Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 3 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'KUMMENTI mal- ILLUM iċ-Ċermen tal-kumpanija li ġiet magħżula biex twettaq il-proġett tal-Malta Maritime Hub fuq is- sit fejn kien hemm ix-Shipbuilding, qal li d-diskussjonijiet mal-Gvern biex il- post ikun mibdul f 'ċentru ta' eċċellenza b'investiment totali ta' €55 miljun jinsabu "fi stadju avvanzat". Dan il-ġurnal staqsa jekk informazzjoni li waslitlu li d-dikussjonijiet jinsabu "weqfin" hux minnha, biċ-Ċermen Paul Abela jiċħad kompletament u jagħti lista ta' xogħlijiet ta' tħejjija li qed isiru fuq il-post. Abela spjega kif fost studji li qed isiru fuq il- post, hekk kif għaddejjin diskussjonijiet tekniċi u legali, l-aktar dwar l-art, hemm studju li sar qabel jibda tħaffir mal-baħar u li jeħtieġ isir qabel il- post jibda jkun preparat għall-faċilitajiet li jilqgħu riggijiet u opri tal-baħar relatati maż-żejt u l-gass. Apparti minn hekk Abela spjega kif f 'dawn l-aħħar xhur saru wkoll studji relatati mal-art biex tkun evalwata l-fondazzjoni u sussegwentement jibdew xogħlijiet ta' pavimentar u infrastruttura. Il-bini tal-Freedom Press se jkun is-simbolu tal- proġett Intant fil-kummenti tiegħu mal-ILLUM Abela spjega kif il-bini tal- Freedom Press, illum mitluq u dilapidat, se jinbidel f 'bini simboliku tal-proġett sħiħ li reġa' saħaq kif se jkun state of the art. Apparti minn hekk diġà sar xogħol fuq binja ħdejn il-Baċir li ġiet irranġata biex issa qed tintuża bħala uffiċċju tal-proġett. Iċ- ċermen tal-kumpanija li mistennija tesegwixxi dan il-proġett spjega wkoll kif saru studji oħrajn li permezz tagħhom se jsir tindif tal-baħar, li bħalissa jinsab ikkontaminat, fil- madwar. L-ILLUM staqsa jekk ir-residenti tal-madwar, l-aktar ta' Albert Town, hux se jkunu qed jibbenefikaw b'xi mod minn dan il- proġett wara snin ta' telqa u inkonvenjent industrijali. Huwa sostna li dan il-proġett se jkun qed jagħmel miż-żona waħda ta' eċċellenza apparti li se jinqatgħu ħafna mit- trabijiet li hemm bħalissa. Żewġ simulaturi tar- riggijiet b'investiment ta' €2.5 miljun f 'Ottubru Ma' dan il-ġurnal Abela żvela wkoll kif f 'Ottubru li ġej il-kumpanija li jmexxi se tkun qed tinvesti f 'żewġ simulaturi tar-riggijiet b'investiment ta' €2.5 miljun. Dan ikompli jibni fuq l-investiment li diġà sar minn Ablecare f 'akkademja li qed tagħti korsijiet biex tgħin lill-ħaddiema prospettivi f 'dan il-qasam. Simulaturi huma magni li permezz tagħhom dawk l-istudenti li qed jistudjaw suġġetti relatati mal- Marittimu jew anke mat- trasport jesperjenzaw huma nfushom is-sewqan tal- opri, f 'dan il-każ riggijiet, permezz ta' teknoloġija mill-aktar avvanzata. @reportermalta reporterontvm Jixxandar għada t-Tnejn fi d-8.40pm fuq TVM2 b'repetizzjoni fl -9.45pm fuq TVM L-ispeaker Anġlu Farrugia fuq REPORTER Id-diskussjonijiet dwar il-Malta Maritime Hub fi "stadju avvanzat" Iċ-ċermen ta' Ablecare jiċħad li "kollox wieqaf " fil-proġett tax-Shipbuilding Il-proġett se jsir fuq is-sit fejn kien hemm ix-Shipbuilding ILGVERN Malti fi stqarrija qal li "jikkundanna bla ebda riżerva kull forma ta' terroriżmu u jesprimi sogħba bla qies għall- vittmi innoċenti ta' attakki insensati bħal dawn, u filwaqt li joffri kondoljanzi sinċieri għall-familji tal- vittmi, jawgura wkoll fejqan ta' malajr lil dawk feruti." Kompla billi qal li "jesprimi solidarjetà mal-Gvernijiet tat-tliet pajjiżi involuti u joffri kull forma ta' għajnuna meħtieġa fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali." Sostnwa wkoll li jifhem il-gravità tal-attakk li seħħ fi Franza u jinsab ċert li l-forzi tal-ordni Franċiżi kapaċi jagħmlu dak kollu possibbli biex atti terroristiċi bħal dan ma jirrepetux ruħhom. Rigward l-inċident gravi li seħħ f 'moskea prinċipali fil- Kuwajt, il-Gvern Malti jħoss li hija ħasra kbira li ċittadinin innoċenti li kienu qegħdin jaqdu d-dmirijiet reliġjużi tagħhom fix-xahar qaddis tar-Ramadan jispiċċaw vittmi ta' nies estremisti u fanatiċi. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella tkellem direttament mal- Ministru tal-Affarijiet Barranin Tuneżin Taïeb Baccouche, u filwaqt li wassallu s-sentimenti ta' solidarjetà tal-Gvern Malti, ħeġġu biex il-Gvern li jifforma parti minnu ma jħallix attakki terroristiċi bħal dawn tal-lum jimminaw jew jheddu l-istabbilità politika li l-Gvern Tuneżin irnexxielu jibni bi tbatija u perseveranza matul l-aħħar snin wara r-rivoluzzjoni Tuneżina. Il-Gvern Malti maħsud u mħasseb bl-attakki terroristiċi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015