Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum LATTAKKANT prolifiku Ingliż ta' Manchester United u tat-tim nazzjonali Ingliż, Wayne Rooney, jinsab pass 'il bogħod milli jsir l-aqwa skorer ta' kull żmien għall-Ingilterra. Dan hekk kif permezz tal- gowl li skorja fil-logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 kontra s-Slovenja f 'Ljubljana ftit tal-jiem ilu, laħaq lil Gary Lineker fit- tieni post tal-gradwatorja tal-aktar plejers li skorjaw gowls għall-Ingilterra matul il-medda tas-snin bi 48 gowl. Dan ifisser li Wayne Rooney jinsab biss gowl 'il bogħod milli jilħaq ir- record tal-leġġenda Ingliż Bobby Charlton li skorja 49 gowl għal pajjiżu. B'hekk l-attakkant prolifiku Ingliż ta' Manchester United jista' jilħaq u jaqbeż ir-rekord ta' Bobby Charlton, nhar is-Sibt 5 ta' Settembru, fil-konfront li l-Ingliżi għandhom barra minn darhom kontra t-tim żgħir ta' San Marino. Dan il-konfront jawgura ferm tajjeb għal Wayne Rooney, hekk kif huwa fil-passat riċenti diġà rnexxielu jsib ix-xibka għal erba' darbiet fl-aħħar tliet konfronti kontra dan it-tim, fosthom gowl minn penalty f 'Wembley Stadium iktar kmieni matul din il-fażi ta' kwalifikazzjoni. Huwa kien skorja wkoll fir-rebħa kbira ta' 8-0 fl-aħħar impenn li l-Ingliżi kellhom kontra San Marino barra minn darhom, waqt li kien skorja doppjetta kontra l-istess tim nazzjonali fl-2012 f 'Wembley Stadium. Tajjeb ngħidu li jekk l-Ingilterra tegħleb lil San Marino, nhar il-5 ta' Settembru li ġej, it-tim immexxi minn Roy Hodgson, ikun qed jissiġilla l-kwalifikazzjoni tiegħu għall-Euro 2016, fejn sa issa għandu rekord ta' 100%, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' punti miskuba. Rimarkabbli huwa l-fatt li Bobby Charlton laħaq ir-rekord ta' 49 gowl fil- karriera tiegħu mal-Ingliżi fil-106 logħba tiegħu mat-Three Lions, kif inhuma iktar magħrufin l-Ingliżi, u b'kumbinazzjoni inkredibbli, jekk Wayne Rooney ikun qed isib ix- xibka kontra San Marino biex jilħaq ir-rekord ta' Bobby Charlton, huwa jkun qed jagħmel dan ukoll fil- 106 dehra bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż. Intant, f 'kummenti li għadda l-leġġenda ta' Liverpool u anki tat-tim nazzjonali Ingliż, Michael Owen, ftit tal-jiem ilu, huwa afferma li jemmen li Wayne Rooney, jista' tabilħaqq iwaqqaf rekord rigward ammont ta' gowls li skorja mat-team nazzjonali Ingliż, li jista' ma jiġi milħuq qatt fl-istorja mill- ebda plejer ieħor Ingliż. Huwa kompla li hija biss kwistjoni ta' meta u mhux jekk li Rooney jirnexxielu jikser ir-rekord ta' Bobby Charlton, fejn dejjem skont Michael Owen, Rooney, probabilment se jkun qed jikser ukoll ir-record tal- aktar plejer li qatt skorja gowls għal Manchester United. Owen sostna li jemmen li Rooney jista' jwaqqaf rekords li qatt ma jistgħu jiġu miksura. Huwa kellu kliem ta' tifħir għal Rooney, fejn iddeskrivieh bħala attakkant prolifiku, speċjalment hekk kif jinsab jilgħab f 'livell fejn il-futbol internazzjonali, dejjem qed isir aktar diffiċli biex tilgħab fih, speċjalment minħabba d-difiżi ta' ħafna timijiet li qed jissaħħu matul il- medda tas-snin. Huwa semma' li kuntrarju għal snin imgħoddija, ftit li xejn wieħed għadu jisma' bi skors kbar ta' 8-0, 9-0 jew 10-0. Dan hekk kif kull logħba fil-livell internazzjonali tippreżenta sfida qawwija għal kull tim, u tneħħi pajjiż jew tnejn, huwa diffiċli li ssib ix-xibka kontra ħafna timijiet nazzjonali. Fl-aħħar jiem spikka r-riżultat ta' 7-0 favur iċ-champions tad- Dinja, il-Ġermanja, kontra Ġibiltà, iżda dan kien biss fula f 'qargħa, u wieħed irid iqis il-fatt li Ġibiltà, bħala team nazzjonali ilhom biss ftit xhur li ġew imwaqqfa u ġew rikonoxxuti u affiljati b'mod uffiċjali mal- UEFA u l-FIFA. Barra minn hekk dan huwa stat b'popolazzjoni ta' biss 30, 000 ruħ (daqs Għawdex), u ħadd mill-plejers li jimmilitaw f 'dan it- tim nazzjonali mhuwa professjonali. Dan hekk kif fost il-plejers ta' dan it-tim nazzjonali, insibu għalliem, avukat u pumpier! Michael Owen sostna li jekk plejer jirnexxielu jiskorja ħames gowls fi staġun komplut f 'livell internazzjonali ma' tim nazzjonali, huwa għandu jkun tassew kuntent. U fl- opinjoni ta' Michael Owen, biex plejer jibqa' jimmilita fit-tim nazzjonali ta' pajjiżu għal żmien twil huwa tabilħaqq ikun irid għamel diversi sagrifiċċji u ħidma intensiva. Dan inħabba l-fatt li jkun irid jidħol fit-tim, jistabilixxi ruħu, u jegħleb kull problema jew ostaklu li jista' jiltaqa' miegħu. Finalment, fl- aħħar kummenti tiegħu, Michael Owen, tenna li ma jara lill-ebda plejer ieħor Ingliż, li jista' jostakola lil Wayne Rooney, milli jilħaq u jikser ir- rekord ta' Wayne Rooney fis-snin li ġejjin. Rooney pass 'il bogħod milli jsir l-aqwa skorer ta' kull żmien għall-Ingilterra Wayne Rooney jiċċelebra bil-kbir wara li skorja l-gowk li ta tliet punti prezzjużi fir-rebħa ta' 3-2 li l-Ingilterra kisbu s-Slovenja ftit tal-jiem ilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015