Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
EUGENIE Mouchon- Niboyet kienet kittieba Franċiża. Hija magħrufa l-aktar għall-pubblikazzjoni ta' La Voix des Femmes (Il-Vuċi tan-Nisa), l-ewwel gazzetta femminista ta' kuljum fi Franza. Niboyet twieldet fil- 11 ta' Settembru 1796 f 'Montpellier, Franza. Nannuha, Pierre Mouchon, kien qassis protestant għaref f 'Ġeniva, u kontributur għall-enċiklopedija ta' Diderot u d'Arembert. Missierha mar Franza biex jistudja l-mediċina. Hija kitbet fuq il-familja tagħha. Hija enfasizzat l-importanza tal-oriġini tal-familja tagħha. Hija enfasizzat ukoll l-impenn tal-familja lejn Napuljun, u qalet li ma setgħetx tiżżewweġ ħlief wieħed imperjalist. Niboyet iżżewġet ta' 26 sena lil Paul-Louis Niboyet fit-8 ta' Ottubru 1822. Huma bdew jgħixu f 'Mácon fejn żewġha kien jipprattika ta' avukat. Hija marret Pariġi fl-4 ta' Novembru 1829 u bdiet taqla' l-flus bħala kittieba. Fl-1830 hija ħadet sehem f 'kompetizzjoni tal-kitba fejn iffukat fuq it-tema tal-għomja u l-edukazzjoni tagħhom. Hija rebħet il-premju flimkien ma' M. Duffaut. Hija ssieħbet mal-għaqda Protestanta, The Society of Christian Morality, u sfat involuta fi kwistjonijiet soċjali fosthom it-tmiem tal-iskjavitù fil- kolonji Franċiżi. Niboyet attendiet laqgħat tas-segwaċi ta' Saint- Simon, u ispirata mill-ideat tagħhom, hija bdiet issegwi dak kollu li jagħmlu. Fl-20 ta' Lulju 1830 Barthelemy Prosper Infantin (1796- 1864), wieħed mill-fundaturi tas-Saint-Simonjaniżmu, appunta seba' nisa membri, lil Aglae Saint-Hilaire, Caroline Simon, Collard u lil Niboyet. Huma kienu responsabbli li jitkellmu man-nisa. Il-kunflitt bejn Infantin u Saint-Amand Bazzard ipprovoka diverġenzi kbar bejn it-tnejn. Infantin ried jibdel radikalment ir-regoli ta' moralità sesswali. Niboyet telqet mill-moviment mingħajr ma ċaħdet l-ideat tiegħu fuq l-ekonomija. Niboyet kienet waħda minn grupp ta' nisa li pparteċipaw fil- pubblikazzjoni tal-ewwel perjodiku miktub għan- nisa, La Femme Libre (Il-Mara Ħielsa), maħluq minn Desiree Véret Gay (1810-1891) u Marie-Reine Guindorf (1812-1837). Hija bdiet issegwi lill- moviment ta' Charles Fourier (1772-1837) li kien jippreżenta t-trattament tan- nisa bħala l-miżura vera ta' programm soċjali. F'Lyon fl-1833, Niboyet ippubblikat il-ġurnal Le Conseiller des Femmes (Il- Kunsill tan-Nisa), ġurnal ta' kull ġimgħa; ftit xhur wara hija ppubblikat La Mosaïque Lyonnaise (Il-Mużajk ta' Lyon). Hija pparteċipat ukoll fil-ħolqien ta' La Paix des deux mondes (Il-Paċi taż-Żewġ Dinjiet), u fl-1834 ta' L'Athénée des Femmes (L-Atenew(1) tan-Nisa). F'Lulju 1836 lura f 'Pariġi, Niboyet stampat La Gazette des Femmes (Il-Gazzetta tan-Nisa) bl-għajnuna ta' ħabibha Charles Fredric Herbinot de Mauchamps. Hija kienet tlaqqa' kull ġimgħa diversi nisa biex jiddiskutu kwestjonijiet bħal drittijiet tan-nisa; fosthom kien ikun hemm Flora Tristan (1803-1844), Anais Segalas (1819-1895) u Hortense Allart (1801- 1879). Ir-Rivoluzzjoni tal-1848 tat tama ġdida lill-femminiżmu. F'Marzu 1848 Niboyet ippubblikat gazzetta, La Voix des femmes (Il-Vuċi tan-Nisa; il-ġurnal ingħaqad ma' każin politiku. Hija rnexxielha tiġbor nisa li ġa kienu involuti fil- ġlieda femminista, bħalma kienu Gay, Jeanne Deroin (1805-1894), Suzanne Voilquin (1801-1877), Elisa Lemonnier (1805-1865), Gabrielle Soumet (1814- 1886) u Adele Esquiros (1819-1886). Il-każin ippromwova diversi riformi favur in- nisa. Meta fis-6 ta' April 1848 Niboyet innominat il-kandidatura ta' George Sand (1804-1876) għall- Assemblea Kostitwenti, ipprovokat inizjattiva li dwiet mal-pajjiż kollu. Sand ma approvatx din l-inizjattiva u qalet li ma kinetx taf lil dawn in-nisa. Kartunisti satiriċi waqqgħu għaċ-ċajt lil Niboyet u lill- ġurnalisti tal-ġurnal La Voix des femmes. Il-kommossjoni maħluqa minn dan kollu kienet waħda kbira u l-gvern iddeċieda li jagħlaq il-każini tan-nisa. Fl-20 ta' Ġunju 1848, Niboyet, skuraġġuta u offiża, waqfet l-istampar tal- ġurnal, u n-nisa tferrxu biex jevitaw repressjoni. Hija rtirat mill-ħajja pubblika u marret Geneva fejn għexet tittraduċi x-xogħlijiet ta' Charles Dickens (1812-1870), Lydia Maria Child (1802-1880) u Maria Edgeworth (1768- 1849). Fl-1860 hija rritornat Franza fejn ippubblikat Le Vrai livre des femmes (Il-Veru Ktieb tan-Nisa); fl-1863 Leon Richer, l-editur ta' Le Droit des femmes (Id- Drittijiet tan-Nisa) afferma l-fatt li hija baqgħet dejjem interessata fil-moviment femminista. Fl-1878, ta' 82 sena, hija kienet onorata mill-kungress femminista f 'Pariġi. Niboyet mietet Pariġi fis-6 ta' Jannar 1883. illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 22 BIJOGRAFIJI EUGENIE NIBOYET (1796-1883) Noti: 1. Istituzzjoni għall-istudji letterarji. Referenzi: • Maurice Aqulhon: The Nineteenth Century and the French Revolution, Historical Society of the Revolution of 1848 and of Revolutions of the Nineteenth Century (France), University of Paris, 1992. "Niboyet kittieba Franċiża magħrufa għall-ewwel gazzetta Femminista La Voix des Femmes" F'Marzu 1848 Niboyet ippubblikat gazzetta, La Voix des femmes. Hija rnexxielha tiġbor nisa li ġa kienu involuti fil-ġlieda femminista Alfred Consiglio