Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 13 li jagħżlu Malta hu li aħna fost il-ftit pajjiżi li l-gvern hu leġislatur tal-logħob u regolatur u mhux operatur. B'hekk il-gvern ma joffrix kompetizzjoni lill-operaturi li huma liċenzjati Malta." Mitlub jikkumenta dwar ħwienet tal-logħob li jiftħu madwar Malta jekk hux qed iħajru aktar logħob iċ- chairman tal-MGA qalli li l-affarijiet tal-ippjanar ta' dawn il-ħwienet ma jaqax taħthom, iżda l-awtorità tħares fejn jiftħu ħwienet lokalment biex tara li jkun hemm distanzi minimi minn ċertu postijiet frekwentati mit- tfal ta' taħt l-età. Anke l-fatt li aktar ma jiftħu ħwienet, aktar jilgħabu huwa argument li ma jreġġix. Aħna nesiġu l-liġi tal-logħob, u nirregolaw li kollox ikun ġust. Fil-fatt aħna nirregolarizzaw li l-boċċi tal-lottu jkunu jiżnu l-istess, niżnuhom qabel kull tlugħ, kull kaxxa tal-logħob niċċekjawha li mhix imbagħbsa u l-urna tal-lottu tiġi ttestjata f 'laboratorju ħalli żgur ma jkunx hemm tbagħbis tan-numri li jitilgħu." Hawnhekk qalli li hi ċuċata li ħafna nies jaħsbu li l-kumpanija tal-lottu tara biex ma jintrebħux il-flus biex ikomplu jtellgħu s-somma. Cuschieri kompla qalli li huma jkollhom 300 claim fix-xahar minn ġukaturi li jaħsbu li ma tħallsux kif suppost. Huma jiċċekjawhom kollha u fil-maġġoranza ma jkollhomx raġun iżda hemm players' support unit fl- awtorità. "Il-filosofija tagħna hu li min jilgħab ikun protett." Barra minn hekk Cuschieri, li deher li jaf eżatt x'inhu jsir fl-awtorità li jmexxi, qal li hu żball li wieħed jaħseb li hawn kumpaniji tal-logħob li jridu jingannaw bil-lagħba għax għandhom wisq x'jitilfu. "Anzi ħafna ma jafux li dawn meta jaraw li jkun hemm klijent li s-soltu jilgħab €100 fix-xahar u jibda jilgħab €500 jikkuntattjawh ħalli jaraw għaliex qed jagħmel dan. Dawn jifhmu li aħjar persuna jilgħab magħhom regolari għal snin twal milli jilgħab ħafna għal ftit u jfalli." Lejn tmiem l-intervista Cuschieri qalli li huma qegħdin hemm biex jiġġieldu l-irregolarita u xtaq li l-poplu jifhem eżatt x'inhi tagħmel l-awtorità u mhix hemm biex tħajjar lil min jilgħab, "għax min irid jilgħab ma nistgħux inżommuh, iżda żgur li mhux se nħallu min jaqlih b'żejtu." Ritratt: Chris Mangion mhux inħajruhom jilagħbu – Joseph Cuschieri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015