kienu rrapportati kjuwijiet twal ta' nies quddiem il-banek jistennew biex jiġbdu l-flus hekk kif bdew iduru xnigħat li l-Bank Ċentrali Grieg jista' jagħmel restrizzjonijiet fuq il-ġbid ta' flus mill-banek. Dan kien diġà ġara f 'Ċipru wkoll fejn numru ta' banek għamlu restrizzjoni fuq kemm persuna tista tiġbed mill-bank, bil-konsegwenza li s-sitwazzjoni tal-banek kompliet tiġi għall-agħar. Dan kollu apparti l-previżjonijiet u kummenti ta' esperti politiċi u finanzjarji li diġà bdew iduru fil-media. Fost dawn hemm uħud li saħqu li r-referendum ta' nhar il- Ħadd li ġej mhux se jkun wieħed favur jew kontra l-awsterità biss imma se jkollu messaġġ sottili, kontra jew favur l-UE innifisha. Li huwa ċert hu li Tsipras mhux se jieħu riskji u se jżomm sod ma' dak li wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni, li tagħtu l-jedd li jiggverna, jiġifieri li jaħdem biex il-Greċja takkwista ftehim aħjar. Huwa ċar issa li bejn Tispras u l-UE inħolqot xiżma b'wieħed mill-pajjiżi membri tagħha jidher li se jkun qiegħed jirriġetta pjan Ewropew u jieħu triqtu, għall-inqas mill-punt finanzjarju. Ikun interessanti li wieħed jara dan il- preċedent sa fejn se jwassal u x'se jkunu l-konsegwenzi tiegħu. 'Self employed' u bla benefiċċji Kjus biex jiġbdu l-flus mill-banek Tkompli minn paġna 1..... Iżda dan mhux kollox, fil-fatt dawk li tkellmu mal- ILLUM qalu illi l-lukanda li timpjegahom qed tirreġistrahom bħala 'self employed' biex b'hekk huma ma jkunu intitolati għall-ebda benefiċċju, fosthom 'leave' f 'każ ta' mard jew vaganza, bonuses tal-Gvern jew perjodu barra mill-impjieg relatat ma' maternità. Dawk li tkellmu magħna allegaw ukoll illi l-abbuż jista jmur oltre minn hekk u min qed iħaddimhom jiddikjara li dawn il- ħaddiema qed jagħmlu madwar sitt siegħat xogħol meta fil-verità jkunu għamlu iktar minn hekk, xi kultant anke 12-il siegħa. B'hekk meta tqabbel il-ħin dikjarat tax-xogħol f 'ġurnata ma' dak li qed jaqilgħu l-Bulgari, jkun jidher li dawn qed jaqilgħu iktar fis-siegħa. Jiġifieri jekk dawn jaħdmu 12-il siegħa imma jkun dikjarat li ħadmu sitt siegħat ikun jidher daqslikieku qalgħu €7.60 fis-siegħa mhux it-€3.80 li fil-verità qed jaqilgħu. Dawk li tkellmu magħna spjegaw kif ħafna minn dawn il-Bulgari ma jitkellmux dwar dan l-abbuż minħabba li lura f 'pajjiżhom il-paga minima hija ta' madwar 2.20 Lev (il- munita Bulgara) fis-siegħa li tammonta għal madwar €1.12. Dan ifisser li dak li qed jaqilgħu hawn Malta, qabel ma jinqatgħu l-flus li jitħallsu lill-aġenzija, jammonta għal €2.68 fis-siegħa aktar. L-ILLUM staqsa jekk apparti l-paga dawn il-ħaddiema jirċievux xi forma ta' servizz addizzjonali bħal kamra fil-lukanda u/jew tliet ikliet garantiti fil-ġurnata. Ir-risposta kienet fin-negattiv għalkemm huwa sigriet magħruf illi biex jifrankaw mill-ispejjeż dawn il-ħaddiema, fi gruppi ta' madwar tmienja, ġeneralment jikru appartamenti ta' żewġ kmamar tas-sodod biex b'hekk il-kera tkun baxxa għal kull individwu. Is-sorsi tagħna spjegaw kif huwa ċar illi dawn il-prattiċi, anke jekk b'xi mod kreattiv ħafna għandhom xi forma ta' legalità, qed jitfgħu lill- ħaddiema Maltin fi żvantaġġ qawwi ħafna hekk kif ftit huma dawk li lesti jagħmlu xogħol li jkun inqas mill-paga minima u li jitilfu l-benefiċċji li huma tagħhom bi dritt, speċjalment jekk ikunu għadhom ħerġin minn snin ta' studju. Huma qalu lill-ILLUM illi din l-informazzjoni hija biss "il- quċċata ta' abbuż sfrenat li tħalla jikber fis-silenzju".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015