Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H uwa fatt li l-ekonomija ta' pajjiżna sejra tajjeb, jekk ma nażżardawx ngħidu tajjeb ħafna wkoll. Is-settur turistiku għaddej minn perjodu b'saħħtu ħafna bil-probabiltà li din is-sena jerġa' jinkiser ir-rekord tas-sena l-oħra u kull rekord -istorja riċenti, il-qgħad qiegħed -inqas livelli tiegħu u ilu nieżel xahar fuq xahar, it-tkabbir l-Prodott Domestiku Gross kiser l-aspettativi tal-Gvern stess u n-negozju, b'mod ġenerali, qabad rittmu b'saħħtu. Żid ma' dan hemm il-fatt li f 'dawn is-sentejn bdew ikunu affaċċjati problemi illi kieku tħallew jikbru naqra iktar kienu jisplodu f 'wiċċ il-pajjiż u jħallu lill-poplu u l-ekonomija Maltija għarkopptejha. Mhux ċajta li l-Enemalta waħidha tħalliet takkumula dejn ta' madwar €800 miljun. Xi ħadd kien ikollu jagħmel tajjeb għal dawn il-flejjes kbar kieku bqajna ċassi, ngħattu problema ta' dan id-daqs taħt tapit mnitten bi trab. Hija rixa f 'kappell dan il-Gvern li l-ekonomija ssaħħet u li llum Malta tinsab fuq quddiem fost il- membri tal-Unjoni Ewropea f 'dak li għandu x'jaqsam mal-ekonomija. Hija rixa fil-kappell tiegħu l-fatt li, kuntrarju għall-perċezzjoni ta' ħafna qabel l-aħħar elezzjoni, dawn is-sentejn wrew illi l-idea li Gvern Nazzjonalista biss kapaċi jkun "il- par idejn sodi fit-tmun" mhi xejn ħlief ħrafa. U fl-aħħarnett hija rixa kbira fil-kappell ta' dan il-Gvern li wieħed minn kull erbgħa ta' dawk li sa sentejn ilu kienu qed iċapċpu lil Simon Busuttil meta dan kien qed jara bailouts u direzzjoni "għal ġol ħajt" f 'każ ta' rebħa Laburista, illum jammettu li l-politika ekonomika tal-Gvern qed tħalli l-frott. Jiġifieri min irid ikun onest ikollu jammetti li b'Muscat fit-tmun, dan il-pajjiż mhux talli baqa' għaddej, talli għaddej aħjar. Imma, u l-imma hija importanti daqs kull statistika u ċifra pożittiva li rajna f 'dawn l-aħħar xhur, il-Gvern irid joqgħod attent id- doppju li ma jagħmilx l-iżball, kif xi kultant jidher li qed jagħmel, illi fil- ferneżija u arja "ottimista" ta' ċifri tajbin jinsa li wara dawk in-numri hemm mijiet, jekk mhux eluf ta' nies li la qed iħossu t-tkabbir fil- PDG u lanqas l-ottimiżmu li l-istess Muscat iħobb jitkellem dwaru. Għax x'jiswa li entità, negozju jew kumpanija toħroġ tiftaħar bil-profitti kbar li qed tagħmel u ġġib lill-Prim Ministru biex jiċċelebra u jċekċek it-tazzi tas- suċċess jekk il-ħaddiema tal-istess negozju jew kumpanija biċ-ċiċri kienu jitħallsu u biċ-ċiċri baqgħu jitħallsu? Kulħadd jieħu pjaċir li l-lukanda jew negozju jew stabbiliment fejn jaħdmu jagħmel miljuni fi profitti u jsiru wegħdiet ta investimenti grandjużi, imma allura dak il-ħaddiem li ta' kuljum ta' servizz biex dawk il-profitti kienu massimizzati, dan ma jmissu qatt parti minn dan il-profit? Issa dan x'jimpurtah mill-Prodott Domestiku Gross, jekk m'għandux biżżejjed biex jgħaddi sal-aħħar tax-xahar. Nistiednu lill-Gvern Laburista, biex jiftakar li minkejja li huwa moviment u li kien dan il- moviment li tah rebħa storika, jibqa' l-fatt li dak il-moviment illum ma jkunx jeżisti kieku mhux għax hemm il-bażi, u l-bażi tal-Partit Laburista kienet, għadha u tibqa' l-ħaddiem. Muscat għandu r-riħ fil-poppa ta' ekonomija li kompliet tikber u tistagħna grazzi għal ħafna fatturi, mhux l-anqas l-għaqal tal-Gvern li jmexxi hu. Ikun propizju u għaqli għalhekk li fl-aħħar tliet snin ta' din il-leġislatura Muscat jara li s-suċċess jinżel sas-saffi kollha tas-soċjetà, sabiex kulħadd iħoss li huwa parti minn dan is-suċċess, sabiex kulħadd iħoss li Malta tagħna lkoll. L-Ekonomija u l-ekonomija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015