Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 5 Greċja u x'jista' jiġri lil Malta jekk din tiddeċiedi li toħroġ miż-żona Ewro. "Jekk isir dan mhux biss aħna bħala poplu nitilfu l-flus kollha li slifna lill- Griegi, imma l-pajjiżi kollha li kienu silfuha l-flus. Irridu niftakru li Malta hija l-aktar pajjiż li b'mod dirett u b'mod indiret silfet flus lill-Greċja per capita. " U dan allura jfisser li Malta tkun l-aktar pajjiż li tkun tilfet flus meta mqabbla per capita ma' pajjiżi oħra. "Dwar il-kwistjoni tal- Greċja, l-ewwelnett irridu naraw kemm id-diskussjonijiet se jwasslu sal-aħħar peress li għadhom qed jiġu diskussi kwistjonijiet tekniċi f 'kundizzjonijiet diffiċli. Ma naħsibx li d-diskussjonijiet li għaddejjin se jwasslu għal soluzzjoni dejjiema. Bħalissa l-Grecja qed iġġorr wisq piżijiet ta' djun, u bħalissa l-ekonomija tagħha tinsab mgħattna. Ma narax li hija fattibbli li bħalissa l-Greċja tista' tiġġenera biżżejjed ġid ħalli tkun tista' tħallas dawn id-djun fi żmien relattivament qasir. Dan wassal biex il- problema qed tiġi imbuttata 'l quddiem minn sena għal sena bit-tama li tinsab soluzzjoni dejjiema." Alfred Sant kompla jgħid li jekk il-Greċja toħroġ miż- żona ewro, tkun tista' terġa' tibda mill-bidu, eżatt kif kienet għamlet l-Iżlanda. "Iżda din mhix l-aħjar soluzzjoni politika għaż-żona ewro. Iż- żona ewro ma tistax taċċetta li xi pajjiż joħroġ miż-żona ewro. Din tkun soluzzjoni diffiċli wkoll għall-Greċja. Fl-istess waqt il-maġġoranza tal-Griegi jridu jibqgħu fiż- żona ewro. Hemm żewġ toroq - jew li l-Greċja tikkollassa u jkollha toħroġ miż-żona ewro, jew li jkollna 'more of the same' fiż-żmien li ġej li forsi mhix daqstant ħażina bħala soluzzjoni." Malti lill-Greċja: Tajna wisq? Kollox idur mal-punt imqajjem mill-Ministru Edward Scicluna u xi artikolisti matul din il- ġimgħa fejn kien mfakkar kif Malta ħarġet self ta' 3% mill-PDG tagħha bħala self għall-Greċja li jiġi fost l-ogħla mill-pajjiżi kollha tal-UE. B'kollox Malta ħarġet madwar €177 miljun, li jekk l-Greċja toħroġ miż- żona ewro tista' titlef. L-eks Ministru Fenech kien mistoqsi minn l-ILLUM biex jispjega kif dan seta' ġara u x'mekkaniżmu kien imħaddem u li qabel miegħu Gvern Nazzjonalista meta ngħata dan is-self. Fenech spjega kif dakinhar kien hemm kriżi li kien jeħtiġilha risposta immedjata, bis-self jingħata skont il-PDG tal- istess pajjiż. Filwaqt li ammetta li dakinhar Malta ħarġet persentaġġ għoli ta' self fakkar kif sussegwentement kien sar qbil b'mekkaniżmu li jagħti self fil-forma ta' garanzija imbagħad bil- European Stability Fund fejn il-pajjiżi sellfu lill- Greċja skont diversi fatturi, bħal PDG u d-daqs tal- poplazzjoni. "Meta sar dan" spjega Fenech "dak li sellfet Malta ma baqax fost l-ogħla fl-UE". Iżda d-Deputat Laburista u ekonomista Silvio Schembri, kkuntattjat għal reazzjoni dwar dak li qal Fenech, ma tantx qagħad jogħmodha u sostna li minkejja kollox u minkejja l-argumenti li għamel Fenech ma' dan il- ġurnal, xorta jibqa' fatt li Malta ħarġet iktar flus bħala persentaġġ tal-PDG. Huwa indika li seta' kien frott ta' nuqqas ta' negozjar tajjeb biżejjed li ħalla lil pajjiżi oħrajn jaraw l-interessi tagħhom iktar milli għamlet Malta. Mistoqsi x'ippretenda li jagħmel Gvern Nazzjonalista meta l-Greċja kienet riesqa lejn kriżi u kien hemm bżonn rispons immedjat, Schembri qal illi l-eks Ministru Fenech u Gvern Nazzjonalista segħu nnegozjaw is-self mall-Greċja aħjar billi, per eżempju kien, isir arranġament għall- deroga f 'xi qasam ieħor. "B'hekk kienet tkun sitwazzjoni ta' kompromess, fejn aħna qed nagħtu l-flus biex ngħinu pajjiż ieħor u min-naħa l-oħra nieħdu xi forma ta' għajnuna f 'oqsma bħas-Sajd, jew dwar il- proċedura ta' defiċit eċċessiv li konna dħalna fiha." Min-naħa l-oħra Fenech ġab l-eżempju ta' vapur qed jegħreq biex jargumenta dwar dan il-punt u sostna li meta jkun qed jegħreq vapur, wieħed jipprova jsalva in-nies qabel ma jsalva xi inkwatru. b'Schembri jgħid li jekk hemm min jaħseb li missu ma sarx "tfettiq" minħabba li l-Greċja kienet fi kriżi u kellu jissalva "il-vapur" ikun tajjeb li jinnota kif bit-tfettiq pajjiżi oħrajn ħarġu inqas flus milli ħarġet Malta. bassart li se jkollna problemi kbar – Alfred Sant tiegħu Malta u l-Ewro (2)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015