Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051
6 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 Il-proġett mistenni joħloq madwar 1,000 impjieg ġdid Tkompli minn paġna 1..... "Illum għandna 1,540 ħaddiem bejn l-Isptar Ġenerali t'Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech. Numru li permezz ta' dan il-proġett mistenni jiżdied b'madwar 1,000 impjieg. Din se tkun opportunità unika għall- ħaddiema fis-settur tas- saħħa li se jkollhom, fejn jimirħu, bibien miftuħin beraħ għall-opportunitajiet," qal Fearne. Huwa żied jgħid li fuq kollox l-aktar li se jiggwadanjaw b'dan il- proġett huma l-pazjenti. "Gvern Nazzjonalista ħalla l-Isptar Ġenerali t'Għawdex jiddeterjora. Sibna sptar fi stat tal-biża'. L-Isptar San Luqa, sptar li serviena għal tant u tant snin, sptar li anke bħala tabib dejjem se nibqa' ngħożż it-tfikira tiegħu, tħalla jaqa' biċċiet," qal is-Segretarju Parlamentari. Dan, qal Fearne, fl-istess waqt li bqajna bi problema ta' pazjenti fil-kurituri. "Permezz ta' dawn il- proġetti se jiżdiedu is- sodod il-ġodda fl-isptarijiet f 'Malta u Għawdex. Dan barra li se jkollna sptarijiet bl-għola livell ta' servizz," ikkonkluda Chris Fearne. Intant il-Ministru għas- Saħħa u Enerġija Konrad Mizzi irrimarka kif l-Investiment fil-qasam tas-saħħa se jippermetti biex is-saħħa f 'pajjiżna tibqa' b'xejn u jogħla l-livell ta' kwalità tas-servizz offrut lill-pazjenti tagħna. Il-Gvern qiegħed jindirizza d-diversi problemi f 'dan il-qasam bħal m'huma mediċini u ħinijiet twal ta' stennija. L-investiment fis- saħħa huwa pass ieħor mhux biss biex il-familji Maltin u Għawdxin ikollhom servizz kif jixraq għaż-żminijiet tal- lum iżda wkoll li jinħolqu opportuitajiet ġodda ta' xogħol. Ix-xogħol f 'Marsalforn jitlesta sal-aħħar tas-sena FIDDAWL ta' kritika li saret dwar xogħol li qed isir fil-Menqa ta' Marsalforn, li ma tlestiex fil-ħin, l-ILLUM tkellem mal-Ministru ta' Għawdex, Anton Refalo. Hu qalilna li għal Gvern Laburista ż-żona tal-Menqa f 'Marsalforn hi prijorità turistika. "Kien għalhekk li akkwista fondi Ewropej biex issebbaħ aktar lill-Menqa kif ukoll lil Għawdex li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kien spiċċa abbandunat." Il-Ministeru għal Għawdex qal li peress li dan il-proġett huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u, jekk ma jinżammx it-timeframe, Għawdex jirriskja li jitlef eluf t'ewro minn fondi importanti mill-allokazzjoni tal-Fondi Ewropej għas-Sajd 2007-2013. Il-Ministeru għal Għawdex qalilna wkoll li apparti x-xogħol fuq il-ħajt tal- Menqa li mhux se jkun ta' inkonvenjent għall- istabbilimenti kummerċjali, ix-xogħol fuq it-trinka tlesta l- Erbgħa filgħodu kif imwiegħed u fil-fatt bagħatilna ritratti li ttieħdu l-Ħamis filgħaxija u l-Ġimgħa filgħodu fejn jidher li t-triq u l-Menqa hi aċċessibbli sew għad-dgħajjes li jridu jiġu varati, għall-pubbliku u anke għal dawk it-trakkijiet li jridu jgħabbu jew iħottu. "Il-Ministeru għal Għawdex qed jieħu l-miżuri kollha meħtiega biex jinħoloq l-inqas impatt possibbli fuq il-lukanda u r-ristoranti tal-inħawi. Kif jixhdu dawn ir-ritratti. Mhux vera hemm diffikultajiet la ghan-numru ta' Għawdxin li jħobbu jgħumu hemm u lanqas m'hemm problema tal-parkeġġ u n-nuqqas ta' aċċessibbiltà għall-persuni li jridu jgħaddu minn hemm bil-mixi." Dan il-proġett li se jiswa mijiet ta' eluf, fejn 75% minnu hu finanzjat minn fondi Ewropej, jikkonsisti f 'titjib estensiv tal-faċilitajiet tal-port ta' Marsalforn u se jassigura li s-sajjieda ser ikunu jistgħu joperaw f 'ambjent aħjar. Ix-xogħol kollu jikkonsisti, f 'xogħlijiet fuq il-ħajt tal- menqa biex id-dgħajjes tas- sajjieda ikunu iktar protetti; rikostruzzjoni tas-Slipway; ftuħ tal-landing office; bini mill-ġdid ta' dry standing area; installazzjoni ta' service pillars; u tibdil tal-winch eżistenti ma' ieħor li hu iktar effiċjenti. Ix-xogħol se jkun finalizzat għal kollox lejn l-aħħar ta' din is-sena. SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett FSE nru. 4.220 – "Developing a Culture of Rights throguh Capacity Building", il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/11/2015 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Riċerka fuq Prattiċi Tajbin ta' Korpi tal-Ugwaljanza dwar in-Non Diskriminazzjoni Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq equality@gov.mt sa mhux aktar tard mit-Tlieta 14 ta' Lulju 2015 fil- 5:15pm Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir nhar it-Tlieta 7 ta' Lulju 2015 fl-10:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE, sa mhux aktar tard mit-Tnejn 20 ta' Lulju 2015 fl-10:00am. It-Termini ta' Referenza jista' jinġabar mill-uffiċini tagħna jew minn fuq il- website (ara d-dettalji hawn taħt). Huwa rrakommandat li l-persuni interessati f'din is-sejħa għall-offerti jinfurmaw lill-NCPE bl-interess tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu infurmati immedjatament bi kwalunkwe komunikazzjoni/kjarifika relatati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR 9010 Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Iż-żona tal-Menqa f 'Marsalforn