Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

CHRISTA BOFFA L-ewwel u qabel kollox, jidher li intom grupp b'membri li għandhom personalità verament differenti. X'taħsbu li hu dak li jgħaqqadkom? U dak li tiġġieldu fuqu ta' spiss? L-aspett li jgħaqqadna huwa l-ħbierija tagħna. Billi issa drajna lil xulxin sew, nifhmu il-karattru ta' xulxin. Rigward dak li niġġieldu fuqu, ħafna drabi jkunu xi affarijiet żgħar li ma niftehmux fuqhom, li malajr insolvu! Kif tistgħu tiddeskrivu l-mużika tagħkom? Il-mużika tagħna tista' tigi deskritta bħala alternattiva, però tinkludi wkoll aspetti mill-kultura Maltija, bħal lirika bil-Malti kif ukoll ħsejjes tipiċi Maltin. Liema mużika tinspirakom? Għandna ħafna tipi ta' mużika li tinspirana. Kull membru għandu influwenzi differenti, però nipprovaw ninkorporaw dawn l-istili differenti biex noħolqu mużika interessanti. Niġu ukoll inspirati minn tipi ta' arti differenti. Kif bdejtu flimkien bħala grupp? Aħna, Janelle, Leona, Julia u Denise ltqajna mill-iskola sekondarja wara li kellna proġett li kien jinkorpora l-mużika. Lil Cheyenne mbagħad konna nafuha billi kienet involuta fix-xena mużikali Maltija. Wara li sirna ħbieb, u bidla fil-lineup, stedinna lil Cheyenne biex tidħol magħna. X'taħsbu li kien l-akbar suċċess tagħkom? Għaliex? Bħala success kummerċjali, l-akbar success kien meta rbaħna l-Bay Music Award for Best Newcomer. Ġejna nnominati wkoll għall-MMA. Ukoll, il-video tagħna għall- ewwel single 'Indecisive' intwera fuq is-sit tal-grupp Coldplay. Suċċess personali hu li nrexxielna nkunu fost il- ftit gruppi Maltin li jinkludu membri nisa biss. Kif taħsbu li l-approċċ tal- mużika f 'Malta qed jinbidel? Qed jingħataw aktar opportunitajiet gruppijiet ta' mużika alternattiva u ġdida? Għalkemm baqa' ħafna xi jsir f 'dan ir-rigward, qed tiżdied il-kuxjenza kulturali f 'Malta rigward il-muzika u l-arti, anke permezz ta' festivals li jsiru. Ukoll, istituzzjonijiet bħal Malta Arts Fund jgħinu ħafna lill-artisti biex ikollhom opportunitajiet kemm Malta kif ukoll barra minn Malta. Kif jirnexxielkom iżżommu s-sintonija bejnietkom bħala grupp? Il-ħbiberija, kif ukoll billi nkomplu niskopru aspetti differenti tal-karattru lil xulxin, kif ukoll naċċettaw l-opinjonijiet mużikali ta' xulxin. X'tagħmlu aktar fil-ħajja? Skola, xogħol eċċ? Aħna kollha studenti f 'istituzzjonijiet varji, kif ukoll għandna xogħol. Involuti f 'diversi passatempi oħra. Taħsbu li tridu tieħdu xogħlkom bħala mużiċisti bħala xi ħaġa full-time? Dik hija l-ħolma ta' kull waħda minna, però hawn Malta hija difficli biex din tiġri minħabba li s-suq huwa żgħir. Però hija xi ħaġa li ma neskludux. Fuqiex qed taħdmu bħalissa? Bħalissa qed naħdmu fuq EP li se jkun jikkonsisti f 'sitt tracks, li jinkludu żewġ diski bil-Malti. Se jkollna wkoll it-tnedija tal-EP fil-21 ta' Awwissu. F'dan l-EP, li parti minnu ġie sponsorjat mill-Malta Arts Fund, ikkollaborajna ma' diversi artisti fosthom Beverly Agius li hija poetessa żagħżugħa. Xi pjanijiet għandkom għall-futur? Li nippromwovu l-EP tagħna barra minn Malta, kif ukoll ma neskludux il- possibilità ta' touring barra minn Malta. Għandkom xi messaġġ għal min jixtieq joħroġ il- mużika tiegħu barra mill- garaxx li forsi bħalissa qed jipprattikaw fih? Biex ma jaqtgħux qalbhom, jieħdu riskju, jisimgħu mill-pariri ta' dawn li jkunu esperjenza, iżda fl-aħħar mill-aħħar biex dejjem iżommu mal-istint mużikali tagħhom, u jżommu saqajhom mal-art. Ħames Minuti ma' Cryptic Street CHRISTA BOFFA Ħames Minuti Grupp alternattiv b'personalitajiet differenti, influwenzi mill-kultura Maltija u suċċessi internazzjonali 24 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 "Irnexxilna nkunu fost il-ftit gruppi Maltin li jinkludu membri nisa biss"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015