Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum bil-ħobż biss jgħix tradizzjonali li għadhom marbutin mal-ħami u bejgħ tal-ħobż tradizzjonali biss, li sfortunatament għalihom l-affarijiet mhux sejrin tajjeb ħafna, l-ILLUM żaret ukoll xi fran li qed ibiddlu l-viżjoni tagħhom dwar kif jitmexxa l-forn. Fiċ- ċentru tar-raħal żorna forn li sidu għaraf il-vantaġġi tad-diversifikazzjoni. Sid dan il-forn, stqarr mal- ILLUM li huwa wiret il-forn mingħand missieru, iżda fehem li fid-dinja tal-lum ma setax ikampa kieku baqa' biss furnar tradizzjonali. "Il-forn tradizzjonali u l-ħami tal-ħobza Maltija ma rrid nitilfu qatt," saħaq dal-furnar, "iżda ridt insib mod biex nimxi pass mal- ħajja moderna." Infatti, dan il-forn għad għandu l-forn tal-ħatab tradizzjonali fuq in-naħa ta' wara tal-ħanut li permezz tiegħu, il-post xorta jilqgħek bir-riħa ta' ħobż tal-Malti frisk, iżda n-naħa ta' quddiem tal-ħanut toffri lill-klijenti varjetà ta prodotti oħrajn żgħar tal-merċa, ikel u xorb li jservu ta' inċentiv biex dak li jkun imur sal-'old bakery' u minbarra ħobża tal-Malti sħuna, jixtri wkoll il-bżonnijiet żgħar oħra ta' kuljum. "Il-ħobża Maltija tibqa' poplari u mfittxija, iżda jekk ma tiddiversifikax ma tkampax illum." Diversifikazzjoni oħra li ltqajna magħha waqt id-dawra mal-fran ta' Ħal Qormi, u li tidher li qed tkun ta' suċċess għal uħud, hija l-introduzzjoni tat-tisjir tal- pizza. Għax ejja nammettuha; pizza itjeb minn waħda msajra f 'forn tal-ħatab, ma ssibx. Sid il-forn li fl-antik kien jismu 'Prince Bakery', spjega lil din il-gazzetta li l-forn ilu għaddej sa mis- snin sittin, iżda f 'dawn l-aħħar snin, in-negozju batta minħabba l-kompetizzjoni mis-supermarkets u n-nuqqas ta' nies jieklu ħobż kuljum. "Iżda bil-pizza għamilna suċċess kbir, għax ma jieqfux jiġu n-nies," stqarr il-furnar anzjan, waqt li kebbes il-forn b'aktar injam, "almenu hekk assigurajna futur għall-forn tal-familja, issa nisperaw li t-tfal iżommuh." tradizzjonali li għadhom marbutin mal-ħami u bejgħ tal-ħobż tradizzjonali biss, li sfortunatament għalihom l-affarijiet mhux sejrin tajjeb ħafna, l-ILLUM żaret ukoll xi fran li qed ibiddlu l-viżjoni tagħhom dwar kif jitmexxa l-forn. Fiċ- ċentru tar-raħal żorna forn li sidu għaraf il-vantaġġi tad-diversifikazzjoni. Sid dan il-forn, stqarr mal- ILLUM li huwa wiret il-forn mingħand missieru, iżda fehem li fid-dinja tal-lum ma setax ikampa kieku baqa' biss furnar tradizzjonali. "Il-forn tradizzjonali u l-ħami tal-ħobza Maltija ma rrid nitilfu qatt," saħaq dal-furnar, "iżda ridt insib mod biex nimxi pass mal- ħajja moderna." Infatti, dan jekk ma tiddiversifikax ma tkampax illum." mis-supermarkets u n-nuqqas ta' nies jieklu ħobż kuljum. "Iżda bil-pizza għamilna suċċess kbir, għax ma jieqfux jiġu n-nies," stqarr il-furnar anzjan, waqt li kebbes il-forn b'aktar injam, "almenu hekk assigurajna futur għall-forn tal-familja, issa nisperaw li t-tfal iżommuh." Biex jibqgħu ħajjin, il- furnara kellhom jiddiver- sifikaw, u qed ibigħu tipi u forom differenti ta' ħobż