Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 35 SPORTSillum Inter tas-snin 90 Fi żmieni, il-Kampjonat Taljan tas- Serie A, kien l-isbaħ wieħed fid-dinja fejn l-aqwa plejers kienu jilagħbu fl- Italja. Plejers kbar qed jitilqu mill-Italja, għax m'hemmx flus, u għalhekk isibuha faċli biex imorru f 'pajjiżi oħra fejn ikollhom salarji sostanzjali. Il-futbol Taljan marid? Iva, il-futbol Taljan huwa marid, imma l-klabbs Taljani qed isibu sostenn finanzjarju minn biljunarji barranin. Hawnhekk, insemmi fost oħrajn lil Erick Thohir għal Inter u Mr Bee għal AC Milan. Il-klabbs Taljani jridu jsibu din l-għajnuna minn dan it-tip ta' persuni, inkella jfallu! X'tikkummenta fuq il-partitarji Ultras li donnhom għandhom iktar poter u saħħa mill-klabb u mill- plejers infushom? Minfejn taħseb li qed iġibu din is-saħħa u l-kburija kollha? Dan il-poter li għandhom il-partitarji Ultras fl-Italja, minn dejjem kien, anki fi żmieni. Il-partitarji fl-Italja minn dejjem kienu fundamentali, iżda jkolli ngħid li fl-aħħar mill-aħħar, l-aħħar kelma hija tad-diriġenza tal-klabb u mhux tal-partitarji Ultras. X'tikkummenta fuq Malta? Malta huwa pajjiż meraviljuż. Għoġbitni immens u bqajt tassew immeraviljat bil-belt kapitali, Valletta li qatt ma kont żort qabel, iżda għoġbitni wkoll il-Mellieħa, u anki l-vjaġġ li kelli fuq id-dgħajsa fuq il-baħar. U x'inhuma l-kummenti tiegħek fuq l-Inter Club Malta mmexxi mill- President żagħżugħ iżda ta' statura enormi fil-futbol lokali, Dr Chris Bonett? Dr Chris Bonett huwa persuna li għalkemm huwa żagħżugħ, huwa ferm ħabrieki u li jħobb ħafna lill-klabb tal- Inter. Nicola Berti kif qed iħares lejn il- futur tiegħu fil-futbol? Għad naraw lil Berti kowċ ta' xi klabb partikolari - min jaf forsi anki ta' Inter? Le, ma nikkunsidrax li nkun qatt kowċ! Issa huwa tard wisq għalija biex inkun kowċ! Lanqas kowċ tal-futbol tat-tfal fin-nurseries jew f 'xi akkademja? Dik jista' jkun! It-tfal tiegħi qed jixgħeluli fjamma li ġġiegħlni nikkunsidra li nkun kowċ tal-futbol tat-tfal fil-futbol, iżda m'hemm xejn ċert! Għaddi messaġġ lil dawk il- partitarji Maltin ta' Inter li jixtiequ jerġgħu jaraw lit-tim tagħhom fejn jixraqilhom, jiġifieri fil-quċċata tal-futbol Taljan u mhux biss. Segwu dejjm lill-Inter u taqtgħu qalbkom qatt! Propju issa huwa ż-żmien għal Inter li hija xi ħaġa imperattiva għalihom, li jkollhom partitarji denji li jtuhom l-akbar sapport u sostenn tagħhom! Twieled -14 ta' April 1967 f'Salsomaggiore Terme, l-Italja Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Parma, Fiorentina, u Inter -Italja Lagħab ukoll ma' Deportivo Alaves Spanja, Tottenham Hotspur -Ingilterra u Northern Spirit -Awstralja Kien parti mit-tim nazzjonali Taljan kemm t-Tazza tad-Dinja tal-1990 li saret -Italja kif ukoll f'dik tal-1994 li saret -Istati Uniti Fl-1994 kien il-protogonista assolut meta imkien mal-Olandiż, Wim Jonk, irnexxielu jsib ix-xibka ż-żewġ legs tal-nali kontra t-tim Awstrijakk, FC Salzburg Nicola Berti Ritratt: Chris Mangion Il-President tal-Inter Club Malta Chris Bonett flimkien ma' Nicola Berti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015