Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 9 ma? Ma nafx...staqsi lil missierek 60% inqas f 'sess mhux protett Riżultati minn studju ta' riċerka li għamel Douglas Kirby bħal dak fil-'Comprehensive Sex Edunation; Research and Results' jirriżulta li permezz ta' tagħlim fil-familja, anke jekk l-età tal-kunsens sesswali niżlet, 60% ta' dawk li pparteċipaw fl-istudju kkwotat minn Briffa fil-Parlament Malti naqqsu s-sess bla protezzjoni. L-istess riċerka turi kif 40% tal-adoloxxenti damu iżjed biex kellhom l-ewwel rapport sesswali, żdied l-użu tal- kondoms u 30% irraportaw li naqqsu l-frekwenza tas-sess jew saħansitra irritornaw għall- astinenza. D'Amato xettika dwar l-'age banding' Fuq punt partikolari iżda jidher li l-Kummissarju għat- Tfal għadha xi ftit xettika. Fil-fatt dwar l-age banding hija wriet id-dubji tagħha hekk kif fakkret kif "fil-faxex ta' età tal-minuri, differenza żgħira ta' snin tista tfisser differenza ferm ikbar fil-grad ta' maturità". Age banding hija sistema li titħaddem f 'ħafna pajjiżi u li tagħmel illegali sess bejn persuna taħt it-18-il sena u persuna oħra li tkun ta' ċerta età. Per eżempju fil-Kanada, jekk persuna minn 20 sena 'l fuq ikollu x'jaqsam ma' persuna ta' 16-il sena dan ikun att illegali u jittieħdu passi kriminali. Jidher li Briffa huwa iktar miftuħ u favur din is-sistema għax "tnaqqas mill-abbuż" u l-biża' li jista jkollhom ħafna li liġi bħal din se twassal biex "tillegalizza" relazzjonijiet bejn tnejn minn nies, fejn persuna tkun taħt it-18-il sena, b'differenzi kbar fl-età. Briffa temm ifakkar kif din il- liġi se tkun qed tidikriminalizza wkoll is-sitwazzjoni fejn servizzi psiko-sesswali ma jistgħux jingħataw lil persuni taħt it-18-il sena bħalissa. Kunu onesti u identiċi fir- risposti tagħkom Nicholas Briffa appella lill-ġenituri biex meta jiġu affaċjati b'domandi relatati mas-sess jkunu, l-ewwel u qabel kollox, onesti. "Jekk it-tfal jistqasukom dwar is-sess wieġbuhom jekk tafu kif jew fittxu parir ta' professjonist jekk ma tkunux ċert", sostna Briffa li tkellem ukoll dwar l-importanza li ż-żewġ ġenituri jkunu identiċi fir-risposti tagħhom. Huwa spjega kemm huwa importanti li dak li jgħid wieħed mill-ġenituri jkun bħal dak li jgħid il-ġenitur l-ieħor biex b'hekk ikun evitat it-taħwid. Huwa sostna li għalkemm huwa favur din il-liġi, din tkun tagħmel sens biss jekk tkun marbuta mal- banding, mal-promozzjoni ta' relazzjonijiet b'saħħithom u mal-edukazzjoni. Fit-tweġiba tagħha D'Amato ma tispeċifikax jekk hux kontra jew favur it-tnaqqis fl-età tal-kunsens sesswali imma tagħmel aċċenn fuq il-fatt li l-bidliet proposti qed isiru f 'ambitu ta' rapport li sar fl-2013 dwar l-attitudnijiet, imġieba u għarfien sesswali u li juri li 41% taż-żgħażagħ diġà huma attivi sesswalment. Minkejja dan hija saħqet li din il-liġi għandha ssib bilanċ bejn l-protezzjoni minn esperjenzi abbużivi u l-bżonn "li t-tfal jiġu mgħejjuna jiskopru u jiżviluppaw is-sesswalità tagħhom b'mod san" 40% mill-popolazzjoni hija attiva sesswalment 14% tat-tfajliet kellhom rapport sesswali mingħajr ma riedu 50% tan-nies bejn 16 u 40 sena ma jafux bil-GU Clinic 55% ta' dawk bejn 16 u 40 sena qatt ma jużaw kondoms 17% ikollhom rapport sesswali taħt l-effett tal-alkoħol 74% tal-irġiel u 35% tan-nisa jagħmlu użu "estensiv" mill-pornografija Sors—Dipartiment tas-Saħħa 2014 Is-sess f 'Malta 40% mill-popolazzjoni Maltija hija attiva sesswalment

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015