Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum L-Indja - il-pajjiż tal-kuntrasti li qed jiġbed lejh l-aqwa futbolers tad-dinja JEKK hawn pajjiż li nistgħu niddeskrivuh bħala wieħed li jiġbor fih diversi kuntrasti tassew evidenti, m'hemmx dubju li dan m'huwa l-ebda wieħed ħlief l-Indja. Dan hekk kif dan il-pajjiż enormi b'popolazzjoni ta' aktar minn biljun persuna, jiġbor fih sezzjoni żgħira ta' persuni biljunarji u eluf kbar ta' nies foqra li m'għandhomx għaxja ta' lejla. Iżda propju minħabba l-ftit biljunarji li nsibu f 'dan il-pajjiż, il-futbol Indjan, fosthom l-Indian Super League, qed jagħmlu passi ta' ġgant 'il quddiem, li qed iwasslu biex numru ta' plejers ta' fama u klassi mondjali u li jkunu qed jersqu lejn l-aħħar snin tal-karriera tagħhom fil- futbol, qed ifittxu li jibdew avventura qasira ta' futbol f 'dan il-pajjiż. Fost dawn nistgħu nsemmu lil Alessandro Del Piero, David Trezeguet, Robert Pires, Mikael Silvestre, Luis Garcia, Joan Capdevila, Nicolas Anelka u David James. U dan biex ma nsemmux li plejer tal- kalibru ta' Andrea Pirlo jista' jħalli lil Juventus matul dan is-sajf, biex huwa wkoll jibda esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu f 'dan il- pajjiż ferm 'il bogħod mill- Italja. Barra minn hekk, qed jissemma' wkoll li l-eks attakkant prolifiku Franċiż ta' Arsenal Thierry Henry jista' huwa wkoll ifittex li jimraħ f 'dan il-pajjiż. Iżda x'qed jiġbed lil dawn il-plejers biex itemmu l-karriera tagħhom jilagħbu f 'dan il-pajjiż minflok jagħżlu pajjiżi oħra fosthom l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Emirati Arab Magħquda, fost oħrajn. M'hemmx dubju li s-salarji kbar li jitħallsu bihom dawn il-plejers mis-sidien ta' klabbs Indjani, kif ukoll l-investiment qawwi li qed isir fil-futbol Indjan fosthom fl-istadia rispettivi tal-pajjiż, huma biss tnejn mis-sigrieti ewlenin li qed jattiraw bis-sħiħ u jiġbdu l-għajn ta' dawn il-plejers imsemmija. Kif ngħidu l-flus iġibu l-flus, u b'riżultat ta' dan, diversi ditti u sponsors ta' fama mondjali ukoll qed jagħżlu li jinvestu u jirreklamaw il-prodotti tagħhom f 'timijiet tal- futbol, li jimmilitaw fl- Indian Super League. Barra minn hekk, timijiet ta' ċertu statura fil-futbol Ewropew fosthom Atletico Madrid, Fiorentina u Feyenoord kienu biss tlieta minn diversi klabbs oħra Ewropej, li affiljaw ruħhom u jissieħbu ma' timijet mill- Kampjonat Indjan, mhux biss biex jippromwovu l-futbol, iżda wkoll biex jgħinu fl-infrastruttura u l-iżvilupp l-aktar bażiku tal- logħba. Biex insemmu lill-klabb ġgant Spanjol ta' Atletico Madrid, tajjeb ngħidu li dan qed jieħu is-sehem u l-involviment tiegħu fil- futbol Indjan b'serjetà kbira. Dan hekk kif ftit tax-xhur ilu, żvelaw il-franchise Atletico de Kolkata fl- istadium majestuż tagħhom f 'Madrid, il-Vicente Calderon. Dan wassal biex dan it-tim li ġej mill-belt fqira u sinonima ma' Madre Tereża ta' Kalkutta, fl-Indja, jittrenja f 'dan il-grawnd qabel tournament li ħa sehem fih fl-istess stadium, riċentament. Tajjeb ngħidu wkoll li l-istilla tal- Colchonero, kif inhuma aktar magħrufin Atletico Madrid, l-Ispanjol, Koke, attenda wkoll għal dan it- tournament. Barra minn hekk, fl-aħħar ġimgħat kien hemm xnigħat u spekulazzjonijiet fil- media sportiva li d-difensur ċentrali ta' Atletico de Kolkata, Arnab Mondal, kien qed jinteressa bis-sħiħ lil Atletico Madrid, u fil- ġranet li ġejjin, mhux eskluż li dan il-plejer jingħata ċans biex jippruvaw il-ħiliet tiegħu fi Spanja, mat-tim immexxi mill-kowċ bravu Arġentin, Diego 'El Cholo' Pablo Simeone. Alessandro Del Piero, David Trezeguet, Robert Pires, Mikael Silvestre, Luis Garcia, Joan Capdevila, Nicolas Anelka u David James jippożaw mat-trofew tal-Indian Super League Riżultati pożittivi għat-tim ta' taħt is-17 -il sena ta' Valletta ġewwa Sqallija ITTIM ta' taħt is-17-il sena ta' Valletta pparteċipa għat- tieni sena konsekuttiva fit- tieni edizzjoni tat-Torneo Internazionale Etna Sud ġewwa Sqallija. Il-livell tat-tournament qiegħed jiżdied tant li din is-sena rduppjaw it-timijiet u b'kollox kien hemm 16-il tim jipparteċipaw b'Valletta jkunu l-uniku tim minn barra l-Italja. Il-grupp kellu prestazzjonijiet pożittivi u żamm il-livell għoli kontra timijiet aktar kwotati. Valletta lagħbu fi grupp D kontra ACR Messina iżda spiċċaw ħarġu telliefa 2-1, biex spiċċaw draw kontra Villese Calcio 1-1 u rebħu t-tielet logħba kontra Calcio Sicilia 2-0 iżda spiċċaw it-tielet fil-grupp wara li Messina spiċċaw it-tieni minħabba l-konfront dirett. Iż-żgħażagħ rebħu wkoll kontra Tommaso Natale 2-1, biex kellhom jilagħbu għad- disa' u l-għaxar post bl-aħħar logħba tintilef 3-0 kontra Ragusa Calcio. Intant, dawk li għadhom ma applikawx għas-Summer School li se tkun qed tiġi organizzata min-Nursery ta' Valletta, jew jixtiequ aktar informazzjoni rigward dan, jistgħu jibagħtu messaġġ fuq 79951255 jew jibagħtu email fuq stewartsaid3@gmail.com It-tim ta' taħt is-17 -il sena ta' Valletta, li pparteċipa għat-tieni sena konsekuttiva fit-tieni edizzjoni tat-Torneo Internazionale Etna Sud ġewwa Sqallija, u li kiseb riżultati pożittivi Red Bull King of the Rock reġa' magħna LAKTAR one-on-one street basketball tournment pretiġjuż tad-dinja, għal darb'oħra ġej Malta għat-tieni darba. Il- kwalifikazjonijiet uffijali tar-Red Bull King of the Rock f 'Malta se jsiru bejn l-Erbgħa 15 u s-Sibt 18 ta' Lulju fil-Bognor Beach Aquatic Sports Club f 'Buġibba. L-aħħar tmien plejers se jilgħabu kontra xulxin f 'format ta' knock-out fil- finali lokali li se ssir is-Sibt 18 ta' Lulju fl-istess Bognor Club f 'Buġibba. Is-sena l-oħra, l-Ispanjol Carles Teixido, rebaħ l-ewwel edizzjoni tar-Red Bull King of the Rock f 'Malta, wara finali mill-isbaħ kontra l-plejer Malti tat-tim nazzjonali tal- basketball, David Bugeja. Din is-sena, ir-rebbieħ se jtir lejn Istanbul fit-Turkija, fejn se jirrappreżenta lil Malta u se jilgħab kontra plejers oħra minn madwar id-dinja fid-29 ta' Awwissu. L-edizzjoni ta' din is-sena se ssir f 'aktar minn 20 pajjiż minn kontinenti differenti. Ir-reġistrazzjonijiet jagħlqu l-Erbgħa 8 ta' Lulju u huma limitati għal massimu ta' 64 plejer. Mhux se jkun hemm miżata ta' reġistrazzjoni u l-parteċipanti se jirċievu kit uffiċjali tar-Red Bull King of the Rock u 15% voucher min-Nike Store meta jixtru żarbun tal-basketball tan- Nike. Ir-Red Bull King of the Rock qed tkun organizzata b'kollaborazzjoni mal-Malta Basketball Association u appoġġjata minn Malta Love and Basketball u mill-Urban Jungle – House of Sport. Għal aktar informazzjoni fuq l-avveniment ċempel fuq 9987 9987 jew żur il-paġna tal-avveniment fuq Facebook Red Bull King of the Rock Malta Qualifier.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015