Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051
Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 33 SPORTSillum futbolers sinjuri d-dinja Huwa minnu li dan l-attakkant prolifiku Brażiljan kien sfortunat fl-aħħar Tazza tad-Dinja meta sofra minn injury sfortunata u kerha f 'daru wara daħla kerha tal-plejer tal-Kolumbja u Napoli, Zuniga. Però żgur li l-istess plejer mhux sfortunat f 'dak li għandu x'jaqsam ma' qligħ ta' flus. Huwa għandu numru ta' sponsorships ma' ditti ġganti fil-linja tagħhom fosthom Nike, Panasonic, Heliar, Volkswagen, Claro, Santander, Guarana, Antarctica, Ambev, Red Bull u Unilever. Dawn waħedhom kienu għollew is-salarju tiegħu meta kien jilgħab fil-Brażil ma' Santos għal €20 miljun fis-sena. Wara Santos, Neymar ingħaqad ma' Barcelona għas-somma esorbitanti ta' €86.2 miljun f 'Ġunju tal-2013, f 'wieħed mill-iktar trasferimenti kontroversjali fl-istorja tal-futbol mondjali minħabba li sar magħruf li diriġent ta' Barcelona allegatament ikkorompa u gawda minn dan it-trasferiment tal-attakkant ta' Barcelona u tat-tim nazzjonali Brażiljan. Zlatan Ibrahimovic ingħaqad ma' Paris Saint-Germain fl-2012 għal salarju annwali ta' €15 –il miljun. L-attakkant prolifiku Svediż huwa l-iktar plejer li sewa flus fl-istorja tal-futbol, grazzi għal serje ta' trasferimenti ferm b'saħħithom matul il-karriera brillanti tiegħu. Fil-fatt jekk wieħed ikollu jgħodd is-somma tat-trasferimenti totali tiegħu, dawn jammontaw għas- somma esorbitanti ta' xejn inqas minn €169 miljun. Barra Pariġi, fejn bħalissa jinsab alloġġjat, Ibrahimovic għandu djar lussużi oħra f 'Milan, New York, Stokkolma, Malmo u anki fir-resort tal-iskiing Svediż ta' Are. Huwa għandu ftehim ta' sponsorship mad-ditta Nike, li permezz tagħha jaqla' s-somma ta' iktar minn €1,000,000. Dan l-attakkant Franċiż ingħaqad ma' Barcelona mingħand Arsenal fl-2007 għas-somma ta' €20 miljun. Huwa kien iffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb Katalan li sewa' s-somma ta' €5.6 miljun kull staġun. Fl-2010 Henry sar l-iktar plejer imħallas fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti meta kien ingħaqad ma' New York Redbulls, u saħansitra qabeż il-qligħ li kien jagħmel David Beckham. Għalkemm is-salarju bażiku tiegħu kien naqas għal €2.7 miljun fl-2013, meta wieħed iqis il-bonuses li jaqla', huwa estimat li Henry jaqla' s-somma ta' €3.2 milun kull sena. Thierry Henry huwa l-wiċċ pubbliku tad-ditta PUMA waqt li jippromwovi wkoll lir-Red Bull u għandu serje ta' swieq internazzjonali u investimenti fil-kambju internazzjoanli. Il-propertajiet tiegħu jinkludu dar li tiswa €6.8 miljun f 'Londra u apparatament lussuż fi New York li jiswa xejn inqas minn €11.1 miljun. Għalkemm il-jiem ta' dan il-plejer fil-quċċata tal-futbol mondjali għaddew, xorta waħda huwa għandu qligħ konsiderevoli fis-sena l-iktar permezz ta' sponsorships. Fl-2003 huwa ingħaqad ma' Barcelona mingħand Paris Saint-Germain għas-somma massiva ta' €30 miljun. Iktar tard fl-2008, huwa ngħaqad ma' AC Milan fl-Italja għas-somma ta' €6.2 miljun kull sena, flimkien ma' bonuses li kienu jammontaw għal €1.1 miljun kull staġun. Il-magician Brażiljan kif inhuwa iktar magħruf, bħalissa qed jilgħab ma' Atletico Mineiro fil-Brażil. Riċentament huwa ġedded il-kuntratt tiegħu ma' dan il-klabb għas-somma ta' €2.7 miljun kull sena. Ronaldinho għandu sponsorships mad-ditta Nike u għandu propertajiet fil-Brażil, il-Greċja, Barcelona, Lago di Como u Florida. Huwa l-iktar goalkeeper imħallas fid-dinja. Juventus xtrawh mingħand Parma lura fl-2001 għas-somma ta' €50 miljun. Bħalissa Buffon jaqla' €4.5 miljun kull sena. Ftit tas-snin ilu Buffon xtara 54 % tal-kumpanija tal-manifattura Zucchi, fejn żied is-sehem tiegħu f 'din il-kumpanija li kien dak ta' 2 %. Dan il-goalkeeper approfitta minn dividends immedjati, bil- kapital ta' din il-kumpanija jiżdied f 'Diċembru li għadda fejn il-prezzijiet tal-ishma għolew b'10 %. Huwa għandu ftehim ta' sponsorships mad-ditta PUMA.