Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Ritratti: Joe Borg "Għalkemm dan kien is-seba' unur tal-MFA Plejer tas-Sena li rbaħt, inqisu importanti daqs l-ewwel wieħed" - Dorianne Theuma ILMIDFIELDER ta' Hibernians Dorianne Theuma għalqet l-istaġun kalċistiku bl-aħjar mod possibli meta rebħet l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena f 'dak li għandu x'jaqsam ma' futbol tan-nisa. Dan wara li fix-xhur ta' qabel, kienet rebħet ukoll l-unuri personali tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-nisa, kemm għal April kif ukoll għal Mejju. Hibernians kellhom staġun tal-ħolm fejn rebħu l-unuri kollha, il-BOV Super Cup, il-Kampjonat BOV tan-nisa u n-Knockout fejn rebħu l-istaġun b'distakk ta' 9 punti fuq Birkirkara. F'Mejju, Hibernians kellhom żewġ konfronti diretti mal-arċirivali Birkirkara. Fl-ewwel logħba, Theuma kienet strumentali fir-rebħa ta' 2-1 b'liema rebħa kisbu l-kampjonat. Bħal dejjem, Theuma kienet fil-qofol tal-Azzjoni fis- semi finali tan-Knockout fejn kisbu rebħa wara l-għoti tal-penalties. Barra s-suċċessi tagħha ma' Hibernians, Dorianne, li għandha 30 sena hija wkoll il-captain tat-tim nazzjonali tan-nisa, waqt li taqsam l-esperjenzi tagħha bħala l-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-15-il sena tan-nisa. Dorianne hija magħrufa li dejjem tagħti l-100% tagħha, kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Dorianne Theuma nnifisha, immedjatament wara li rebħet l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena tal-futbol tan-nisa, fejn talabha l-kummenti tagħha, rigward x'fisser għaliha dan l-unur. Hija saħqet li: "Ninsab kuntenta ħafna li erġajt irbaħt dan l-unur għas-7 darba u għal dawn l-aħħar 3 snin wara xulxin. Ovvjament, kuntenta ħafna daqslikieku rbaħt dan l-unur għall-ewwel darba. Nixtieq nirringrazzja l-ewwelnett lil dawk kollha li vvutawli u reġgħu emmnu fl-abilitajiet tiegħi. Però, nirringrazzja lill- kowċis u lil sħabi li għenuni nerġa' nilħaq dan l-għan. Huma wkoll parti minn dan is-suċċess. Grazzi għal dan l-unur nerġa' nsib motivazzjoni ġdida biex nagħmel l-almu tiegħi u nagħti l-aħjar li nista' kemm mat-tim ta' Hibernians, kif ukoll mat-tim nazzjonali tan-nisa," temmet tgħid Dorianne Theuma. Dorianne Theuma tippoża bit-trofew tal-MFA Plejer tas-Sena tan-Nisa, liema unur rebħietu għas-seba' darba u għat-tielet darba konsekuttiva fil-karriera formidabbli tagħha fil-futbol lokali Giuseppe Baresi mistieden f 'Malta minn Inter Club Pupi Zanetti Malta LINTER Club Pupi Zanetti Malta bi pjaċir iħabbar sorpriża oħra għall-Interisti Maltin u s-segwaċi tal-futbol. Giuseppe Baresi, li għal numru ta' snin serva bħala captain ta' F.C. Internazionale, se jżur Malta bejn is-16 u l-20 ta' Lulju li ġej. Beppe Baresi kien pedina importanti fl-istorja tal-futbol Taljan fejn kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri tal-ġenerazzjoni tiegħu. Onora l-flokk tal-Inter għall- maġġoranza tas-snin mill- karriera tiegħu. Ingħaqad mat-tim fis-sena 1976 u wara li lagħab sittax–il staġun bl-istess flokk, irtira fis-sena 1992. Matul dan iż-żmien serva bħala kaptan tat-tim għall-erba' staġuni konsekuttivi kif ukoll rebaħ bosta unuri li jinkludu żewġ trofej tal-Kampjonat Taljan tas-Serie A, żewġ Coppa Italia, Supercoppa Italiana u Tazza UEFA. Fl-2008, mal-ħatra ta' Mourinho bħala kowċ ta' Inter, Baresi ġie appuntat bl-irwol ta' assistent tiegħu fejn il-ħidma tagħhom waslet għar-rebħ tal- istorika tripletta. Għalhekk se jkun ta' unur għal kull Interist li jkollu din l-opportunità unika li jiltaqa' ma' Giuseppe Baresi u jonoraw bil-preżenza tagħhom personaġġ li sawwar parti mill- istorja tal-Inter. Il-programm marbut maż-żjara se jkun imħabbar mill-kumitat tal- Inter Club Pupi Zanetti Malta, fil-futur qarib. Il-leġġenda ta' inter u l-id il-leminija ta' Josè Mourinho fir- rebħ tat-Triplete, Giuseppe Baresi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015