Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 29 SPORTSillum It-tim stellari li jiswa €668 miljun FLAĦĦAR xhur u snin, rajna diversi trasferimenti li jammontaw għal miljuni kbar tal-Ewro tul id-dinja kollha. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn kif ikun qed jidher tim bil-plejers li l-iktar jiswew flus fil-pożizzjoni rispettiva tagħhom. Tajjeb ngħidu li jekk tgħodd kemm jiswew dawn il-plejers kollha flimkien, dan it-tim jiġi jiswa s-somma ta' xejn inqas minn €668 miljun. Jekk nieħdu biss l-eżempju tas- sajf tas-sena li għaddiet, Barcelona ħallsu somma enormi għal Luis Suarez, Paris Saint-Germain nefqu bil-kbir biex jakkwistaw lil David Luiz, Manchester City kellhom spiża kbira biex jakkwistaw lil Eliaquim Mangala waqt li Manchester United kisbu liż- żagħżugħ Luke Shaw biex għamlu lil dan il-plejer l-iktar left-back u anki player żagħżugħ li jiswa flus fl-istorja tal-futbol mondjali. Ma nistgħux ma nsemmux lil Real Madrid li akkwistaw lil Toni Kroos u lil James Rodriguez biex komplew ikabbru l-valur tat-tim tagħhom wara li fis-snin riċenti kienu ħallsu somom esorbitanti ta' flus biex jakkwistaw lil Cristiano Ronaldo u Gareth Bale rispettivament. Tant kemm Real Madrid nefqu miljuni ta' flus fl-aħħar snin li t-tim tagħhom waħdu mimli Galacticos, jammonta għal kważi €500 miljun. B'Ronaldo, Bale u James Rodriguez, Real Madrid għandhom tliet fenomeni li għal kull wieħed minnhom ħallsu minn tal-inqas €80 miljun. Madankollu huma ftit taw każ tad-difiża (xi ħaġa li dehret ferm evidenti fil-wirjiet u r-riżultati miksuba minnhom tul l-aħħar staġun), fejn nefqu ftit li xejn - xi ħaġa li tikkuntrasta ma' PSG li akkwistaw lid-difensur Brażiljan David Luiz. Nibdew nagħtu ħarsa lejn dan it-team, plejer bi plejer. Bejn il-lasti nsibu lill-goalkeeper ta' Juventus u tat-team nazzjonali Taljan, Gianluigi Buffon, li huwa l-iktar goalkeeper li jiswa flus wara t-trasferiment ta' €51 miljun mingħand Parma għal Juventus lura fis-sajf tal-2001. Bħala right-back insibu lil Dani Alves li ngħaqad ma' Barcelona għas-somma ta' €35 miljun fl-2008. Paris Saint- Germain għamlu lil David Luiz l-iktar difensur li jiswa flus fid- dinja matul is-sajf li għadda, meta ħallsu lil Chelsea s-somma kbira ta' €50 miljun biex jakkwistaw lil dan il-player internazzjonali Brażiljan. Iżda Manchester City nefqu iktar minn PSG biex jakkwistaw is-servizzi ta' Eliaquim Mangala fis-sajf li għadda mingħand Porto, bil-Portugiżi jirċievu s-somma ta' €30.5 miljun għal 56.67 fil-mija tad- drittijiet tiegħu, biex it-trasferiment totali biex jiġi akkwistat dan il-plejer kien dak ta' €53 miljun. L-internazzjonali Ingliż Luke Shaw jirbaħ l-irwol tal-iktar left back sinjur wara t-trasferiment li kien jammonta għal €37 miljun mingħand Southampton għal Manchester United fis-sajf tal- 2014. Iż-żewġ plejers ta' nofs il-grawnd fil-formazzjoni li qed nipproponu - dik ta' 4-2-1-3, huma l-plejer ta' Bayern Munich Javi Martinez li ħalla lil Athletic Bilbao għas- somma ta' €40 miljun fl-2012, kif ukoll l-internazzjonali Belġjan ta' Zenit St Petersburg, Axel Witsel, li sewa lill-ġganti Russi l-istess somma ta' flus ta' Martinez. L-internazzjonali Kolumbjan James Rodriguez li tant impressjona fl-aħħar edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja fil-Brażil fejn fil- fatt spiċċa biex kien l-aqwa scorer tat-tournament ingħaqad ma' Real Madrid mingħand Monaco għas- somma ta' xejn inqas minn €80 miljun. B'hekk huwa sar l-iktar attacking midfielder li jiswa flus fid-dinja. Fl-attakk insibu tliet attakkanti prolifiċi li jimmilitaw fil-Liga Spanjola, kampjonat meqjus bħala l-isbaħ, l-aqwa, l-iktar wieħed li joffri emozzjonijiet u l-iktar wieħed diffiċli fid-dinja. Dan id-dipartiment jirrappreżenta ksur ta' rekords ta' flus li tħallsu fi trasferimenti biex jiġu ngaġġati dawn it-tliet attakkanti li ġejjin. Nibdew b'Gareth Bale li Real Madrid ħallsu għalih is-somma inkredibbli ta' €100 miljun biex jakkwistawh mingħand Tottenham Hotspur tal- Ingilterra fis-sajf tal-2013, u huwa għalhekk li Bale huwa magħruf bħala l-Mr Million Euro, fejn tajjeb ngħidu li bosta segwaċi tal- futbol mondjali huma tal-fehma li tabilħaqq Bale għalkemm ma rridux bl-ebda mod immaġinabbli nneħħu mill-merti tal-futbol tiegħu mhuwiex denju li jkun jiswa dawk il-flus kollha kif wara kollox l-ebda plejer mhu. Qabel Bale, Real Madrid kienu diġà ngaġġaw lill-fenomenu Portugiż Cristiano Ronaldo għas-somma ta' €94 mingħand Manchester United. L-akkwist li għamlu Barcelona fis-sajf li għadda, il-famuż Luis Suarez mingħand Liverpool jikkonkludi dan it-tim stellari, fejn sewa lill-Katalani s-somma ta' xejn inqas minn €88. Rimarkabbli huwa l-fatt li bosta plejers ta' fama u klassi mondjali ma jagħmlux parti minn dan it-tim stellari u li l-iktar li jiswew flus. Fost dawn insibu lil ħadd ħlief Zlatan Ibrahimovic, Kaka, Edinson Cavani, Radamel Falcao, Fernando Torres, Neymar, Hulk, Sergio Aguero, Juan Mata u Thiago Silva. Axel Witsel Gareth Bale James Rodriguez Javi Martinez Luis Suarez Luke Shaw Eliaquim Mangala Gianluigi Buffon Cristiano Ronaldo Dani alves David Luiz

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015