Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051
€1.00 Nr 454 • 28 ta' Ġunju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALBIEDJA,SAJD U DRITTIJIET TALANNIMALI KOLLASS TOTALI Tkompli f 'paġna 6 Vitals Global Healthcare magħżula bħala l-offerent preferut VITALS Global Healthcare Ltd ġiet magħżula bħala l-offerent preferut għall- proġett li se jwassal il-qasam tas-saħħa f 'era ġdida Projects Malta llum ħabbret li hija l-kumpanija Vitals Global Healthcare Ltd, il-kumpanija li se twassal biex f 'Malta jkollna era ġdida fil-qasam tas-saħħa. Din il-kumpanija, mmexxija mill-grupp Oxley, li hija bbażata Singapore, se tkun responsabbli għall-bini tal- Isptar Ġenerali t'Għawdex kif ukoll għall-proġetti ta' rinovar fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech. F'kummenti li tana meta kkuntatjat mill-gazzetta ILLUM, is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li għaddejjin taħditiet mal-unions konċernati biex il-ħaddiema jkunu infurmati b'kull żvilupp li jkun qed jiġri. Ċans kbir li l-Greċja tkun l-ewwel pajjiż li titlaq mill-Ewro BIDDEĊIŻJONI tal-Unjoni Ewropea li ma tagħtix estensjoni tal-bailout lill-Greċja sakemm jsir ir-referendum mħabbar mill-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras għal nhar il- Ħadd li ġej, huwa mistenni li l-qasam bankarju Grieg jaqa' f 'kollass totali. Intant bid-deċiżjoni tal-UE u r-referendum għal bħal-lum ġimgħa kollox jindika li l-Greċja se tkun bdiet it-triq biex titlaq miż-żona ewro u terġa' tintroduċi l-munita nazzjonali tagħha. Dan il-preċedent ikrah għall-UE u għaż-żona ewro jista' jseħħ jekk il-Ħadd li ġej il-poplu Grieg jivvota fuq dak li Tsipras iddeskriva bħala pjan ta' bailout "umiljanti" b'miżuri "insapportabbli". Fil-fatt il-Griegi ftit li xejn jidhru li qegħdin fil-burdata li jaċċettaw aktar miżuri ta' awsterità wara snin jaraw il-livell ta' għixien tagħhom jitnaqqar, l-qgħad jisplodi 'l fuq u l-faqar jsir ferita gravi fis-soċjetà Griega bħalma qatt ma kien qabel. Tkompli f 'paġna 2 Tkompli f 'paġna 2 PERSUNI li tkellmu mal- ILLUM b'mod esklussiv taħt kundizzjoni ta' anonimità spjegaw kif lukanda partikolari fil- pajjiż stabbilixxiet kuntatti ma' aġenziji tax-xogħol fil-Bulgarija, li min-naħa tagħhom ifornuhom b'ħaddiema li jagħmlu xogħlijiet varji fosthom ta' waiters, chambermaids jew impjiegi relatati ma' maintenance. Dawn il-ħaddiema jitħallsu €3.80 kull siegħa u minn dawn, l-istess Bulgari, jridu jerġgħu jħallsu madwar 10ċ jew xi drabi anke 20ċ lill- aġenzija li tkun ġabithom pajjiżna. Dan ifisser li f 'idejhom dawn il-ħaddiema jkunu qed jaqilgħu madwar €3.60 jew €3.70 fis-siegħa. Meta wieħed jaħdem dan l-ammont kontra l-paga minima jsib li dawn il- ħaddiema, wara l-ħlas obbligatorju lill-aġenzija, jkunu qed jaqilgħu minn 46ċ sa 56ċ inqas mill-paga minima kull siegħa, jew sa madwar €90 inqas mill-paga minima fix-xahar.* Tħallashom €3.80 fis-siegħa u tiddikjarahom 'self employed' Xibka ta' abbuż - lukanda "timporta" ħaddiema Bulgari minn barra Il-proġett li se jwassal il-qasam tas-saħħa f 'era ġdida . . .