Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Sports 30 X'Qed Jinħema mix-Xena tal-Futbol minn Cristian Antony Muscat DIMITRI PAYET - Fil-jiem li ġejjin mistennija laqgħa importanti bejn Slaven Bilic u Dimitri Payet biex il-kowċ Kroat ta' West Ham United jipprova jikkonvinċi lil dan il-plejer internazzjonali Franċiż biex ma jħallix lill-Hammers f 'Jannar li ġej. Dan hekk kif Bilic sostna li dan il-plejer huwa fundamentali għall-pjanijiet tiegħu waqt li jħoss li huwa wieħed mill- aqwa attakkanti fix-xena tal-futbol internazzjonali fil-preżent. EDEN HAZARD - Eden Hazard afferma li jħoss li jinsab fil-quċċata tal- karriera tiegħu waqt li qed jistħajlu li bħal donnu reġa' sar tifel żgħir fejn qed jieħu gost jilgħab il-futbol mingħajr pressjoni. Dan wara li fl-aħħar staġun huwa xejn ma mpressjona ma' Chelsea speċjalment meta kienu għadhom immexxija minn José Mourinho, iżda matul dan l-istaġun huwa sploda fir-rendiment tiegħu speċjalment permezz tad-diversi gowls importanati tiegħu għal Chelsea. CLAUDIO RANIERI - Claudio Ranieri ammetta li wara s-suċċess tal-istaġun li għadda u anki minħabba l-fatt li Leicester City jinsabu sejrin tajjeb ħafna fil-UEFA Champions League, hemm ħafna pressjoni fuqhom li qed twassal biex huma ma jiksbux ir-riżultati mixtieqa fil-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra. B'hekk, huwa tenna li jaħseb li l-plejers tiegħu għandhom bżonn brejk speċjalment psikoloġiku, hekk kif iħoss li l-plejers tiegħu qed jiġu affetwati ħażin mill-pressjoni mitfugħa fuqhom l-aktar mill-media Ingliża, li xi drabi xejn ma taf tkun ħanina! LAMPARD U GERRARD - L-FA Ingliża qed tipprova tħaffef il-proċess biex Frank Lampard u Steven Gerrard jiksbu l-liċenzja meħtieġa ta' kowċ biex fil-futur qrib huma jkunu jistgħu jmexxu lit-tim nazzjonali Ingliż bħala kowċis. Normalment, l-FA Ingliża meta tkun qed tagħżel lill-eks footballers biex isegwu kors ta' kowċ, hija titlobhom biex jimbarkaw fuq proċess ta' erba' snin, iżda issa jidher li l-FA Ingliża se tkun qed tagħmel eċċezzjoni għal dawn it-tnejn. CRISTIANO RONALDO - Sir Alex Ferguson afferma li skont hu, Cristiano Ronaldo huwa l-kandidat numru 1 u indiskuss biex jirbaħ il- Ballun tad-Deheb. Dan hekk kif huwa kien strumentali biex Real Madrid jirbħu l-aħħar edizzjoni tal-UEFA Champions League, waqt li l-Portugall rebħu Euro 2016. Tajjeb wieħed jiftakar li fil-passat Sir Alex Ferguson ikkowċja lil Cristiano Ronaldo ma' Manchester United. Fost kandidati oħra li qed jissemmew li jistgħu joffru sfida denja lil Ronaldo għar-rebħ tal- Ballun tad-Deheb hemm Lionel Messi, Antoine Griezmann u Luis Suarez. PHILIPPE COUTINHO - Huwa fatt magħruf li Philippe Coutinho huwa wieħed mill-aqwa plejers ta' Liverpool iżda jista' jkun li huwa se jkun qed iħalli lil dan il-klabb glorjuż minn Anfield fil-futur qrib. Dan biex jingħaqad mal- ġganti Spanjoli, Barcelona. F'kummenti li għadda l-leġġenda ta' Liverpool Phil Thompson, huwa qal li ma joħodhiex b'sorpriża li plejer kbir ikun qed jattira l-interess ta' tim daqstant ieħor kbir bħal mhuwa Barcelona, għalkemm stqarr li jispera li dan il-plejer jibqa' jilgħab ma' Liverpool. GARETH BALE - Wara li ffirma kuntratt ġdid ta' sitt snin ma' Real Madrid, Gareth Bale, afferma li jixtieq li l-futur tiegħu ikun wieħed esklussivament mal-Galacticos. Dan hekk kif huwa tenna li jinsab ferm kuntent jilgħab ma' dan it-tim waqt li addatta ruħu sew għall-ħajja fi Spanja. Rimarkabbli huwa l-fatt li l-kuntratt ġdid li ffirma Gareth Bale mat-tim immexxi minn Zinedine Zidane se jkun ifisser li huwa se jkun qed jaqla' xejn inqas minn £150 miljun f 'sitt snin. BASTIAN SCHWEINSTEIGER - Wara li fl-ewwel jiem u ġimgħat ta' José Mourinho bħala kowċ, kollox kien qed jindika li Bastian Schweinsteiger ma kienx jidħol fil- pjanijiet tal-Ispecial One, issa jidher li l-kowċ Portugiż biddel fehemtu hekk kif dan il-midfielder Ġermaniż ta' 32 sena reġa' lura għat-taħriġ ma' sħabu b'mod regolari. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat huwa kien sfurzat minn Mourinho nnifsu biex jittrenja waħdu jew mat-tim ta' taħt it-23 sena ta' Manchester United. GEOFFREY KONDOGBIA - Geoffrey Kondogbia ingħaqad ma' Inter fis-sajf tas-sena li għaddiet, kien hemm għagħa kbira li dan il- plejer seta' jagħmel il-meravilji man-Neroazzurri. Iżda huwa ddiżappunta bil-kbir tant li fl- aħħar sigħat huwa qal li jekk l-affarijiet mhux se jinbidlu mill-amministrazzjoni ċentrali ta' dan il-klabb minn Milan, huwa se jkun qed jitlob li jiġi rilaxxat mill-klabb. Barra minn hekk, huwa saħaq li xejn ma jinsab kuntent bis- sitwazzjoni li mhux qed jiġi utiizzat mal- magħruf li Philippe Coutinho huwa wieħed mill-aqwa plejers ta' Liverpool iżda jista' jkun li huwa se jkun qed iħalli lil dan il-klabb glorjuż minn Anfield fil-futur qrib. Dan biex jingħaqad mal- ġganti Spanjoli, Barcelona. F'kummenti li għadda l-leġġenda ta' Liverpool Phil Thompson, huwa qal li ma plejer kbir ikun hemm għagħa kbira li dan il- plejer seta' jagħmel il-meravilji man-Neroazzurri. Iżda huwa ddiżappunta bil-kbir tant li fl- aħħar sigħat huwa qal li jekk l-affarijiet mhux se jinbidlu mill-amministrazzjoni ċentrali ta' dan il-klabb minn Milan, huwa se jkun qed jitlob li jiġi rilaxxat mill-klabb. Barra minn hekk, huwa saħaq li xejn ma jinsab kuntent bis- sitwazzjoni li mhux qed jiġi utiizzat mal- Slaven Bilic u Dimitri Payet Steven Gerrard u Frank Lampard Eden Hazard Claudio Ranieri Philippe Coutinho

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016