Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 Kif jiġu t-tfal ma? Mill-Qorti QORTI lliberat tliet irġiel minn akkuża ta' stupru fuq tifla minuri, għaliex filwaqt li l-Qorti emmnet li l-minorenni kellha rapport sesswali mat-tliet persuni, ma kinitx konvinta li l-atti sesswali kienu saru mingħajr il-volontà tagħha jew li kien hemm xi forma ta' biża' u vjolenza. Aldo Muscat ta' 43 sena mill-Mellieħa, Noel Buttigieg ta' 40 sena mill-Ħamrun u Arnold Farrugia ta' 46 sena minn Ħaż Żebbuġ ġew mixlijin li bejn Mejju u Ġunju tal-2007 kkommettew stupru fuq il- minuri, li kkorrompewha, li kkommettew attentat vjolenti għall-pudur u li offendew il- pudur jew il-morali b'għemil li sar f 'post pubbliku. Muscat waħdu ġie mixli li ħajjar għall-prostituzzjoni persuna ta' taħt l-età, fost akkużi oħrajn Il-każ beda meta f 'Mejju tal- 2007, it-tfajla, li dak iż-żmien kellha sitt xhur tqala, ħarbet mid-dar tal-ġenituri tagħha waqt li kienet fuq 'leave' mill- Isptar Monte Carmeli. Wara li ġiet irrappurtata nieqsa, il-Pulizija bdiet tinvestiga u rċeviet rapport anonimu dwar fejn kienet tinsab it-tfajla u eventwalment instabet f 'appartament il- Qawra. Meta nstabet il-minorenni spjegat li kienet ħarbet mid- dar għaliex il-ġuvni li kienet tinħabb miegħu ma riedx jaf biha aktar. Qalet li marret f 'bar fil- Mellieħa, fejn iltaqgħet mal-imputat Noel Buttigieg u rranġaw li kellu jwassalha San Pawl il-Baħar. Il-minorenni allegat li meta Buttigieg wasssalha, kien beda jinsisti li jkollha x'taqsam miegħu fil-vettura. Il-minorenni qalet li kienet aċċettat għaliex bdiet tibża' minnu. It-tfajla qalet ukoll li Buttigieg kien qalilha li se jerġa' jiltaqa' magħha aktar tard bil-lejl, u sadanittant hija ltaqgħet ma' persuna barranija u marret torqod għandu. Wara li reġa' kellha x'taqsam ma' Buttigieg f 'appartament, il-minorenni qalet li bdew iċemplulha l-ħbieb ta' Buttigieg u bdew jgħidulha li hemm xi vidjow li ħadilha l-imputat li hija ma kinitx taf bih. Il-minorenni kompliet tgħid li kien hemm okkażjoni oħra fejn fil-bar reġa' kellha x'taqsam ma' Buttigieg flimkien ma persuna oħra. Wara li Buttigieg wassalha San Pawl għall-ħabta tal-5.00 am, il-minorenni marret fil- bar tal-imputat l-ieħor, Aldo Muscat. Il-minorenni qalet li "ma tafx kif " kienet spiċċat marret Għawdex miegħu u mal-imputat l-ieħor Arnold Farrugia, u kellha inkontru sesswali mat-tnejn li huma. It-tfajla kompliet tgħid li kif waslu lura Malta, Muscat beda bil-vjolenza jħajjarha għall- prostituzzjoni. Qalet li aċċettat li tagħmel dan ix-xogħol għaliex kienet beżgħet minnu wara li beda jgħajjat magħha. Bdiet tipprostitwixxi ruħha fil-bar ta' Muscat u, għalkemm qalet li qatt ma rċeviet flus, kienet semgħet li l-irġiel kienu jagħtuh Lm20 biex ikunu jistgħu jmorru magħha. Muscat kien laqqagħha ma' terza persuna, u lil dan talbu Lm20 biex imur magħha. Iżda din it-terza persuna ma aċċettatx u t-tfajla marret tgħix fl-appartament tiegħu, fejn kellha x'taqsam miegħu b'mod konsenswali. Il-minorenni kienet qalet li fiż-żmien meta ħarbet, kellha x'taqsam ma' diversi rġiel oħra, apparti l-imputati. Il-Maġistrat Audrey Demicoli għarfet li f 'dan il-każ il-Prosekuzzjoini kienet tibbażat l-każ tagħha fil-konfront tat-tliet imputati kważi esklużivament fuq ix-xhieda tat-tfajla, li iżda ma kienitx kredibbli. Dan għaliex mill-provi ħareġ li hija gibdet kemm dwar isimha u l-età tagħha, kemm mat-tliet imputati kif ukoll ma' terzi persuni. Apparti hekk, kull meta ħarbet mid-dar, l-imputata dejjem għamlet allegazzjonijiet li kienet ġiet abbużata sesswalment. Fl-istess waqt, minkejja li hija qalet li beżgħet minn Buttigieg, xorta waħda tatu n-numru tal-mowbajl u reġgħet marret tfittxu fil-bar fejn kien jaħdem. Il-Qorti qalet li kien evidenti li l-minorenni lanqas kienet tibża' miż-żewġ imputati l-oħra, għax marret Għawdex magħhom, apparti wkoll li baqgħet tmur fil-bar ta' Muscat. Fix-xhieda li taw il-psikjatri li kkuraw lill-minorenni tul is-snin, qalu li hija bniedma li kapaċi tigdeb aktar minn tfal oħra u li hija manipulattiva, taf tivvinta biex tgħatti xturha u kapaċi tinganna lil ħaddieħor. Ħareġ ukoll li t-tifla tbati minn social conduct disorder u li kienet tfittex l-irġiel biex ikollha x'taqsam magħhom sesswalment sa minn età ta' 13-il sena. It-tliet imputati ġew illiberati mill-akkużi kollha, apparti Buttigieg li nstab ħati li offenda l-pudur u l-morali f 'post pubbliku. Buttigieg kien ikkundannat tliet xhur ħabs li ġew sospiżi għal 12-il xahar. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Louise Calleja, filwaqt li għall-imputati dehru l-Avukati Veronique Dalli, Tliet irġiel illiberati minn akkużi ta' stupru MATTHEW AGUIS ALBERT GAUCI CUNNINGHAM ILLUM lanqas tifel jew tifla ta' ħames snin ma tasal biex temmen li t-tfal jiġu bil-vapuri kif kienu jbellawielhom il-ġenituri snin ilu, madanakollu dan ma jfissirx li s-suġġett tas-sess u s-sesswalità m'għadux wieħed tabù bejn l-erba' ħitan tad- dar. Mistoqsijiet dwar is-sess għadhom iwerwru, jekk mhux ukoll jimbarazzaw lill-ċerti ġenituri minħabba li jħossu li la għandhom biżżejjed għarfien u lanqas ħila biex ikunu jistgħu jiddiskutu s-sess u s-sesswalità ma' wliedhom. Kemm il-psikologu u sesswologu Nicholas Briffa kif ukoll il-Kummissarju għat-Tfal Helen D'Amato jistqarru mal- ILLUM li parti minn kull bidla fil-liġi tniżżel l-età tal-kunsens sesswali jeħtieġ li ssir f 'ambitu wiesa' ta' bidliet fil-mentalità u doża qawwija ħafna ta' edukazzjoni, mhux fl-iskejjel biss, imma aktar minn hekk fil-kċejjen u l-kmamar tas-salott tad-djar. Iva sewwa qrajt! Briffa jesiġi li biex tkun ta' suċċess, mistoqsijiet bħal dik miktuba fit-titlu ta' dan l-artiklu jridu jkunu mwieġba mhux injorati. Risposti bħal "kellem lil missierek", "m'għandix ħin" jew "ma nafx" la jagħmlu ġid u lanqas jibnu dak il-fattur ta' fiduċja bejn il-ġenituri u t-tfal. Imma din tista' tkun faċli fuq il-karta u ħafna aktar diffiċli fil- prattika hekk kif Briffa jispjega li hu ġieli ltaqa' ma' koppji li lanqas bejniethom ma jitkellmu dwar is-sess u l-fantażiji sesswali tagħhom. "Jekk lanqas mal- partner tiegħek ma titkellem dwar is-sess u dwar ix-xewqat tiegħek, aħseb u ara kemm se tkun lest u preparat biex twieġeb mistoqsijiet mingħand uliedek stess", sostna Briffa. Fuq l-istess ton tkellmet ma' dan il-ġurnal il-Kummissarju għat-Tfal Helen D'Amato li spjegat kif l-edukazzjoni sesswali hija ċ-ċavetta ta' kollox u għandha tkun riflessjoni tar-relazzjonijiet umani mibnijin "fuq l-imħabba u r-rispett. Hija kompliet tgħid li "tinżel jew ma tinżilx l-età tal-kunsens sesswali....l-għan tal-edukazzjoni sesswali hu li ssegwi mhux li tmexxi lit-tfal u żgħażagħ fil-proċess ta' skoperta tas-sesswalità tagħhom". Hija tagħmel aċċenn partikolari fuq il-bżonn li l-liġi proposta tkun akkumpanjata "minn politika b'saħħitha ta' edukazzjoni sesswali obbligatorja fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji". M'għandekx minn xiex tibża' Briffa jagħmilha ċara li f 'pajjiżi bħall-Olanda, fejn l-età tal-kunsens sesswali hija ta' 16, din il-liġi waslet għall- kuntrarju ta' dak li qed jibżgħu minnu ħafna Maltin. Bosta huma dawk mħassba, bir-raġun jew le, li jekk titnaqqas l-età ta' meta iż-żgħażagħ jistgħu jagħmlu sess b'mod legali se jkunu qed jinfetħu l-bibien għas-sess każwali, jiġifieri meta persuna ikollha x'taqsam ma' xi ħadd mingħajr ebda forma ta' rabta jew emozzjoni. Dan il-ġurnal staqsa lil Briffa jekk din il-biża' hix ġustifikata, bir-risposta tkun li għalkemm jifhem din il- biża', esperjenzi reali ta' pajjiżi oħrajn wrew li dan mhux il-każ. Anzi r-riżultati u studji dwar l-Olanda juru li b'liġi bħal din saħansitra żdiedet l-età tal-kunsens sesswali, jiġifieri l-età medja ta' meta persuna tiddeċiedi li jkollha l-ewwel esperjenza sesswali kunsenswali. Nicholas Briffa u Helen D'Amato jisħqu dwar l-importanza tal-edukazzjoni qabel titniżżel l-età tal-kunsens sesswali Nicholas Briffa Helen D'Amato

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015