Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
NEWSPAPER POST Nr 537 • 29 ta' Jannar 2017 www.illum.com.mt Tkompli f 'paġna 6 Tkompli f 'paġna 4 €1.00 Intervista ma' Silvio Vella Ara paġni 34 u 35 Minn Veronica Lynn Mizzi SA Marzu li ġej, mistenni jkun konkluż u ffirmat ftehim kollettiv ġdid ma' 7,000 edukatur madwar il-pajjiż. Dan żvelah il-President tal-Malta Union of Teachers (MUT) Kevin Bonello f 'intervista mal- ILLUM li qed tkun ippubblikata fuq paġni 12 u 13. Bonello qal lil din il-gazzetta li l-union qed tipproponi li jkun hemm żieda fil-pagi tal- għalliema, titjib fil-kundizzjonijiet tal-Kapijijet tal-iskejjel u bidliet fis-sistema tal-Learning Support Assistants (LSAs). Dwar iż-żidiet fil-pagi, Bonello qal li l-MUT għaddejja b'diskussjonijiet maċ-Ċivil biex tara kif jistgħu jiżdiedu l-iskali kollha tal-Gvern, mhux tal-għalliema biss, filwaqt li saħaq ukoll li l-MUT qed titlob li jittieħdu miżuri biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-kapijiet tal-iskola, għaliex "mhux qed insibu kapijiet ġodda, la fl-iskejjel tal-Gvern u lanqas fi skejjel oħra," sostna Bonello. Minbarra dan, l-MUT qed tipproponi wkoll li jsiru tibdiliet fis-sistema tal- Learning Support Assistants (LSAs). Fis-sekondarja, l-MUT qed tipproponi li LSA tkun imħarrġa f 'suġġetti partikolari u tgħin lill-istudent f 'dawk is-suġġetti biss. Dan ikun ifisser li l-istudenti, minflok ikollhom LSA waħda għall- lezzjonijiet kollha, jkollhom LSAs differenti, skont is-suġġett. Bonello qal lil din il-gazzetta li jidher li hemm qbil bejn l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex is-sistema ta' tlett ijiem ta' taħriġ obligatorju jinbidel għal sistema li tkun aktar flessibbli. Tkompli f 'paġna 8 Ftehim għal 7,000 għalliem sa Marzu L-MUT tipproponi titjib fi l-pagi, titjib fi l kundizzjonijiet tal-Kapijiet tal-iskejjel u bidliet fi s-sistema tal-LSAs 'Sejrin aħjar' Minn Reuben Anthony Xuereb WARA sitt xhur jarmaw fi Triq l-Ordinanza, il-bejjiegħa tal-monti qed jesprimu sentiment pożittiv, għalkemm xi ftit kawt, dwar l-anadament tal-bejgħ minn kemm ilhom li ġew rilokati. Mill-bejjiegħa li tkellmu mal-ILLUM aktar kmieni din il-ġimgħa, jirriżulta li minkejja negozju ħażin fi żmien il-Milied u bidu tas- sena bil-maltemp, iċ-ċifri tal-bejgħ xorta qed jindikaw li l-bejjiegħa qed imorru aħjar minn meta kienu jarmaw fi Triq il-Merkanti. L-ebda impjieg ta' 'Stainless Steel' mhu mhedded Minn Albert Gauci Cunningham HEKK kif aktar kmieni din il-ġimgħa kien imħabbar li l-proġett tal-Junction tal-Marsa se jkun qed jibda lejn l-aħħar ta' din is-sena, l-ILLUM waslulha numru ta' ilmenti mingħand ħaddiema tal-kumpanija Stainless Steel Products, liema kumpanija se tkun qed titlef il-fabbrika li għandha fil-Marsa u tkun rilokata. L-ilmenti u t-tħassib li waslu għand din il-gazzetta, u li ilhom jiġu espressi minn mindu kien imħabbar li l-fabbrika se jkollha titwaqqa', jikkonċernaw l-aktar il-post tax-xogħol u anke biżgħat dwar l-operat tal-kumpanija f 'Malta. Stainless Steel Products tesporta l-prodotti tagħha kważi esklussivament lejn is-suq Brittaniku u timpjega 79 ħaddiem. F'risposti għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta iżda, kelliema għall-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar qalet li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-kumpanija 'huma fi stadju avvanzat' u li permezz ta' dan il-ftehim, se jkunu qed jinżammu l-ħaddiema kollha tal-kumpanija u "possibilment jiżdiedu" wkoll. 'Huwa dritt li tħalli post magħluq bħala investiment' Ara paġni 8-11 u 21