Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

"MATUL l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) rnexxielha tieħu 51 azzjoni legali kontra operaturi li nstabu joperaw postijiet għall-btala mingħajr ma kienu fil-pussess ta' liċenzja għal dan il-għan maħruġa mill- Awtorità" Dan qalu Andrè Zammit, Direttur tal-Infurzar fi ħdan l-MTA, li spejga lill-ILLUM li matul is-sena li għaddiet, ftit anqas minn 30% tat-turisti li żaru pajjiżna, minflok f 'lukandi, ġew akkomodati f 'postijiet għall-btala li jinkludu appartamenti, vilel u farmhouses. "Sabiex jiġi assigurat li t-turisti li jagħżlu dan it-tip ta' akkomodazzjoni u jkollhom servizz ta' livell xieraq," saħaq Zammit, "matul dan l-aħħar xhur l-MTA bdiet twettaq pjan ta' azzjoni mmirat lejn dan is- settur." Din l-azzjoni tiġi fid-dawl ta' diversi appelli mill-Malta Hotes and Restaurants Association (MHRA) biex il-Gvern ikun iebes ma' kull min qed joffri xi forma ta' akkomodazzjoni pruvata lit-turisti. L-MHRA dejjem saħqet illi jekk dħalt fis- suq, int għandek tkun obbligat issegwi l-istess proċeduri, fosthom ta' saħħa u sigurtà. Il-kwistjoni kollha qamet hekk kif madwar l-Ewropa, inkluż f 'Malta l-użu tas-sit Air B'n'B qabad sew u eluf ta' nies, jekk mhux miljuni qed joffru l-proprjetà tagħhom bħala post ta' akkomodazzjoni. Id-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità beda biex jispezzjona 668 post għall- btala li diġà huma liċenzjati mill-istess Awtorità bħala Holiday Furnished Premises (HFPs). Dawn l-ispezzjonijiet, li fis-snin ta' qabel ftit li xejn twettqu, minkejja li xi wħud mill-postijiet ilhom liċenzjati aktar minn ħmistax-il sena, saru sabiex jiġi żgurat li l-postijiet li huma liċenzjati għal dan il-għan huma tassew fi stat tajjeb. Zammit spejga li minbarra l-postijiet liċenzjati, l-MTA qed tagħmel moniteraġġ kontinwu sabiex jiġu identifikati postijiet li qed jiġu operati bħala postijiet għall-btala mingħajr m'għandhom il-liċenzja meħtieġa u qed jiġu operati b'mod illegali. Fid dawl tal-ezerċizzji li diġà saru, l-MTA sabet li dawn mhumiex daqstant faċli minħabba l-fatt li l-operaturi ma jindikawx l-indirizzi jew dettalji personali fuq is-siti elettroniċi fejn jirreklamaw il- prorpjetà tagħhom. Għalhekk, dan in-nuqqas ta' informazzjoni kultant jagħmilha ferm diffiċli għall-uffiċjali tal-Awtorità biex jistabbilixxu liema huma l-postijiet li qed jiġu operati bla liċenzja u jiġbru l-provi neċessarji li jkunu konkreti u validi quddiem il-liġi. Zammit qal li matul dawn l-aħħar xhur, id-Direttorat tal-Infurzar tal-MTA ħa wkoll sehem f 'diversi programmi fuq it-televiżjoni biex dawn iservu bħala eżerċizzju edukattiv għal dawk li diġà qed joperaw u għal dawk li jixtiequ jibdew iħaddmu operazzjonjiet turistiċi, fosthom postijiet għall-btala. "Miżura oħra pozittiva li ttieħdet mill-Gvern matul dan l-aħħar sena kienet dik li t-taxxa tad-dħul fuq proprjetajiet li huma liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bħala postijiet għall-btala tnaqqset minn 35% għal 15%," qal Zammit, li spjega kif dawn il- miżuri wasslu wkoll biex matul dawn l-aħħar disa' xhur ta' din is-sena meta kkomparat mal- istess perjodu tas-sena l-oħra, l-applikazzjonjiet għal-liċenzji għall-postijiet għall-btala żdiedu minn 210 għal 452 – żieda ta' 215%. Fix-xhur li ġejjin, l-MTA ser tibqa' għaddejja b'mod konsistenti sabiex jiġi assigurat servizz u prodott ta' kwalità tajba billi tagħmel dak kollu possibli biex twaqqaf l-abbużi ta' ċerti individwi li qed joperaw postijiet ta' btala mingħajr liċenzja. "Għaldaqstant," spjega Zammit, "l-Awtorità ser tikkonsolida l-proċess li diġà beda ma' siti tal-ivvjaġġar u booking portals ewlenin biex jassiguraw li qabel ipoġġu r-reklam ta' proprjetà jridu jkunu ċerti li din tkun liċenzjata mill-MTA". Aktar minn hekk, is-sidien tal-boooking portals iridu jikkwotaw ir-referenza tal- liċenzja fuq ir-reklam tal-istess propjetà. B'hekk, it-turisti jkunu qed jiġu assigurati li l-post li jkunu mħajrin biex jikru, ikun tassew liċenzjat kif suppost u approvat mill-Awtorità. Minn dan ix-xahar ukoll, l-Awtorità ser tikkommunika b'mod individwali ma' operaturi ta' aġenzija tal-ivjaġġar, kif ukoll ma' aġenti tal-proprjetà li wkoll iridu jassiguraw li l-proprjetajiet li jirriklamaw ikunu tassew liċenzjati u li għandhom iniżżlu r-referenza tal-liċenzja fuq kull reklam. "Dawn diġà ġew infurmati permezz ta' ittra formali li fiha ġew mitluba li jirregolarizzaw ruħhom mal- liġi" sostna Zammit. Fix-xhur li ġejjin l-MTA ser ittella' wkoll kampanja edukattiva permezz ta' feature audjoviżiv edukattiv li fih se jiġu spjegati l-vantaġġi li wieħed jibbenefika minnhom meta jkollu liċenzja biex jopera post għall-btala kif ukoll l-iżvantaġġi ta' meta wieħed ma jkunx kopert b'liċenzja. Minbarra li jittella' fuq siti elettroniċi tal-Awtorità u oħrajn, kif ukoll fuq midja soċjali relevanti, il-feature ser jintuża wkoll waqt programmi televiżivi u jidher matul il-prime time fuq stazzjonijiet ewlenin. Hu maħsub li din il-kampanja tkun ukoll sostnuta permezz ta' reklami fil-gazzetti ewlenin. Zammit temm jgħid li l-Awtorità ser tibqa' tinvestiga b'mod kontinwu permezz tad-Direttorat tal-Infurzar li għandha fi ħdanha, proprjetajiet li qed joperaw bla liċenzja. Dan l-eżerċizzju għandu l-għan li filwaqt li jiġi żgurat li l-proprjetajiet ikunu tassew postijiet ta' livell tajjeb u xieraq, tiġi assigurata kompetizzjoni ġusta fost l-operaturi turistiċi. B'dan il-mod, pajjiżna jkun aktar kompetittiv ma' pajjiżi oħra barranin billi jiġi offrut prodott aħjar fil-qasam tal- akkomodazzjoni. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' Kofinanzjament: 80% (Fondi UE); 20% (Fondi Nazzjonali) AVVIŻ – 10 ta' Novembru 2016 Business Enhance ERDF Grant Schemes Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna Il-Measures and Support Division fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), maħtura mill-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 biex isservi bħala l-Korp Intermedjarju responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna għall-intrapriżi taħt il-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, tixtieq tħabbar it-tnedija tas-sejħiet elenkati hawn taħt: • L-ewwel Sejħa – SME Consultancy Services Grant Scheme Ass Prijoritarju 3 – 'It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investimenti fl-SMEs' Prijorità ta' Investiment (PI) 3d – L-appoġġ tal-kapaċità tal-SMEs biex jikbru fis-swieq reġjonali, nazzjonali u internazzjonali u biex jinvolvu ruħhom fil-proċessi tal-innovazzjoni. Din is-sejħa hi amministrata permezz ta' open rolling call. L-ewwel cut-off date: It-Tlieta, 28 ta' Frar 2017. • L-ewwel Sejħa – e-Commerce Grant Scheme Ass Prijoritarju 2 – 'Il-konsolidazzjoni tal-investiment fi ħdan is-settur tal-ICT' Prijorità ta' Investiment (PI) 2b – Żvilupp ta' prodotti u servizzi tal-ICT, e-commerce u żieda fid-domanda għal ICT. Din is-sejħa hi amministrata permezz ta' open rolling call. L-ewwel cut-off date: It-Tlieta, 28 ta' Frar 2017. Ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għall-applikanti prospettivi. Dati u post ta' fejn ser isiru dawn is- sessjonijiet ser ikunu pubblikati fil-jiem li ġejjin. Aktar tagħrif u dokumentazzjoni dwar dawn is-sejħiet, inklużi n-Noti Gwida rispettivi u l-Linji Gwida tal- Implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq https://businessenhance.gov.mt. Qed tikri l-flat lit-turisti u bla liċenzja? Se taqlagħha 51 azzjoni kontra persuni li kienu qed joperaw akkomodazzjoni kontra l-liġi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016