Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet Proġett fuq ODZ se jkun jista' jgħaddi xorta b'maġġoranza sempliċi • Il-PN jikkonferma li proġett ta' 'importanza nazzjonali' fuq ODZ xorta jista' jsir b'maġġoranza ta' 50%+1 • Il-PN jipproponi l-introduzzjoni ta' assikurazzjoni għall-bdiewa Minn Albert Gauci Cunningham ILPARTIT Nazzjonalista se jkun qed iżomm mal-proposta tiegħu illi kull żvilupp f 'Żona Barra l-Iżvilupp (ODZ) jitressaq quddiem il-Parlament għal voti ta' żewġ terzi tal-kamra. Minkejja li ma tissemmiex fir-rapport 'Kwalità ta' ħajja aħjar għalik', il-PN se jżomm ukoll iżda mal- premessa li jekk dan l-iżvilupp fuq art ODZ ma jiksibx iż-żewġ terzi meħtieġa darbtejn, ikun jista' jittieħed it-tielet vot fuqu li jkun jirrekjedi biss vot ta' 50%+1. Fi ftit kliem, jekk ma jirnexxix darba, tista terġa' tipprova, sakemm jirnexxilek. Minkejja li l-proposta tal- PN għal vot fil-Parlament fuq żvilupp ODZ intlaqgħet b'mod pożittiv minn persuni u għaqdiet ambjentali, kienu diversi dawk li wrew xettiċiżmu fuq il-premessa li vot jista' jitressaq tliet darbiet, bl- aħħar darba jgħaddi b'maġġoranza sempliċi. L-ILLUM tkellmet ma' Simone Vella Lenicker, waħda mill-imħuħ wara r-rapport tal-PN, li se jkun ukoll is-suġġett ta' konvenzjoni dwar l-istess tema, illum f 'Għawdex. Minkejja li ma weġbitx dwar il-fatt li tħalliet barra l-kwistjoni tat- tielet vot Parlamentari mir-rapport, Vella Lenicker fakkret kif anke fil-każ ta' ħatriet f 'karigi għoljin bħall- President, il-PN qed jipproponi illi dawn isiru b'vot ta' żewġ terzi fil-Parlament "flok ikunu deċiżi mill-Gvern waħdu jew b'maġġoranza tal-Gvern biss. Madanakollu," kompliet tispjega Lenicker lil din il-gazzetta, "biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-ħatriet ewlenin jibqgħu vakanti f 'każ li jiġu blokkati mill-Oppożizzjoni, hemm ipprovdut li jekk sat-tieni votazzjoni ma tintlaħaqx il- maġġoranza taż-żewġ terzi, il- Gvern ikun jista' jressaq it-tielet vot b'maġġoranza sempliċi. Din l-istess idea qed tiġi proposta wkoll f 'każ ta' żviluppi ta' importanza nazzjonali f 'żoni ODZ." Kienu bosta dawk fil-qasam ambjentali wkoll li laqgħu b'xettiċiżmu l-kliem 'ta' importanza nazzjonali' u esprimew il-biża' li din tista tkun 'loophole' li minnha Gvern ikun jista' jgħaddi biex xorta jkun approvat żvilupp fuq art ODZ. Vella Lenicker iżda ma taqbilx u ssostni mal-ILLUM li l-liġi tal- Ippjanar "diġà tagħti indikjazzjoni ċara ta' x'inhu żvilupp ta' importanza nazzjonali." In-'Nature Rangers' mhux se jkunu bħal 'Green Wardens' Intant fl-istess rapport, il-PN qed jipproponi li jintroduċi dawk li qed isejħilhom 'nature rangers' bil-għan li jedukaw "filwaqt li jkollhom ukoll il-poter li jinfurzaw." L-ILLUM staqsiet jekk dawn hux se jkunu simili għall-Green Wardens u jekk hux se jkunu responsabbli wkoll għall-attività bħall-kaċċa li sseħħ f 'diversi inħawi tal-pajjiż imma li diġà qed tkun sorveljata mill-Pulizija lokali. Vella Lenicker sostniet li dan huwa kunċett differenti minn dak tal-Green Wardens, għax filwaqt li dawn għandhom rwol li jagħtu multi lil min iħammeġ, "in-'Nature Rangers se jkollhom primarjament rwol edukattiv u jkollhom ukoll rwol fl-immaniġġjar ta' ċertu siti ta' importanza naturali u ekoloġika." "L-għan principali," kompliet tgħid Vella Lenicker, "hu li dawn ikunu jistgħu jagħtu informazzjoni lil min ikun qiegħed iżur dawn is-siti rigward l-ekoloġija u l-istorja tal-post partikolari, li jkunu jistgħu jassistu lil min ikun qiegħed iżur ċertu postijiet biex jindikawlhom ċertu mogħdijiet li mhux dejjem ikunu magħrufa." Minkejja dan, Vella Lenicker sostniet li dawn l-uffiċjali xorta se jkollhom id-dritt jgħaddu rapporti ta' abbużi lill- awtoritajiet ikkonċernati. Il-PN qed jipproponi assikurazzjoni lill-bdiewa Intant fir-rapport tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll forma ta' assikurazzjoni għall-bdiewa, meta dawn jgħaddu minn esperjenzi koroh ta' nixfa jew inkella infestazzjoni. Ma' din il-gazzetta, Simone Vella Lenicker spjegat kif l-intenzjoni tal-PN hija li tinħoloq skema, "li tkun oltre l-assikurazzjoni li l-bdiewa jistgħu jkollhom b'mod individwali biex ikopru ħsarat li jaffetwawhom b'mod individwali, bħal per ezempju ħruq. L-intenzjoni hi li din l-iskema tkun waħda kollettiva, u li tkopri lill-bdiewa f 'każ ta' certu sitwazzjonijiet li jolqtu lis-settur kollu, bħal per ezempju mard, jew infestazzjoni." Vella Lenicker sostniet li l-proposta għad trid tersaq quddiem il-bdiewa biex tibda diskussjoni dwarha u sussewegwentement jibdew ikunu ffurmati aktar dettalji. Simone Vella Lenicker

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017