Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 I ltqajt ma' Joseph Cuschieri -uċċju tiegħu l-Imrieħel fejn ġejt milqugħ f 'uċċju lwaqt li quddiemi tfaċċa raġel bi tbissima. Beda jgħidli li hu jemmen - importanza tas-saħħa żika, fejn kull lgħodu qabel jidħol għax- xogħol imur iqatta' siegħa l-gym. Iżda jien ma mortx hemm biex niddiskuti l-gura tiegħu żika, iżda l-gura tiegħu bħala l-bniedem li jmexxi l-Awtorità tal-Logħob fuq l-Internet u bbażat f 'Malta, l-Awtorità Maltija tal-Gaming. Din l-industrija tħalli lil Malta madwar €600 miljun kull sena u li qiegħda tkompli tikber. L-industrija bdiet fl-2003 meta diversi kumpaniji tas-servizzi finanzjarji bdew jirreġistraw Malta. Il-gvern ta' dak iż-żmien induna li kien hawn niċċa u ħoloq awtorità li tat lil din l-industrija spinta 'l quddiem, li wasslet biex din saret industrija kbira. Mistoqsi għaliex Malta saret hub daqshekk importanti għal din l-industrija tal-logħob, Cuschieri qalli, "għax Malta kienet l-ewwel pajjiż li daħħal regolamenti fuq il-logħob fuq l-internet fl-Ewropa. Illum fil-fatt hemm 280 kumpanija jaħdmu minn u ġo Malta, li bejniethom għandhom 480 liċenzja - fejn fosthom hemm min għandu aktar minn liċenzja waħda." Bqajt ftit skantat meta qalli li fost dawn kollha m'hawnx ħafna kumpaniji Maltin, għalkemm ġeneralment il-kumpaniji jiġu reġistrati Malta. Hemm min isostni li awtorità bħal din tħajjar lill-Maltin jilagħbu aktar, fejn jissugraw jaqgħu f 'riskju ta' faqar, iżda Cuschieri qalli li huma ma jagħmlu l-ebda reklami biex iħajru lin-nies jilgħabu. "Aħna ma nistgħux inwaqqfuhom milli jilagħbu fuq l-internet lanqas - għalhekk l-awtorità tara li tal-anqas dawk li jridu u jagħżlu li jilgħabu jkunu mħarsa sabiex ma jiġux migduma minn ħadd. Aħna xogħolna hu bħal għassies biex nipproteġu lill- konsumatur Malti. Nipproteġu lil min jilgħab u naraw li l-logħob li qed joffri lill-konsumatur huma ġusti. Barra minn hekk kulħadd jaf kemm hawn kumpaniji tal-imħatri li jintużaw għal ħasil tal-flus, iżda aħna naraw li dan ma jsirx f 'Malta. Għandna 120 ħaddiem speċjalizzat jaħdmu magħna, kollha kemm huma jaraw li l-operaturi jimxu mal-obbligi li għandhom fil-licenzja. Aħna rridu li din l-industrija tkompli tikber u Malta tkun iċ-ċentru ta' eċċellenza fl-industrija tal-gaming u fis-servizzi anċillari tagħha." Tiltaqa ma' ħafna barranin li jgħidulek li jaħdmu f 'din l-industrija, għaliex m'hemmx daqshekk Maltin f 'din l-industrija? "Qed insibuha diffiċli ħafna biex insibu nies tajbin. Hawn ħafna opportunitajiet kbar għal min jiggradwa fl-IT iżda l-Maltin għadhom iridu jiggradwaw fil-professjonijiet konvenzjonali, meta min jaħdem fil-gaming idaħħal salarji madwar 30% aktar min- normal." Qalli Cuschieri kważi b'dieqa li m'hawnx wisq żgħażagħ Maltin li jitħajru jidħlu f 'din il- linja tax-xogħol, u b'hekk huma l-barranin li qed jitħaddmu. Minkejja li m'hemm xejn ħażin, huwa importanti li jkun hawn talent lokali fil-gaming biex b'hekk iż-żgħażagħ Maltin ikunu aktar kompetittivi. Iżda qiegħed isir xi ħaġa biex jibdew jitħajru ż-żgħażagħ Maltin? "Għandek raġun meta tgħid li mhux isir biżżejjed. Se titwaqqaf akkademja edukattiva fil-gaming li tiżviluppa għarfien u ħiliet ta' logħob. Din se tibda aktar tard din is-sena, li qed nittamaw tibda topera sentejn oħra. Bħalissa dawn qed iġibu ħaddiema minn pajjiżi oħra. Irridu nimbuttaw liż-żgħażagħ tagħna minn kmieni, inħajruhom jieħdu l-opportunità li hawn f 'pajjiżna, għax is-settur finanzjarju u dak tal-gaming huma żewġ pilastri ewlenin tal-ekonomija Maltija." Staqsejtu għaliex Malta hi daqshekk b'saħħitha f 'din l-industrija. Forsi għax f 'Malta jħallsu inqas taxxi? "Mhux taxxi baxxi biss noffru. Għandna qafas leġislattiv tajjeb u regolatur effettiv li bih noħolqu superviżjoni tajba. Il-Maltin kollha jitkellmu bl-Ingliż u dan jgħin biex il-kumpaniji jiġu Malta. Aħna membri fl-Unjoni Ewropea, u għandna taxxa fuq il-gaming attraenti, u li hi inqas minn ta pajjiżi oħra. Għandna wkoll infrastruttura teknologika b'saħħitha. Jiġu hawn għax hawn klima sabiħa, stabbilità politika u ekonomija b'saħħitha. Iżda rridu noqogħdu attenti għax fl- Ewropa l-industrija tal-gaming mhix armonizzata u għalhekk kull pajjiż membru qiegħed joħroġ bil-qafas regolatorju tiegħu." Cuschieri kompla jgħid li aħna għandna esperjenza kbira f 'dan il- qasam għax ilna 13-il sena fejn qalli li hemm regolaturi barranin li qed jiġu minn pajjiżi kbar biex jitgħallmu l-mod kif immexxu din l-industrija. "Jien qiegħed għassa li ma nħalli lil ħadd ibill subgħajh f 'din l-industrija fejn nistudjaw id-dokumenti kollha ta' dawk li japplikaw biex jirreġistraw ħalli ma nħallux ħmieġ jidħol f 'pajjiżna. Irridu industrija nadifa u pulita. Għalhekk ma narax riskju li nitilfuha iżda noqogħdu b'seba' għajnejn. Billi noffru protezzjoni lill-konsumatur, trasparenza assoluta fil-logħob u strutturi neċessarji li ma nħallux kriminalità tersaq lejna." Cuschieri beda jgħidli wkoll li xogħol l-awtorità hi li tibdel l-liġi li qdiemet, "it-tekonoloġija żviluppat ħafna speċjalment li issa l-logħob beda jsir minn fuq il- mobile. Irridu naġġornaw il-liġi u noħolqu innovazzjonijiet ġodda. It- teknoloġija li jmiss hi d-digital games of skill u l-cloud solutions. Għalhekk irridu awtorità b'aktar poteri fejn kull ħaġa li għandha x'taqsam mal-logħob taqa' taħtna. Anke fil-korsa tal-Marsa l-logħob issa se jiġi rregolat – mhux immexxi minna, iżda regolata minna." Mitlub jgħidilna kemm hawn nies li jilagħbu fuq l-internet, Joseph Cuschieri qalli li qatt ma sar studju dwar l-aġir tal-logħob tal-ażżard tal-Maltin - kemm jilagħbu u l-attitudni tal-logħob tal-Maltin. "Li naf li hemm tliet kategoriji ta' min jilgħab, hemm dawk li jifilħu jħallsu biex jilgħabu, dawk li jilagħbu b'mod responsabbli u dawk estremi li jilagħbu kulma jkollhom u aktar. Iżda qed naħdmu biex jibda jkollna statistika ppublikata kull sitt xhur tas-sena bħalma jagħmlu aġenziji bħal tagħna barra minn Malta." Joseph Cuschieri qalli li l-akbar volum ta' logħob għadhom isiru fuq l-isports, fejn l-aktar sport li jkun hemm dubji fuqu u li diversi assoċjazzjonijiet barranin jitolbuhom biex joqogħdu seba' għajnejn fuqhom hu t-tennis u mhux kif jaħsbu n-nies li hu l-futbol. Dan minkejja li jkun hemm kuntatt kontinwu mal-FIFA u anke mal-UEFA meta jkun hemm xi partiti li jkun hemm imħatri b'aktar qawwa mis-soltu fuq ċertu riżultat. Dawn jitolbu lill-awtorità Maltija javżaw lill-kumpaniji tal-imħatri dwarhom. Innutajt li dan in-negozju jaf il- bidu tiegħu lill-amministrazzjoni Nazzjonalista u kollox kien jindika li ma tantx għandu problemi politiċi x'jiffaċċja. "Le ta. Mhix kwistjoni ta' politika dan in-negozju, għax iż-żewġ partiti jaqblu miegħu biex inkomplu nkabbruh. Wieħed bdieh u l-ieħor qed jaħdem biex dan ikompli jikber. Ikompli fejn ħalla ta' qablu. Personalment għandi vantaġġ kbir li mhux se nsib bsaten politiċi fir-roti. Wieħed irid jifhem li dan in-negozju jdawwar €398 biljun madwar id- dinja u qed jikber b'1% kull sena. Nixtieq ngħid ukoll li fattur ieħor li jgħin ħafna lill-kumpaniji barranin Joseph Cuschieri Irridu noqogħdu il-ħin kollu attenti għall-iżviluppi - Ewropa minħabba l-fatt li m'hemmx qbil bejn il-Membri Stati dwar il- principju ta' suq ħieles l-gaming Aħna nipproteġu lil min jilgħab, u mhux John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Joseph Cuschieri hu accountant u membru tal-Malta Institute of Accountants. Hu speċjalizzat fil- Management Accounting, Finance & General Management u għandu Masters Degree fil-Business Administration minn Henley Management College, UK. Matul il-karriera professjonali tieghu kien jaħdem f 'diversi karigi eżekuttivi fil-kostruzzjoni, servizzi, kommunikazzjoni u l-industrija tal-ospitalità. Għamel 8 snin Kap tal-Public Policy & Corporate Affairs ma' kumpanija tat-telefonija f 'Malta, u wara bħala l-kap tad-Dipartiment Kummerċjali. Qatta' ħames snin bħala Chief Operating Officer fl-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni. Sena u tmien xhur ilu ngħata l-irwol bħala chairman eżekuttiv mal-Awtorità Maltija għall-Gaming. Għandu 47 sena minn Raħal Ġdid iżda jgħix iż-Żejtun.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015