Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 11 l-Imnarja kif jafu huma biss fl-Istorja. Qalli li dan il- ktejjeb jibda jaħseb għalih qabel tgħaddi l-festa, fil-fatt diġà beda jaħseb għal tas- sena d-dieħla. Anton jieħu ħsieb ukoll il-purċissjoni fejn għandu grupp ta' nies li jmexxuha eżatt bil-ħin triq bi triq u jaraw li ma jkunx hemm qsim minn nofsha kemm jista' jkun. "Il-purċissjoni titmexxa b'dixxiplina kbira." Dwar ir- reffiegħa qalli li din tintiret mill-familji jew minn xi ħbieb li jagħżlu huma meta jiddeċiedu li jieqfu jerfgħu fil-vara. Interessanti li Anton għalkemm mhux poeta kiteb innu sentejn ilu li jindaqq waqt il-purċissjoni u dis-sena kiteb kanzunetta għal briju għaż-żgħażagħ, kanzunetta moderna u pop li jisimha 'ġmiel dejjem' u se tkun waħda mill-aktar marċi fejn iż-żgħażagħ se jaqbżu mad-daqq tiegħu. Anton kellu kliem ta' tifħir ukoll għas-sindku żagħżugħ, Edward Said, li minkejja l-istess kunjom, ma jiġi xejn minnu. Qalli li dan is-sindku barra li hu ħabrieki, kapaċi jaħdem ma' kulħadd - tfal, żgħażagħ, anzjani, Laburisti u Nazzjonalisti. "Tarah jaħdem fl-armar u anke biex tlestiet il-pjazza fil-ħin beda jmidd idejh hu. Edward hu ffissat fuq l-Imnarja." Anton temm jgħid li l-fatt li issa il-pjazza nbidlet l-armar mhux kollu jista' jitpoġġa u għalhekk din is-sena mhux se jkun hemm armar bħas-soltu, iżda għall-futur se jsir armar ġdid li jkompli jsebbaħ din il-pjazza. Fl-aħħar ħmistax saru l-mirakli fin-Nadur – is-sindku GĦAL dawn l-aħħar xhur il-pjazza tan-Nadur kienet qisha sfat attakkata b'xi bomba. Grazzi għall-fondi Ewropej, il-Kunsill tan- Nadur iddeċieda li jagħti dehra ġdida lil din il-pjazza pittoreska ta' dan ir-raħal sabiħ Għawdxi. Kienu ħafna n-Nadurin li kienu qatgħu qalbhom li l-pjazza tkun lesta sal-festa u ħafna ħasbu li l-vara hekk imsejħa 'Taż-Żewġ' - San Pietru u San Pawl, din is-sena ma kinitx se toħroġ. Iżda permezz tal-ħidma kbira tas-sindku żagħżugħ Edward Said, din il-pjazza tlestiet u ġiet imnaddfa biex tilqa il-vara ta' San Pietru u San Pawl. "Jien wegħedthom li l-pjazza se tkun lesta sal- festa. Kien hemm ħin li l-poplu Naduri ppanikja u kien hemm żmien li anke jien kont se nippanikja, iżda fl- aħħar ħmistax saru l-mirakli. Il-kuntrattur ħadem bla waqfien u jien kont anke megħjun minn ħuti Chris, Charles u Ruben li ntfajna b'ruħna u ġisimna flimkien maż-żgħażagħ oħra naħdmu fil-pjazza biex tkun lesta. "Li ġara kien li minħabba li din il-pjazza saret mill-fondi Ewropej hemm time frames li ma tistax twaqqaf ix-xogħol għax ma titħallasx allura ried ikun hemm bilanċ. Jien sibt quddiemi festa bla pjazza meta ħadt il-kariga ta' sindku iżda emmint li titlesta bil- ħiqma ta' kulħadd u tlestiet. Jonqos biss erba' blokki li fihom irid isir pavimentar li kien għadu ma wasalx minn barra u wasal nhar il- Ġimgħa. Xorta ħadt deċiżjoni li flok il-pavimentar issir qoxra konkos u wara l-festa tinqala' u jeħel il-pavimentar li m'għandux jieħu aktar minn tliet ġimgħat. "Ikolli nammetti li meta nara l-vara ħierġa mill-pjazza se nkun l-aktar Naduri kburi u l-ħsieb biss qed jemmozzjonani." Edward hu persuna maħbub ħafna fin-Nadur u fil-fatt qalli li hu wiegħed li se jaħdem bil-għaqal għar- Raħal kollu fejn jaħdem id f 'id mal-membri tal-kunsill kollu anke dawk Laburisti u fil-kunsill hemm trasparenza sħiħa u kulħadd jiġbed ħabel wieħed, "dan jgħini li kulmeta nfittex in-nies għall- għajnuna qatt ma sibt ħajt li jwaqqafni." Għal din il-festa is-sindku Naduri uża ħafna Facebook b'ritratti ta' kuljum juri lilu u Nadurin oħra jaħdmu fuq il-proġett tal-pjazza u l-armar tagħha. "Indunajt li dak li jien kont naħseb, li l-poplu Naduri jaf kollox, ma kinx korrett. Il-poplu ma kinx ikun jaf x'qed isir u permezz ta' Facebook qed inwasslu dak li qed isir kuljum - fejn bqajt skantat li anke l-anzjani jiġu jgħiduli li raw ir-ritratti tax-xogħol li qed isir."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015