Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Sports 31 X'qed jinħema mis-suq tat-trasferimneti internazzjonali... GARETH BALE - Manchester City u Chelsea jinsabu lesti li joffru s-somma esorbitanti ta' €200 miljun biex jakkwistaw lill-winger ta' Real Madrid, Gareth Bale, matul is-sajf li ġej. Dawn iż-żewġ klabbs qalu li ma kinux affetwati mill-aħħar injuries li sofra dan il-plejer internazzjonali minn Wales u xorta jinsabu interessati li jakkwistawh biex jerġgħu jagħmluh l-aktar plejer li jiswa' flus fid-dinja. JESE RODRIGUEZ - Il-plejer ta' 23 sena ta' PSG, Jese Rodriguez, mistenni jħalli lill-Pariġini fil-jiem li ġejjin hekk kif xejn ma impressjona sa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Real Madrid. Il-klabb mil-Liga Spanjola, Las Palmas, jidher favorit ewlieni li jakkwista lil dan il-plejer, madankollu fit-tellieqa daħlu wkoll l-Ingliżi ta' Liverpool, b'Jurgen Klopp jidher li għandu fiduċja assoluta f 'dan il-plejer. Ineressati f 'Jese Rodriguez, hemm ukoll it-Taljani ta' Roma mmexxija mill-kowċ Luciano Spalletti. ALEXIS SANCHEZ - Arsenal lesti li joffru lil Alexis Sanchez lil Juventus fit-tentattiv li jipperswadu lil Juventus jidħlu f 'negozjati magħhom rigward l-akkwist ta' Miralem Pjanic. Matul dan l-istaġun, Alexis Sanchez skorja 14-il gowl fil-Kampjonat Premier fl-Ingilterra u jinsab f 'diskussjonijiet mal-klabb minn Londra biex jara jġeddidx il-kuntratt magħhom hekk kif il-kuntratt tiegħu magħhom jiskadi fl-2018. DIEGO COSTA - Jekk kien hemm plejer li f 'dawn l-aħħar ġimgħat kien fl-aħbarijiet, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief Diego Costa. Jidher li Chelsea taw il-permess lil dan il-plejer biex jiċċaqlaq minn magħhom sa minn dan ix-xahar stess jew matul is-sajf li ġej, bix-xewqa tiegħu tkun dik li jmur jilgħab fiċ-Ċina. Madankollu, Chelsea mhux se jkunu qed iħalluh jitlaq għal somma ta' inqas minn €130 miljun. Tajjeb wieħed jirrimarka li l-aġent tiegħu, Jorge Mendes, mhux tal-parir li li Diego Costa imur jilgħab fiċ- Ċina qabel ma jkun għalaq it-30 sena. DIMITRI PAYET - Kollox qed jindika li Dimitri Payet se jkun qed jirritorna f 'pajjiżu, Franza, biex isieħeb lil Nice b'self sa tmiem l-istaġun. Jekk jiġri hekk huwa jkun qed jingħaqad fl-attakk ma' Mario Balotelli. West Ham United jinsabu fl-aħħar taħdidiet biex jagħtu permess lil dan il-plejer biex ikun jista' jagħmel dan fejn jekk dan it-trasferiment jiġi materjalizzat huma se jkunu qed jitolbu lil Nice biex jagħtu bonus lill-plejer jekk huma jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League waqt li jħallsu s-salarju kollu ta' Dimitri Payet sa tmiem l-istaġun. BERNARDO SILVA - Barra li jsaħħu d-difiża, Manchester United qed ifittxu li jsaħħu wkoll l-attakk tagħhom u matul is-sajf li ġej mistennija jagħmlu offerta kbira ta' £70 miljun għall-attakkant ta' Monaco, Bernardo Silva. Fit-tellieqa biex jakkwistaw lil dan il-plejer hemm ukoll Real Madrid, iżdo Mourinho qed jittama li dan l-attakkant ta' 22 sena u kompatrijott tiegħu Portugiż jingħaqad mar-Red Devils sa mis-sajf li ġej biex isieħeb fl-attakk lil Antoine Griezmann li kollox qed jindika li se jkun qed jingħaqad mat-tim minn Old Trafford sa mis-sajf li ġej. NELSON SEMEDO - Chelsea daħlu fit-tellieqa ma' Manchester United biex jakkwistaw lid-difensur right-back ta' Benfica, Nelson Semedo. Għadu mhux magħruf jekk il-Blues humiex lesti li jilħqu s-somma li Manchester United qed joffru għal dan il-plejer li hija dik ta' €35 miljun, hekk kif ir-Red Devils jidhru determinati li jakkwistawh minħabba li Jose Mourinho irid isaħħaħ id-difiża tiegħu. AARON RAMSEY - Real Madrid iridu bis-saħħa lill-attakkant ta' Arsenal, Aaron Ramsey biex dan ikun jifforma parti mill-attakk tal-Galacticos mal-plejer kompatrijott tiegħu minn Wales, Gareth Bale. Intant, qed jiġi rrapurtat li Real Madrid huma lesti li jżidu s-salarju li diġà għandu Ramsey ma' Arsenal b'iktar minn £90,000 fil-ġimgħa. minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017