Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Għażilt il-futbol minħabba li fi żmieni kien hemm biss dan l-isport. Niftakar li bħala familja kellna ġnien żgħir taħt id- dar tagħna. Barra minn hekk ma kienx hemm it-teknoloġiji li għandna llum. Hekk pereżempju t-tfal tiegħi dejjem jilagħbu bil-logħob tal-kompjuter. Il-passjoni tiegħi kienet waħda biss – il-futbol L-ewwel tim li lgħabt miegħu kien Parma. X'kienet l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim? Bdejt mas-settur ġovanili ta' dan it-tim u wara biss ġimagħtejn iddebbuttajt mat-tim tal-kbar fis-Serie C1. Wara ngħaqadt ma' Fiorentina. L-esperjenza tiegħek hemm kif kienet? Ma' Fiorentina domt tliet snin. Hemmhekk jien u Roberto Baggio, li għandna l-istess età morna nilagħbu flimkien fejn kellna esperjenza mill- aqwa. Iddeskrivi r-relazzjoni tiegħek mad-diversi kowċis li kellek ma' Inter, fosthom Giovanni Trapattoni fejn miegħu rbaħt il-Kampjonat tas-Serie A fl-1989. Trapattoni kien il-kowċ favorit tiegħi ma' Inter, għax kien l-uniku kowċ li miegħu domt għal tliet snin sħaħ. Dan għax kull sena bħala tim kien ikollna bidla fil-kowċ. Ġejt ikkowċjat minn diversi kowċis fosthom Bagnoli, Hodgson, Bianchi, Orico, Marini, u Suarez. F'ħafna miż-żmien li għamilt nilgħab ma' Inter, huma kienu jibdlu lill-kowċ kważi kull sena minħabba li ma tantx kienu sejrin tajjeb. Mill-unuri kollha li rbaħt ma' Inter, liema huma dawk li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn? Bla dubju, il-Kampjonat tas-Serie A tal-istaġun 1988/89. F'dak l-istaġun ksibna rekord ta' punti jiġifieri 58 punt u dan meta rebħa f 'dak iż-żmien kienet tiswa żewġ punti u mhux tlieta bħal- lum il-ġurnata. Kellek esperjenzi qosra wkoll ma' Tottenham Hotspur fl-Ingilterra, ma' Deportivo Alaves fi Spanja u ma' Northern Spirit fl-Awstralja. Tina iktar dettalji. Ma' Deportivo Alaves u Tottenham Hotspur kelli esperjenzi pjuttost tajbin. Min-naħa l-oħra biex insemmi lil Northern Spirit tal-Awstralja, hemmhekk lgħabt biss ftit logħbiet u ħadtha iktar bħala vaganza hekk kif f 'dak iż-żmien li kont nilgħab fih jien fl- Awstralja, dan il-kontinent kien għadu mhux ippreparat għall-futbol. Hemm xi logħba jew gowl partikolari li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn kemm ma' Inter kif ukoll mat-tim nazzjonali Taljan? Niftakar b'mod partikolari il-logħob tad-derby kollha kontra AC Milan. Jien kont meqjus bħala l-'Uomo Derby', minħabba li skorjajt tliet gowls importanti kontra r-Rossoneri. Fil-fatt l-Amministratur Delegat ta' AC Milan, Adriano Galliani, meta kien jiġi mistoqsi liema kien dak il-plejer ta' Inter li kien iħabbathom fid-Derby, dejjem kien iwieġeb li kont jien. Niftakar b'mod partikolari gowl minn dawn it-tlieta, meta għolejt fuq il-goalkeeper Sebastiano Rossi, u bir-ras tfajt il-ballun ġewwa. Iżda l-iktar gowl li niftakar kien dak fl-1988 fir-rebħa ta' 2-0, barra minn darna kontra Bayern Munich. Hemmhekk kont qbadt ballun mid-difiża, ġrejt madwar 80 metru, qabel ġejt wiċċ imb'wiċċ mal-goalkeeper avversarju u tfajt il-ballun ġewwa. Liema kien l-aqwa plejer li qatt lgħabt miegħu? U l-aqwa avversarju li lgħabt kontrih? L-aqwa plejer li lgħabt miegħu kien Ronaldo, waqt li l-aqwa avversarju kien Maradona. U l-aqwa plejer ta' Inter ta' kull żmien? Għalija, l-aqwa plejer ta' Inter ta' kull żmien huwa Ronaldo, iżda mbagħad tradixxa lil Inter hekk kif kien ħalla lil Inter biex ingħaqad ma' Real Madrid u ma' AC Milan. U l-aqwa kowċ ta' kull żmien ta' Inter fl-opinjoni tiegħek? Mourinho. Għalija huwa ġenju fil- futbol. Il-fatt li meta kien fit-tmun ta' Inter kien jutilizza lil Samuel Eto'o fi rwol mhux propju tiegħu u rnexxielu joħroġ l-aħjar minnu juri biċ-ċar x'kowċ ta' kwalità hu. X'tikkummenta fuq l-esperjenzi li kellek mat-tim nazzjonali Taljan? Fit-Tazza tad-Dinja tal-1994 fl-Istati Uniti, jien kont l-uniku Interista f 'dik l-iskwadra, u li fiha kien hemm xejn inqas minn 14 -il Milanist! U propju dan il-fatt kien ta' sodisfazzjon kbir għalija. Ta' diżappunt għalina kien il-fatt li ma rnexxilniex nirbħu dik it-Tazza tad-Dinja. Madankollu, il- Brażiljani kienu xi ftit aħjar minna. Rigward l-iskwadra li kellna fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 li ntlagħbet fl-Italja, ikolli ngħid li f 'dik is-sena, l-Italja kien ħaqqha li tirbaħ il-kompetizzjoni. Kienet skwadra mill-aqwa, saħansitra, fl-opinjoni tiegħi, aħjar minn dik tal- 1982 li kienet rebħet it-Tazza tad-Dinja fi Spanja. X'tikkummenta fuq il-kowċ bravu Arrigo Sacchi li mexxiekom matul dik it-Tazza tad-Dinja, li fiha wasaltu sal-finali? Sacchi huwa kowċ ippreparat ħafna. Li kieku Sacchi jipprepara d-difiża tat-tim u Zeman jipprepara l-attakk, jagħmlu tim formidabbli. Allura għandek stima kbira għall- kowċ, Zeman? Ċertament. Zeman huwa tajjeb ħafna biex iħejji tim b'saħħtu, iżda b'difiża fqira, waqt li Sacchi bil-kontra. Dan hekk kif huwa jħejji skwadra b'difiża mill-aqwa, iżda b'attakk fqir. X'inhuma l-fehmiet tiegħek fuq l-aħħar staġun diżappuntanti li kellhom Inter? Matul l-aħħar staġun, Inter kellhom staġun diżappuntanti iżda kien hemm il-bidla tal-president. Diffiċli ħafna ssib President bħal Massimo Moratti. Madankollu, għandi fiduċja fil-president il-ġdid – il-biljunarju Indoneżjan Erick Thohir, li għamel l-ewwel pass importanti li neħħa lil Walter Mazzarri minn kowċ ta' Inter. Dan hekk kif huwa ma kien jinżel tajjeb ma' ħadd. Fl-opinjoni tiegħi għamel pass ferm tajjeb u għaqli li ngaġġa lil Roberto Mancini bħala kowċ. Iżda taħseb li Roberto Mancini huwa idoneu biżżejjed biex imexxi lil tim bi storja glorjuża bħal mhu Inter? Mancini għandu karattru sabiħ, u Inter diġà rebħu l-unuri taħtu. Għandi fiduċja li f 'dan is-suq tat-trasferimenti, se jirnexxielu jġib tnejn jew tliet plejers ta' ċertu klassi, l-aktar difensuri. Dan għax huwa evidenti li l-aktar dipartiment li bata fl-iskwadra ta' Inter matul l-aħħar staġun kien bla dubju ta' xejn, dak difensiv. Madankollu, Mancini diġà għandu għad-dispożizzoni tiegħu erba' jew ħames plejers brillanti. Qed nirreferi għal Icardi, Handanovic, Kovacic (dejjem jekk ma jħallix lil Inter), Palacio, Hernanes u Guarin, fost oħrajn. Jekk Inter jirnexxielhom jagħmlu akkwisti tajbin, ikolli ngħid li jirnexxielhom jagħmluha mal-ewwel tlieta fl-istaġun li ġej, u b'hekk jiksbu post fil-UEFA Champions League. Għaliex taħseb li plejers ta' fama u klassi mondjali bħal Ibrahimovic, Thiago Silva u Lavezzi fost oħrajn qed iħallu lill-Italja biex ifittxu avventuri ġodda fil-karriera tagħhom f 'pajjiżi oħra bħal Franza, l-Ingilterra u Spanja? SPORTSillum L-Amministratur Delegat ta' AC Milan, Adriano Galliani, meta kien jiġi mistoqsi liema kien dak il-plejer ta' Inter li kien iħabbathom fid-Derby, dejjem kien iwieġeb li kont jien Il-leġġenda ta' Inter Cristian Antony Muscat Nicola Berti – bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Taljan s-snin 90, u li l-karattru ferm simpatiku tiegħu jiddistingwuh b'mod partikolari minn futbolers oħrajn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015