Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

minn Cristian Antony Muscat ĊERTI affarijiet fil-ħajja jkunu fl-arja u xejn ma jittieħdu b'sorpiża. Dan hekk kif il-kwistjoni rigward min kien se jieħu post Bjorn Vassallo bħala Segretarju Ġenerali tal-MFA kienet mhux min kellu jibqa' jassumi din il-kariga iżda meta l-Avukat Angelo Chetcuti kien se jibda jokkupa dan l-irwol. L-aħbar tant mistennija waslet u ġiet ikkonfermata waqt il-Kunsill tal-MFA ta' nhar it-Tnejn li għadda meta l-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo ħabbar li Angelo Chetcuti li preżentament jokkupa l-kariga ta' viċi-president ta' Birżebbugia St Peters kien se jibda jassumi din il-kariga. Huwa mifhum li huwa issa se jkun qed jirriżenja minn viċi president ta' Birzebbugia St Peters. Huwa għandu 36 sena u huwa Avukat, u ilu involut fl-amministrazzjoni tal-futbol għal diversi snin u ħadem għal kważi 12-il sena mal- istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel mal- Kummissjoni Ewropea u għal dawn l-aħħar tliet snin mal- Parlament Ewropew. Chetcuti huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal. Huwa se jibda jokkupa din il-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-MFA b'mod effettiv u uffiċjali mill-1 ta' Diċembru 2016. Norman Darmanin Demajo offra lil Chetcuti biex jindirizza lill-Kamra għall-ewwel darba, fejn min-naħa tiegħu rringrazzja lill-Kamra u lill-President tal-appoġġ u l-fiduċja li sab mingħandu. Huwa qal li l-applaws li ngħata mill-Kamra jkompli jimlieh bil-kuraġġ, waqt li wiegħed committment kbir u li se jkun qed jagħti dak kollu li jaf għall-futbol Malti. L-MFA ferħet lil Bjorn Vassallo u awguratlu f 'dan l-irwol prestiġjuż il-ġdid tiegħu, filwaqt li laqgħet bi pjacir lil Chetcuti fil-kariga l-ġdida tiegħu u awguratlu kull suċċess fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-MFA. Intant, Bjorn Vassallo, li ftit tal-jiem ilu rriżenja mill-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-MFA biex jibda jokkupa l-irwol ta' Direttur tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej membri fi ħdan il-FIFA, għarraf lill-Kamra li s-17-il klabb li kellhom sanzjonijiet fuqhom mill-UEFA fuq il-Financial Fair Play, issa rregolarizzaw ruħhom u ma fadalx klabb wieħed f 'Malta bi problemi bħal dawn. Bjorn Vassallo qal li flimkien ma' Chris Bonett, Viċi President tal-MFA, kellhom laqgħa mal-Prim Ministru ta' Malta Joseph Muscat, biex possibbilment jinħoloq 'One Stop Shop' fl-uffiċini tal-MFA biex titnaqqas il-burokrazija li teżisti fil-pajjiż fejn jidħlu l-applikazzjonijiet għall- klabbs li japplikaw għall- plejers li mhux ġejjin mill- Unjoni Ewropea. Vassallo qal li l-Prim Ministru laqa' din it-talba u dan kollu mistenni jseħħ fil-jiem li ġejjin. Darmanin Demajo rringrazzja lill-Prim Ministru tal-għajnuna u l-appoġġ li dejjem sab mingħandu kull meta l-MFA kellha bżonn tal- għajnuna. Bjorn Vassallo qal li fl- 24 ta' Ottubru li għadda ta r-riżenja tiegħu lill-Bureau tal-MFA. Hu qal li din il- ħolma għalih kienet bdiet 10 snin ilu meta ħass li fil-futbol Malti kien hemm bżonn li jagħmel ċaqliqa 'l quddiem. Huwa kompla li dak iż-żmien ma kienx faċli għalih li jikkonvinċi lill- president tal-lum, Norman Darmanin Demajo. Huwa afferma li f 'dawn l-aħħar 10 snin, flimkien ma' sħabu l-amministarturi tal-MFA, kienu ferħu u bkew flimkien u ta' dan xtaq jirringrazzjahom kollha. Bjorn Vassallo tenna li se jkun qed iħalli l-MFA fi żmien ta' evoluzzjoni. Fi kliemu nnifsu: "Appoġġajtu lili u konvint li se tappoġġjaw lil min se jinħatar warajja. Kont jien li għidt li l-amministraturi m'għandhom qatt jaħlu mal- istess kariga u se nkun jien li nħalli l-kariga ta' Segretarju Ġenerali. Jien missejt kull biċċa li jeżisti fil-futbol Malti, min-nursery sa klabb sa amministratur tal-MFA. Niskuża ruħi jekk weġġajt lil xi wħud matul is-snin, iżda setgħu kienu deċiżjonijiet li kelli bżonn nieħu," qal Bjorn Vassallo. Intant, tkellem ukoll Dione Borg, Membru tal-Kunsill f 'isem Floriana FC, li ndirizza lill-Kamra u rringrazzja lil Vassallo u lil Chris Bonett tas-servizz kbir li taw lill-futbol Malti f 'dawn l-aħħar sitt snin. Borg qal li kien bis-saħħa tagħhom it-tnejn li l-futbol Malti mar ħafna 'l quddiem f 'dawn l-aħħar snin. Norman Darmanin Demajo kompla ma' dak li qal Dione Borg u rringrazzja lil Bjorn Vassallo u lil Chris Bonett tas-servizz kbir u l-għajnuna li sab mingħandhom. Hu qal li mhux se tkun faċli li jitlef żewġt iħbieb bħal dawn u li din hi storja ta' bejniethom li ilha għaddejja 10 snin u li waslet biex tinterrompi ruħa. Hu qal li jħossu onorat li żewġ persuni li ħadmu miegħu f 'dawn l-aħħar snin ġew offruti karigi daqshekk importanti fil-FIFA u fil-UEFA. Bjorn Vassallo tkellem fuq il-kariga ta' viċi president tal-MFA u r-riżenja ta' Chris Bonett. Hu qal li Bonett irriżenja mill-kariga fit- 28 ta' Ottubru li għadda u li l-Laqgħa Ġenerali Straordinrja biex jinħatar Segretarju Ġenerali ġdid se ssir fis-6 ta' Diċembru li ġej. L-eks Segretarju Ġenerali ġdid qal li ċ-ċans biex wieħed jitfa' n-nomina hi mil-lum sat-18 ta' Novembru. Bonett indirizza lill-Kamra u qal li llum wasal fi stat fejn kultant ma jemminx li daħal f 'uffiċju sitt snin ilu u li minnu wettaq tant affarijiet kbar għall-klabbs Maltin. Fi kliemu stess huwa qal: "Nirringrazzjakom kollha tal-appoġġ li dejjem tajtuni. Meta nħares lura niftakar fi rġiel ta' vera li kelli quddiemi għal dawn l-aħħar snin u li kollha kemm huma jħobbu b'passjoni kbira l-futbol Malti. Ta' dan għandi kliem ta' tifħir kbir għalikom kollha. Se nġorrkom f 'qalbi kollha u mhu se ninsikom qatt. L-MFA inħobbha ħafna u se nibqa' nħobba. Se nibqa' niltaqa' magħkom kollha fis-snin li ġejjin." Norman Darmanin Demajo wkoll kellu kliem ta' tifħir kbir lejn ix-xogħol li wettaq Chris Bonett matul l-aħħar snin. Hu qal li mingħand Bonett tgħallem li fil-futbol Malti hawn nies li verament iħobbu l-logħba tal-futbol u li biex issir il-bidla li għamilna, ma stajniex nibdlu kollox mil-lejl għan-nhar. Hu rringrazzja lil Chris Bonett tax-xogħol kbir li għamel u awguralu għall- futur. Norman Darmanin Demajo qal li ħatar lil Peter Busuttil fil-kariga ta' Supporter Liaison Officer. Il-kariga ta' Busuttil se tkun dik li jisma' lill-partitarji kollha, l-aktar tal-klabbs tal-Kampjonat BOV Premier, biex iressaq l-ilmenti u kwistjonijiet oħra li jista' jkollhom minn żmien għal żmien. Busuttil se jkun qed jieħu ħsieb ukoll il-marketing tal-Family Stand fl-Istadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali. Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Sports 29 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Is-Segretarju Ġenerali Ġdid tal-MFA, Angelo Chetcuti - Ritratt - MFA Orizzonti ġodda għall-MFA bejn transizzjoni u oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016