Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 ILKELMA Mnarja ġejja mill-kelma bil-latin, 'Luminaria' li tfisser mixgħela. U b'hekk il- Knisja Kattolika tiċċelebra din il-festa għal żewġ qaddisin kbar tagħha, San Pietru u San Pawl imsejħa bħala 'Duo Luminaria Magna', iż-żewġt idwal kbar tal-Knisja. Hi festa fost l-aktar qodma tal-Knisja Kattolika li taf il-bidu tagħha mill-mewt ta' Pietru fis-sena 64AD u kompliet tikber fis-snin ta' wara meta miet Pawlu. Sa mis-sena 258 WK din il-festa kienet diġà qed tiġi ċelebrata fil-jum tad-29 ta' Ġunju, fil-ġurnata tat-tifkira tal-fondazzjoni ta' Ruma mill-mitiċi Romulus u Remus u kienet tiġi mfakkra fuq l-għolja tal-Quirinale fit- tempju dedikat lil Romolo Quirino. Minn meta Ruma qalbet għall-Kattoliċiżmu, din il-festa inbidlet għal waħda li tfakkar lill-appostli Pietru u Pawlu. Fin-Nadur din il-festa kienet stabbilita fl-1713 fejn l-Għawdxin kienu jiċċelebraw din il-festa bix-xalata fil-buskett tan- Nadur, segwita bit-tiġrijiet tal-bhejjem u l-funzjonijiet reliġjużi fil-Knisja Parrokkjali u għal 300 sena nżammet ħajja min- Nadurin. L-Imnarja hi wkoll ċelebrazzjoni folkloristika f 'ġieħ frott l-art, b'nisel semitiku ta' popli li għexu madwar il-Mediterran li taf il-bidu tagħha għal żmien il-Kartaġiniżi li kienu jiċċelebraw il-festa agrarja mis-sena 500 QK. Din l-informazzjoni ħadtha mill-ktieb magħmul bil-għaqal u ħidma ta' Naduri, Anton Said li mort nitkellem miegħu n-Nadur biex nieħu xi informazzjoni dwar xi tfisser din il-festa għan-Nadurin. Anton Said jiddeskrivi lilu nnifsu bħala wieħed mill-attivi għall-festa u beda jitkellem f 'isem kull Naduri attiv fil-festa li huma 'l ħafna. Innutajt li kull triq fin-Nadur kienet imdewda b'żgħażagħ kollha jarmaw toroq differenti."Hawn in-Nadur hawn is-saħħa f 'kollox" beda jgħidli Anton. Ngħixu hawn 4,300 persuna u kollha ningħaqdu flimkien biex norganizzaw il- Karnival, il-festi tal-Milied, il-festival tal-Inbid u fuq kollox il-festa tal-Imnarja." Anton qalli li l-armar tal- festi fin-Nadur beda qabel kulħadd, "ilu mitt sena dan l-armar u għadu tale quale għax nieħdu ħsibu u kull triq tieħu ħsieb li dejjem tirranġa l-bżonn tal-armar." Il-festi f 'Għawdex bħal dawk f 'Malta m'huma xejn jekk ma jkunx hemm in-nar u hawn Anton qalli li n-nar tan-Nadur jieħdu ħsiebu l-kamra ta' Ħal Lija għax f 'Għawdex m'hemmx kmamar tan-nar. "Ikollna spettaklu ta' nar u aħna fost il-ftit li baqa' f 'Għawdex li jkollna n-nar tal-art." F'Għawdex hemm ukoll tradizzjoni li jumejn qabel il-festa, jiġifieri il-bieraħ isir marċ imsejjaħ id- dimostrazzjoni, fejn ir-raħal kollu jiċċelebra quddiem marċ mimli entużjasmu li jwassal biex kopja tal- istatwa tal-patruni titla f 'nofs il-pjazza. Din is-sena n-Nadurin stiednu liż-żewġ baned taż-Żejtun u ta' Santa Liena biex iqajmu l-allegrija fir-raħal. Iżda l-banda Mnarja tan-Nadur ma tkun nieqsa qatt, mill-ġimgħa festi u tieħu sehem mill- ewwel ġurnata sa wara dħul tal-istatwa fejn il-marċ tal- birju jkun għada filgħodu, il-ġurnata tal-festa. Anton qalli li fiż-żmien din kienet tiġi ċelebrata eżatt bħal ma jsir fil-Buskett f 'Malta, iżda dak li kien masġar inqered u spiċċa mibni u llum in-Nadurin jorganizzaw xorta wirja agrarja u ikla tradizzjonali fil-pjazza. Spiċċat it- tradizzjoni fejn suppost fl- Imnarja l-għarus iwiegħed l-għarusa mħabbtu fin- Nadur. Tkellimna dwar baned, armar u nar iżda l-Imnarja fin-Nadur hi festa tal- Knisja. "Ma ssibx siġġu fil-knisja fin-Novena. Speċjalment kemm ilu hawn l-arċipriet Jimmy Scerri u l-viċi tiegħu Fr Joe Curmi, wettqu ħidma kbira fin- Nadur u jippakkjaw knisja sħiħa." Innutajt ukoll li f 'din il- festa fin-Nadur m'hemmx konfini politiċi jew parrokkjali, "Hi Festa waħda għan-Nadurin kollha. L-uniku pika li għandna hi max-xogħol tagħna stess u l-poplu hu r-regolatur tagħna li jeżaminana li mar kollox sew." Interessanti l-fatt li għall- festa hemm organizazzjoni sħiħa fir-raħal - xi ħaġa li ma ssirx wisq fi rħula oħra. Hemm il-kumitat tal-Festi Esterni li l-president tiegħu hu l-arċipriet. Minn dan il-kumitat ta' 15-il persuna joħorġu delegati tal-armar, baned u nar b'qafas ta' regolamenti u fuq dan kollu hemm ir-regolatur li huma grupp ta' persuni magħżula mill-arċipriet li ma jkollhomx x'jaqsmu mal- festa u li jaraw li kollox qed isir sew. Dan hu esperiment li bdejnih aħna f 'Għawdex u jidher li qed jiġi kkupjat minn rħula oħra Għawdxin. Anke l-kunsill lokali jaħdem id f 'id mar-raħal kollu biex din il-festa tirnexxi u fil-fatt Anton Said hu membru organizattiv fi ħdan il-kunsill, fejn jorganizza l-wirja agrarja u jieħu ħsieb il-programm tal-festa, ktejjeb bażat fuq informazzjoni dwar l-istorja tal-qaddisin miktuba minn nies gradwati bil-Masters In-Nadurin jiċċelebraw l-Imnarja illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Iċ-ċelebrazzjoni tal-Imnarja hija waħda mistennija f 'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015