Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 31 SPORTSillum L-aktar 10 futbolers veloċi d-dinja Huma diversi l-attributi li diversi footballers madwar id-dinja huma magħrufi n għalihom, però forsi ftit li sejn wieħed jagħti każ tal-veloċità li għandu plejer partikolari. Wieħed jista' jistaqsi b'mod naturali, kif jista' jkun li wieħed ikejjel il-veloċità ta' futboler partikolari? Madankollu permezz ta' apparat teknoloġiku sofi stikat li jeżisti llum il-ġurnata, il-FIFA, ftit tal-ġimgħat ilu ħarġet lista tal-aktar 10 futbolers veloċi fi d-dinja fi l-preżent li huma s-segwenti: ANTONIO VALENCIA Dan il-plejer internazzjonali Kolum- bjan ta' 28 sena li bħalissa qed jieħu sehem l-Copa America mal-Ko- lumbja, huwa magħruf għas-saħħa żika li għandu, u li tagħmilha ferm di ċli għall-attakkanti li jkunu qed jimmarkawh, biex jirnexxielhom jaqbżuh. Huwa jilħaq veloċità massima ta' 35.1 km/h, biex b'hekk jinsab -ewwel post tal-gradwatorja tal-aktar players veloċi d-dinja, l-preżent. AARON LENNON M'hemmx dubju li l-partitarji ta' Tottenham Hotspur, huma konxji mill-veloċità ta' dan il-plejer, iżda forsi ftit kienu jafu li huwa jinsab t- tielet post tal-lista tal-aktar plejers veloċi d-dinja. B'hekk huwa iktar veloċi minn plejers ta' klassi u fama mondjali, bħalma hu Theo Walcott, Cristiano Ronaldo u Arjen Robben, fejn jilħaq veloċità massima ta' 33.8 km/h. THEO WALCOTT Dan l-attakkant ta' Arsenal u tat-tim nazzjonali Ingliż huwa ftit iktar veloċi minn Lionel Messi. Imwieled s-16 ta' Marzu tal-1989 Stanmore r-Renju Unit, huwa jilħaq veloċità massima ta' 32.7 km/h. WAYNE ROONEY Imwieled -24 ta' Ottubru tal-1985, dan l-attakkant internazzjonali Ingliż, li f 'temp ta' 4 xhur oħra jagħlaq 30 sena, irnexxielu jilħaq it-tragward li ta' età żgħira, ikun kemm il-captain ta' Manchester United, kif ukoll tat-tim nazzjonali Ingliż. Huwa jilħaq il-veloċità mas- sima ta' 31.2 km/h. ARJEN ROBBEN Dan l-attakkant internazzjonali Olandiż kapaċi jilħaq veloċità massima ta' 37.1 km/h. Fil-karriera tiegħu lagħab ma' klabbs ġganti tal-futbol mondjali fosthom Chelsea u Real Madrid, u preżentament jimmilita mal- ġganti Ġermaniżi ta' Bayern Munich. Permezz tal-veloċità tiegħu iżda mhux biss, hekk kif għandu ħiliet eċċellenti tad-dribbling u passes preċiżi, irnexxielu wkoll jġib lit- team nazzjonali Olandiż -ogħla postijiet tar-rankings mondjali tal-FIFA, permezz tar-riżultati mill-aqwa li kiseb dan it-tim nazzjonali magħruf bħala l-Orange, f 'dawn l-aħħar snin. GARETH BALE Barra li dan il-plejer huwa magħruf bħala Mr Million, hekk kif it-tras- feriment tiegħu minn ma' Tot- tenham Hotspur għal Real Madrd, sewa s-somma ta' €100 miljun, dan il-plejer jidħol l-lista tal-aktar għaxar plejers veloċi d-dinja, fejn jinsab t-tieni post, b'veloċità ta' 34.7 km/h. CRISTIANO RONALDO Jekk Lionel Messi ma jrid l-ebda in- troduzzjoni, daqstant ieħor ma jrid l-ebda introduzzjoni dan il-fenom- enu Portugiż, rebbieħ tal-aħħar Bal- lun tad-Deheb f 'Diċembru li għadda. Barra li huwa wieħed mill-aktar plejers veloċi d-dinja, huwa wkoll wieħed mill-aktar plejers li jiswew us. Barra mill-ħiliet bla paragun tiegħu d-dribbling, fejn imdor- rijin narawh bħal donnu jiżfen fuq il-ballun, dan il-plejer huwa wkoll magħruf għall-veloċità inkredibbli li għandu, jiġi eri dik ta' 33.6 km/h. LIONEL MESSI Dan il-plejer żgur li ma tinħtieġlu l-ebda introduzzjoni, hekk kif huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa jekk mhux l-aqwa plejer d-dinja l-preżent, u mhux biss. Huwa rikonoxxut għat-teknika mill-aqwa li jippossjedi fosthom ħiliet tad-dribbling, passes preċiżi u veloċità mill-aqwa. Meta wieħed jgħaqqad dawn il-karatteristiċi imkien, ma joħodhiex b'sorpriża, li huwa tabilħaqq ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tad-dinja għal xejn inqas minn erba' darbiet. Huwa jilħaq veloċità massima ta' 32.5 km/h. FRANCK RIBERY Rikonoxxut bħala winger brillanti li jilgħab ma' Bayern Munich l-Ġermanja, huwa meqjus ukoll bħala dribbler eċċellenti li donnu waqt li jkun -azzjoni, il-ballun jibqa' mwaħħal ma' saqajh. Huwa magħruf ukoll għall-passes preċiżi tiegħu u għall-veloċità eċċellenti tiegħu ta' 30.7 km/h. ALEXIS SANCHEZ Dan l-attakkant ingħaqad ma' Arsenal mingħand Barcelona f 'Lulju tal-2014. Imwieled d-19 ta' Settembru tal-1988 Trocopilla, ċ-Ċili, dan l-attakkant huwa magħruf għall-abilità li għandu li jħawwad id-difensuri li jkunu qed jimmarkawh, bil-veloċità li jippossjedi. Huwa għandu veloċità rimarkabbali ta' 30.1 km/h. 1 3 5 7 9 2 4 6 8 10

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015