Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 7 SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET JOB COACHES' GĦALL-PROĠETT TAL-FSE 3.113, 'SUPPORTED & SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' MPO Reference No: MPO98/2005/09 ETC Permit No: 97/2014 Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tfittex persuni motivati u lesti biex jidħlu għal impenn ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. Il-persuni magħżula se jkunu impjegati bħala 'job coaches' biex jagħtu taħriġ, għajnuna u appoġġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti. Huma se jkunu impjegati fuq bażi ta' kuntratt definit taħt il-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew 'Supported and sheltered employment training for disadvantaged groups including RDPs' sal-aħħar ta' Novembru 2015. Matul ix-'Sheltered Employment Training', il-Korporazzjoni se tagħti taħriġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti bil-għan li dawn itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu f'impjieg. Il-programm se jinkludi taħriġ prattiku f'setturi differenti tas-suq tax-xogħol u żjajjar f'postijiet differenti tax-xogħol. L-applikanti għandhom ikollhom minn tal-anqas tlett 'O' levels (minn gradi 1 sa 5 jew A sa C) u sena esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`, JEW l-'MCAST Foundation Certificate in Care' jew ekwivalenti f'termini ta' livell u kontenut tal-kors, JEW minn tal-anqas tlett snin esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. L-applikanti għandhom ikunu litterati fit-teknoloġija tal-informatika u kapaċi jikkomunikaw tajjeb kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż. L-esperjenza ta' xogħol trid tkun verifikata b'ittra ta' referenza jew b'kopja tal-Formola tal-Bidu tal-Impjieg tal-ETC. L-ismijiet ta' żewġ persuni li jistgħu jitkellmu għall-applikanti għandhom ikunu sottomessi mal-ittra t'applikazzjoni. Persuni interessati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljata, bil-posta reġistrata jew bl-idejn lil: Il-Kap tad-Dipartiment People Management & Corporate Services Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Uffiċċju Prinċipali Ħal Far BBG 3000 L-applikanti għandhom jikkwotaw il-kodiċi HR/21/15 fl-ittra t'applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard minn nhar L-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu rikonoxxuti u se jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalita`. Is-CVs tal-applikanti se jinżammu mill-ETC għal referenza futura. Dawk l-individwi li ma jixtiequx li s-CV tagħhom tinżamm mill-ETC għandhom jibagħtu ittra fuq l-indirizz t'hawn fuq u jirċievu lura s-CV tagħhom wara l-proċess ta' reklutaġġ. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett ko-nanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ko-nanzjament: 85% Fondi UE, 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek L-akkademiku Ian Christie se jkun lettur fl-Università ta' Malta LAKKADEMIKU Ingliż magħruf Ian Christie se jkun wieħed minn diversi letturi, kemm lokali kif ukoll barranin, li se jkunu parti mill-kors Master of Arts in Film Studies. Dan il-kors se jibda jkun offrut fl-Università lokali għall-ewwel darba u se joffri esperjenza unika u mill-aktar eċitanti għal dawk li jixtiequ jibnu karriera f 'industrija li kemm internazzjonalment, imma b'mod speċjali anke lokalment qed tikber ħafna. Christie, li bħalissa huwa Professur fl-Istorja tal-Films u l-Midja fl- Università ta' Birckbeck f 'Londra kiteb diversi kotba li studjaw produzzjonijiet ċinematografiċi, fosthom ta' Martin Scrosese. Dan id-direttur huwa magħruf għal bosta films, fosthom il-kontroversjali 'The Last Temptation of Christ', 'Age of Innocence', 'Gangs of New York', 'Shutter Island' u 'Wolf of Wall Street'. Meta L-ILLUM għamel kuntatt mal-Professur Gloria Lauri Lucente, il-Viċi Dekan tal-Fakultà tal-Arti u l-moħħ wara dan il-kors flimkien mal-Professur Saviour Catania, din spjegat kif Christie huwa wieħed minn numru ta' akkademiċi oħrajn li se jkunu qed iservu ta' letturi f 'dan il-kors u li se jkunu responsabbli mill- module relatat mal-kitba tal-iskript u l-qalba tal- kitba għal produzzjoni fuq l-iskreen. Il-kors, li se jkun maqsum f 'sitt semestri b'kollox, se jinkludi diversi units ta' studju, fosthom riċerka, drammaturġija, immaġini u ħoss, li huma lkoll obbligatorji għal dawk li beħsiebhom jinkitbu fil- kors. Apparti dawn iżda l-kors se joffri firxa oħra ta' studju f 'oqsma li minnhom l-istudent jista jagħżel. Fost dawn hemm il-filosofija tal- films, l-aspetti tal-lokazzjoni ta' produzzjoni u r-rabta bejn l-industrija tal-films u l-Mediterran. Dan il-kors, spjegat Lauri Lucente, huwa mmirat lejn dawk li kisbu l-ewwel degree biex ikabbru l-potenzjal tagħhom fil-qasam tal- films, editing u media kemm f 'pajjiżna kif ukoll barra. Hija spjegat kif il- kors se jkun miftuħ għal 15-il student fis-sena u dan minħabba li l-Masters of Art in Film Studies jeħtieġ ħafna superviżjoni individwali. Meta kien qed iniedi dan il- kors, li qed ikun sponsorjat mill-Gvern il-Ministru għat- Turiżmu Edward Zammit Lewis fakkar fil-ħidma kbira li qed jagħmel dan il-Gvern, anke permezz ta' inizjattivi, li qed iwasslu għal riżultat mill-aktar inkoraġġanti. Fil-fatt l-istess Ministru kien żvela kif huwa pjanat li din l-industrija se tkun qed tħalli madwar €80 miljun fil-pajjiż din is-sena, qabża kbira mis-sena l-oħra, meta ħalliet madwar €20 miljun biss. Intant it-tħabbira ta' dan il-kors jiġi fid-dawl ta' Memorandum of Understanding li l-Malta Film Commission iffirmat mal-MCAST bil-għan li jitqajjem aktar għarfien dwar l-industrija tal-films f 'Malta u li jinħolqu aktar opportunitajiet għal taħriġ fil-qasam. Jiġi wkoll fl-istess ġimgħa li kien mħabbar film ieħor li se jkun qed jinġibed f 'pajjiżna minn Lulju bl- isem 'The Lake' tad-direttur Luc Besson u li mistenni jġib f 'pajjiżna lil Sullivan Stapleton, l-attur prinċipali fil-film '300 Rise of an Empire'. 120,000 jirreġistraw għal Tallinja card KIENU b'kollox 120,000 persuna li rreġistraw għal kard illi permezz tagħha l-passiġġieri li se jibdew jużaw it-trasport pubbliku se jkunu qed jiffrankaw ħafna mill-ħin moħli waqt il-vjaġġ. Dawk il-105,000 li applikaw sad-19 ta' Ġunju se jkunu qed jirċievu l-card sat-30 ta' Ġunju, ġurnata qabel ma tidħol fis-seħħ is-sistema. Minn naħa l-oħra l-applikazzjonijiet li saru wara d-19 ta' Ġunju se jkunu qed jintbagħtu fil- ġranet li ġejjin. Din il-card qed tkun introdotta ftit żmien wara riforma fit-trasport pubbliku li bdiet dieħla bil-mod u li se tkun qed tibda tilħaq il-quċċata tagħha fix-xhur li ġejjin. L-introduzzjoni ta' Tallinja Card kienet mħabbra fil-bidu ta' din ir-riforma u kif kien spjegat l-għan tagħha se tkun illi tnaqqas mill-ħin li jintilef f 'ħafna 'negozjar' u bdil ta' flus max-xufier. Il-card se tkun qed taħdem simili ħafna għal mod kif taħdem l-Oyster card f 'Londra u ladarba persuna tibda tużaha tkun tista żżid kemm trid flus meta trid. Il-card jew il-flus li jintefgħu fiha mhux se jkollhom skadenza, jiġifieri persuna tkun tista titfa' l-flus u tużaha meta trid. Intant meta kienet mħabbra l-card, kienu mħabbarin ukoll il- prezzijiet li se jibdew iħallsu l-passiġġieri. Vjaġġ minn post sad-destinazzjoni se jkun qed jiswa 75ċ bil-card sa massimu ta' €26 fix- xahar. Ladarba taqbeż dak l-ammont ma' tibqax tħallas iktar. Apparti minn hekk hemm prezzijiet partikolari għall-istudenti, pensjonanti u l-Għawdxin. Għall-anzjani l-prezz jinżel għal 25ċ kull vjaġġ b'massimu ta' 50ċ kuljum jew €2 fil-ġimgħa, filwaqt li l-istudenti jħallsu daqs l-adulti imma l-massimu li jħallsu f 'xahar jinżel għal €21 AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT L-akkademiku Ian Christie

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015