Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet Abbuża minn tifla ta' 14-il sena ftit jiem wara li żżewweġ FTIT jiem biss wara li daħal f 'għaqda ta' żwieġ raġel ittella' l-Qorti akkużat illi abbuża sesswalment minn tifla ta' 14-il sena jiem biss wara li żżewweġ. It-tifla kienet qariba tal- istess mara li hu żżewweġ. Ir-raġel, li ismu mhux qed jidher b'ordni tal-Qorti kellu l-bail tiegħu rrifjutat. Kienet martu stess li rrapurtat lil żewġha lill-pulizija, bit-tifla tkun interrogata wara l-allegazzjonijiet. L-akkużat, raġel ta' 29 sena minn Ħaż- Żebbuġ, ġie akkużat illi b'għemil żieni kkorrompa tifla taħt l-età u li pparteċipa f 'attivitajiet sesswali magħha. B'hekk il-Qorti kienet mitluba li tapplika l-piena skont il-liġi, li toħroġ ordni ta' protezzjoni lill-vittma u li tagħti l-pieni stabbiliti f 'każ ta' ħtija. Il-Qorti aċċettat li l-isem tal-akkużat ma jkunx ippubblikat hekk kif, minħabba li huwa magħruf fil- lokalità tiegħu jekk jinkixef ismu tkun qed tinkixef l-identità tat-tifla wkoll. Għall-akkużat dehret l-Avukat Kathleen Grima filwaqt li l-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur John Spiteri. Total ta' €45.2 miljun għall- Kunsilli Lokali GĦASSENA d-dieħla l-Gvern ser jkun qed iżid l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali b'erba' miljun ewro b'total ta' €45.2 miljun. Waqt laqgħa għall-Kunsilli Lokali ġewwa l-Birgu, s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo fisser din iż-żieda fil-fondi għall- Kunsilli Lokali bħala waħda straordinarja, fejn wara ħafna snin, dan il-Gvern kien qed iżid il-baġit għal- lokalitajiet bi kważi 10%. Huwa qal li dan kien frott il-ġid li qed joħloq pajjiżna u t-tkabbir ekonomiku. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li l-Gvern qed jindirizza wkoll l-isfidi fil-ġbir tal-iskart domestiku f 'ċertu lokalitajiet u għal dan il-għan qed jiġu allokati mas-sbatax-il miljun ewro. Dan ifisser żieda ta' miljun ewro għat-tindif fejn il-Gvern ser jkun qed jistenna li l-Kunsilli Lokali jassiguraw li jkollhom tindif ta' kwalità għolja sabiex tiżdied l-indafa fil- lokalitajiet tagħhom. "Dan juri biċ-ċar li l-Gvern jaf sew bl-isfidi li għandhom il-Kunsilli Lokali u għalhekk ħadna miżuri sabiex permezz t'għajnuna finanzjarja akbar iċ-ċittadini tagħna jingħataw servizz aktar effiċjenti u jgħixu f 'ambjent aħjar," qal Buontempo. Id-Direttur tal-Gvern Lokali Adrian Mifsud enfasizza li d-Dipartiment kien ser jkun qed jagħmel monitoraġġ serju fuq l-infiq tal-Kunsilli Lokali sabiex jara li l-fondi jintefqu b'mod tajjeb u li l-proġetti jkunu ta' kwalità għolja. Huwa qal li l-fond għal toroq ġodda, tiswija u manutenzjoni tagħhom ser jiżdied għal €6 miljun u b'hekk il- Kunsilli Lokali f 'diversi lokalitajiet ser ikunu jistgħu jtejbu sostanzjalment l-infrastruttura fil-lokalità tagħhom. Il-Gvern għadu kif alloka miljun ewro oħra għal proġetti kapitali f '29 lokalità fejn ser ikunu qed isiru 30 proġett ġdid għal kwalità ta' ħajja aħjar għar-residenti, fosthom il-bini ta' ċentri ċiviċi ġodda f 'Marsaskala, il-Fgura u l-Qrendi kif wkoll diversi spazji miftuħa ġodda f 'diversi lokalitajiet. Dan kien weekend impenjattiv għal dawk fil- qasam tal-Kunsilli Lokali. Ilbieraħ waqt ir-raba' laqgħa annwali tal-ANSEK, is-Segretarju Parlamentari Buontempo kellu laqgħa mas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali fejn enfasizza fil-kwalità tas- servizz li jingħata ċ-ċittadin u li l-Kunsilli Lokali jaħdmu b' aktar trasparenza. Huwa qal li l-Gvern qed jaħdem fuq żewġ proposti sabiex membru mill-pubbliku jkun jista' jibda jinħatar bħala osservatur fil-proċess tal-għoti tat-tenders, filwaqt li dawk il-petizzjonijiet li jkollhom minn tal-anqas 25% tal-votanti reġistrati fil-lokal, jibdew jinstemgħu awtomatikament quddiem il-Kunsill Lokali. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo semma' kif hu jixtieq li l-Kunsilli Lokali jkunu vetrina tal-effiċjenza ta' dan il-Gvern u għalhekk flimkien mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali ser jiġi assigurat li l-affarijiet jkomplu jsiru sew fuq livell lokali sabiex tassew ikollna kommunitajiet aħjar u aktar b'saħħithom. Ħlas lill-parkers, kollox se jibqa' kif inhu KULL wieħed u waħda minnha ta' spiss ġejna fid- dilemma x'nagħmlu meta nipparkjaw f 'xi parkeġġ u jiġi parker jitlob il- flus. Għaliex jippretendi? X'benefiċċju se nieħu jien, jew il-vettura tiegħi milli nagħti ż-żgħar lil dan il- bniedem? Mistoqsija oħra li tiġi f 'moħħ ħafna hija dwar il- legalità ta' dawn il-parkers, min jirregolarizzahom u kif u fejn jiddikkjaraw il-qligħ tagħhom. Mistoqsijiet biss li mid-dehra anke l-membri Parlamentari jsaqsi. Infatti waqt seduta Parlamentari, id-Deputat Luciano Busuttil saqsa lill-Ministru għat- Trasport u l-Infrastruttura dwar xi pjan għandu l-Gvern għall-parkeġġi bil-parkers li jitħallsu biss bit-tips. Ir-risposta tal-Ministru Joe Mizzi kienet waħda kemm xejn mhux sodisfaċenti hekk kif huwa sostna biss Ii l-Gvern m'għandu l-ebda pjan għal xi tibdil dwar il- parkeġġi bil-parkers. Allura aħna nistgħu biss nibqgħu nistaqsu x'inhu l-iskop ta' dawn il-parkers u jekk għandnix intuhom tips jew le.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016