Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Sports 31 tal-Futbol Internazzjonali... ewwel 11 ta' Inter fejn qed jittama li mal-wasla tal-kowċ il-ġdid, l-affarijiet ikunu qed jinbidlu għalih, għax jekk le, jagħżel li jħalli lill-klabb. DIEGO GODÍN - José Mourinho jixtieq bil-kbir li d-difensur Urugwajan ta' Atletico Madrid Diego Godín jingħaqad ma' dan it-tim għas- somma ta' £30 miljun biex isaħħaħ id-difiża tar-Red Devils. Dan wara li t-tliet difensuri Marcos Rojo, Daley Blind u Chris Smalling ftit li xejn impressjonaw mat-tim minn Old Trafford sa issa. Kollox qed jindika li Diego Godín jista' jkun qed jingħaqad ma' Manchester United sa minn Jannar li ġej. ZLATAN IBRAHIMOVIC - L-attakkant fenomenu Żvediż Zlatan Ibrahimovic sa issa naqas milli jilħaq l-aspettattiva ma' Manchester United u b'hekk qed jiġi rrappurtat li dan jista' jkun l-ewwel u l-aħħar staġun tiegħu mar-Red Devils. Dan hekk kif qed jissemma' li sa mis-sajf li ġej huwa jista' jingħaqad ma' LA Galaxy fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. Fost plejers oħra li għalihom dan jista' jkun l-aħħar staġun tagħhom mar-Red Devils hemm Bastian Schweinsteiger, Morgan Schneiderlin, Michael Carrick, Memphis Depay, Ashley Young, Matteo Darmian u Phil Jones. ILKAY GUNDOGAN - Ilkay Gundogan, li ngħaqad ma' Manchester City matul is-sajf li għadda afferma li kien propju l-kowċ ta' Liverpool, Jurgen Klopp li ħeġġu bis-sħiħ biex jingħaqad mat-tim immexxi minn Pep Guardiola. Dan il-plejer jaf mill-viċin lil Jurgen Klopp hekk kif lagħab għal erba' staġuni sħaħ taħt il-gwida tiegħu ma' Borussia Dortmund, fejn rebaħ id-double lura fl-istaġun 2011-12. GONCALO GUEDES - Arsenal ingħaqdu ma' Manchester United fit-tellieqa biex jakkwistaw lill-winger ta' Benfica, Goncalo Guedes. Il-winger ta' 19-il sena għandu l-klawsola tar- release ta' £52.7 miljun fil-kuntratt tiegħu, li tiskadi fl-2021. Madankollu, xorta waħda jidher li l-Guedes se jkun qed iħalli lil Benfica f 'Jannar li ġej, hekk kif huwa mifhum li kemm ir-Red Devils kif ukoll il-Gunners huma lesti li jħallsu din il-klawżola tar-release. DIVOCK ORIGI - L-attakkant żagħżugħ Belġjan ta' 21 sena, Divock Origi, saħaq li għalkemm bħalissa ftit li xejn qed jingħata ċans li jilgħab ma' Liverpool, huwa jistenna li ċ-ċans lilu mingħand il-kowċ Jurgen Klopp se jkun qed jingħatalu fil-futur qrib. Dan il- plejer sa issa kellu ħames dehriet mar-Reds fil-Kampjonat Premier li kollha bdiehom minn fuq il-bank tas-sostituti, iżda fid-darbtejn li beda mal-ewwel 11 fil-League Cup kontra Burton Albion u Derby County, irnexxielu jsib ix-xibka. Matul l-istaġun li għadda, Origi skorja 10 gowls ma' Liverpool, fosthom ħames gowls fl-aħħar sitt logħbiet tal-Kampjonat. F'kummenti konklussivi, Origi afferma li huwa jrid ikun paċenzjuż, għax huwa konxju mill-fatt li Jurgen Klopp għandu fiduċja kbira fih, u għalhekk iċ-ċans tiegħu se jkun qed jasal ukoll. LEONARDO BONUCCI - Chelsea jridu jakkwistaw lid-difensur ta' Juventus Leonardo Bonucci akkost ta' kollox, hekk kif Antonio Conte jidher li għandu fiduċja kbira f 'dan il-plejer. Jidher li l-Blues huma lesti li joffru s-somma ta' £60 miljun biex jakkwistaw lil dan il-plejer fejn jekk dan iseħħ, tkun ġiet immaterjalizzata l-ħolma ta' Antonio Conte, li fl-aħħar sigħat stqarr li ftit li xejn kien kuntent bil-kampanja ta' akkwisti li għaddiet, hekk kif l-uniku player tax-xewqa tiegħu li nġieb lilu kien l-eks difensur ta' Leicester City N'Golo Kante. Sa issa, is-somma rekord relatata ma' trasferiment ta' difenusr hija dik ta' £50 miljun li ħallsu PSG biex ġie akkwistat David Luiz mingħand l-istess Chelsea, iżda issa jidher li l-president Russu ta' Chelsea, Roman Abramovic, lest li jżid din is-somma b'£10 miljuni bex jakkwista lil Leonardo Bonucci. ANGEL DI MARIA - Il-winger tal-Arġentina u ta' PSG fi Franza, Angel Di Maria, ammetta li wara li t-tim ta' pajjiżu tilef l-aħħar finali tal-Copa America, kontra ċ-Ċili wara l-għoti tal-penaltis, huwa kkunsidra li jirtira għal kollox mit-tim nazzjonali Arġentin, iżda mbagħad reġa' biddel fehemtu. Madankollu, huwa afferma li jekk huwa jerġa' jkun involut f 'finali oħra mitlufa mill-Arġentina, ma jaħsibhiex darbtejn biex jirtira mit-tim nazzjonali Arġentin. Huwa sostna li l-fatt li titlef finali waħda hija xi ħaġa li tista' tiġri lil kulħadd, iżda li plejer jitlef tliet finali konsekuttivi, kif ġara lilu, hija xi ħaġa mhux aċċettabbli. Cristiano Ronaldo Gareth Bale Georey Kondogbia Zlatan Ibrahimovic Leonardo Bonucci Bastian Schweinsteiger

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016