Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051
32 illum Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 SPORTSillum L-iktar 10 futbolers Barra li huwa meqjus bħala l-aqwa plejer fid-dinja, hekk kif f 'Diċembru li għadda rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-Ballun tad-Deheb għat-tieni darba konsekuttiva fil-karriera tiegħu, il- fenomenu Portugiż huwa meqjus bħala l-iktar plejer imħallas u sinjur fid-dinja tal-futbol. Tant hu hekk li ftit tax-xhur ilu, f 'kummenti li għadda lil sezzjoni tal-media huwa afferma li lanqas biss jaf kemm għandu flus fil-kont bankarju tiegħu għax tilef il-kontroll minħabba l-fatt li ta' kuljum u b'mod kostanti jidħol ammont sostanzjali ta' flus fl-istess kont grazzi għan-numru ta' sponsorships lussużi li Ronaldo għandu ma' diversi ditti. U jekk dan mhux biżżejjed Ronaldo għandu salarju ta' €17–il miljun fis-sena mal-ġganti Spanjoli, Real Madrid. Huwa s-sid ta' propertajiet lussużi f 'Madrid, Lisbona u Madeira, waqt li huwa fatt magħruf li għandu ħafna għal qalbu, karozzi sportivi fejn fil-fatt għandu tnejn tal-ogħla kwalità li huma Lamborghini Aventador u Bugatti Veyron. Żgur li dan il-plejer mhux rifless tal-kontinent fqir li ġej minnu jiġifieri l-Afrika. Dan il-plejer jibqa' msemmi għal meta lura fl-2009 kien xtara arloġġ li jiswa' €33, 000 lil kull wieħed lil kull wieħed mill-plejers tal-Cameroon, għall-fatt li dawn kienu kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2010 li kienet saret fl-Afrika ta' Isfel. Mal-klabb Russu Anzhi Makhachkala huwa kien jaqla' s-somma esorbitanti ta' €7 miljun kull sena. Madankollu bl-iskop li jirbaħ iktar unuri fil-karriera tiegħu u anki minħabba l-fatt li dan il-plejer jista' jitqies bħala miljunarju u għalhekk ma tantx jidher li jagħti kas tal-qligħ tiegħu, matul l-istaġun li għadda huwa ngħaqad ma' Chelsea fl- Ingilterra fejn iffirma kuntratt ta' sena li jiswa' €5 miljun. Il-futur ta' dan il-plejer għadu inċert hekk kif bosta rapporti qed isostnu li jista' jmur jilgħab ma' Juventus fl-Italja jew ma' xi tim ieħor fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. It-tluq ta' dan il-plejer minn Real Madrid biex ingħaqad ma' AC Milan fl-Italja fisser li dan kellu jissagrifika l-aħħar sentejn tal-kuntratt tiegħu mal-Los Blancos li kien ifisser qligħ ta' €9 miljun kull staġun flimkien ma' diversi bonuses. Minħabba l-imħabba kbira li għandu għal AC Milan, għalkemm issa ħalla lil dan it-tim biex mar jilgħab ma' Orlando Jets fil-Major Soccer League fl- Istati Uniti, huwa naqqas il-qligħ tiegħu għal €4 miljun kull sena mar-Rossoneri waqt li naqqas ukoll il-qligħ tiegħu wara l-injury li sofra matul l-istaġun li għadda kontra Torino fejn talab lid-diriġenti ta' AC Milan biex ma jitħallasx sakemm huwa kellu jerga' jirritorna fl-azzjoni għat- tim tiegħu. Tul is-snin dan il-plejer attira numru ta' sponsorships mill-aqwa fosthom mad-ditti Adidas, EA Sports u Sony waqt il ilu għal seba' snin jimmudella għad-ditta, Armani. Għandu appartamenti lussużi f 'Manhattan u fi New York kif ukoll propjetajiet oħra inqas lussużi f 'Natal, Madrid u Milan. B'hekk Kaká ingħaqad ma' lista ta' plejers oħra li dejjem qed tikber li jqisu s-suq tal-propjetà bħala bażi ta' investiment għalihom. Barra li lkoll nafu x'kapaċi jagħmel dan il-plejer fil-grawnd, il-flus li jaqla' mhumiex inqas mill- kwalitajiet inkredibbli li huwa jippossjedi fil-futbol. F'Diċembru tal-2012, huwa ffirma kuntratt ma' Barcelona li fih hemm stipulat li huwa jirċievi s-somma ta' €15-il miljun kull sena sas-sena 2018. Barra minn hekk huwa għandu sponsorship lussuż ta' mhux inqas minn €2 miljun fis-sena mad-ditta Adidas waqt li huwa l-wiċċ pubbliċitarju tad-ditta Gillette, fejn ma' din id-ditta segwa fuq il-passi ta' Tiger Woods, Thierry Henry u Roger Federer. Bħala karozzi għal waħda għandu tnejn, u tnejn lussużi - Ferrari F430 Spider u Audi R8. Barra minn hekk, il-fenomenu Arġentin għandu numru ta' propertajiet lussużi fl-Arġentina u anki f 'Barcelona fi Spanja. Dan il-plejer tela' fir-raba' post ta' din il-gradwatorja wara li ffirma l-iktar kuntratt għoli fl- istorja tal-futbol fl-Ingilterra, li jiswa' madwar €365,000 kull ġimgħa għal ħames snin li jmiss ma' Manchester United. Dan ifisser li permezz ta' dan il-kuntratt dan l-attakkant prolifiku Ingliż se jkun qed jaqla' viċin is-somma ta' €95 miljun sa meta jkollu biss 33 sena. Barra minn hekk Rooney għandu ftehim ta' sponsorships lussużi mad-ditti Nike, Samsung u Harper Collins. Madankollu minħabba problemi li fihom kien involut Rooney barra mill-grawnd, id-ditti kbar Coca-Cola u EA Sports itterminaw il-ftehim ta' sponsorship li kellhom mal-istess plejer b'mod immedjat.