Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 Għamlitha Michelle Muscat Libset kuruna tar-rużarju għall-protezzjoni imma xorta gidmitha brama JOHN BUSUTTIL MICHELLE Muscat għamlitha u lbieraħ rnexxiela tgħum il-fliegu għall-karità. Żgur u mhux forsi li kienet sfida mill-aktar diffiċli hekk kif il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat kellha tgħum f 'ibħra li kienu mqallbin u riħ li kien qed jiżdied mal-ħin biex laħħaq anke l-forza 5 f 'xi ħinijiet. Meta mistoqsija minn l-ILLUM għalfejn libset kuruna tar- rużarju hija qalet li dan għamlitu għall-protezzjoni. U għalkemm irnexxielha tasal sal-kosta Maltija qawwija u sħiħa, l-kuruna xorta ma pproteġithiex minn gidma ta' brama. Muscat qalet li hi tant tħobb il-baħar, fil-fatt qattgħet ħafna minn żgħożita ħdejn il-baħar, li gidma ta' brama ma tantx kienet se ddejjaqha. Muscat bdiet l-isfida tagħha għal kawża ġusta minn Għawdex minn fejn kienet akkumpanjata minn diversi bċejjeċ tal-baħar u persuni tas-sigurtà illi għamlu fiċ-ċert li Muscat tibqa' għaddejja bl-isfida sal- aħħar. Iżda mart il-Prim Ministru dehret li kienet preparat sew għal din l-isfida u l-istamina li bniet f 'dawn l-aħħar ġimgħat għenet sew biex setgħet tilħaq il-mira tagħha. Fil-fatt hija fakkret lil dan il-ġurnal li kienet ilha għaddejja titħarreġ minn Novembru. Michelle Muscat sabu jistennewha numru ta' nies u ammiraturi imma mal-ILLUM b'ċerta kburija qalet illi "l-ewwel tgħanniqa ħadtha mingħand żewġi Joseph u ż-żewġ uliedi". Michelle tintlaqa' minn żewġha Joseph Muscat Michelle Muscat ma' wħud minn dawk li pparteċipaw fl-għawma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015