Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Sports 34 SILVIO Vella u l-grupp tiegħu ta' taħt il-21 sena kienu l-iżjed aħbar pożittiva għall-futbol Malti matul is-sena 2016. Permezz tar-riżultati li kisbu, huma kitbu paġna glorjuża fl- istorja tat-timijiet nazzjonali Maltin u li permezz tagħha, kull individwu li jħobb il-futbol Malti jittama li nkomplu nibnu fuqha u mhux tibqa' ġrajja iżolata. F'grupp li kien jikkonsisti mill- eventwali kwalifikati Repubblika Ċeka, Belġju, Montenegro, Latvja u Moldova, żgur li wieħed ħadd ma basar li Malta se tikkompeti ma' kwalunkwe avversarju. Kollox beda fl-ewwel żewġ partiti, fejn Malta kisbet erba' punti wara draw ta' 0-0 kontra l-Moldova u rebħa ta' 2-1 kontra l-Latvja, żewġ partiti barra minn darha. Fil-partiti ta' wara, Malta rnexxielha tipproduċi logħbiet ta' kwalità kontra avversarji iżjed ikkwotati bħar-Repubblika Ċeka u anke mal-Belġju. Ma' dawn tal-aħħar, it-tim ta' Silvio Vella kiseb żewġ telfiet bl-iskor ta' 2-0 u 3-2, iżda qatt ma kien totalment dominat mill-avversarju, frott tal-konċentrazzjoni u tal-livell li dan il-grupp kien jippossjedi. Kulħadd inġabar wara dan il-grupp wara dawn ir-riżultati hekk prestiġjużi, għaliex kien tim li kien kapaċi jagħmel ħoss għal dan il-pajjiż. Kien il-vuċi tas-sapporter Malti li jisħaq li l-plejers Maltin huma ta' livell. L-iżvolta kienet fl-aħħar żewġ konfronti tagħhom, hekk kif kellhom jilagħbu kontra l-Latvja u l-Moldova ġewwa l-Hibernians Stadium f 'Kordin - żewġ logħbiet li permezz tagħhom, Malta setgħet tikseb żewġ rekords f 'temp ta' ftit ġranet: dak li tikseb iżjed minn ħames punti, rekord nazzjonali u dak li tiġi fir-raba' post, l-ogħla pożizzjoni qatt miksuba. Żewġ rebħiet, li anke jekk b'mod soffert, waslu u poġġew lil Malta fir-raba' post bi 11-il punt. Riżultat li se jservi ta' ispirazzjoni għal kwalunkwe tifel u tifla li jaspira li jilgħab il-futbol u jilbes il-flokk nazzjonali. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Missieri jgħidli li minn dejjem kont inħobb nixxuttja l-ballun, jiġifieri prattikament minn ta' età żgħira bdiet l-imħabba tiegħi. L-esperjenza tieghek ma' Rabat Ajax bħala plejer? Bdejt nilgħab fil-Youth Centre tar-Rabat, imbagħad ta' 15-il sena rreġistrajt mar-Rabat, u bdejt nilgħab mat-tim ta' taħt is-16-il sena fejn konna rbaħna l-kampjonat. Wara mbagħad, mort mal-Minors u ftit wara, meta kelli 18-il sena, Joe Cilia kien qalli biex l-istaġun ta' wara, nibdieh mal-kbar. Kellna s-Super Cup, fejn lgħabna u rbaħna kontra ż-Żurrieq u kont dħalt biċċa wkoll. Imbagħad fil-kampjonat, l-ewwel logħba ma lgħabtx u kont bdejt it-tieni logħba, kontra Hibernians, fejn kelli nimmarka lil Ġużi Xuereb. Mar-Rabat, irbaħna l-kampjonat tal- 1985/86, fejn irbaħna anke t-Trophy u l-Euro Cup. Kellna tim importanti fejn kellna plejers bħal Mark Miller u anke Manuel Cortis, jiġifieri li tidħol f 'dak it-tim ma kienx faċli. Kien hemm perjodu fejn kont l-aqwa plejer tal-kampjonat, kontu champions iżda anke ġejtu relegati. Kif għidt tajjeb int, kien żmien fejn konna nsiru champions, niġu relegati u nerġgħu nitilgħu. Madankollu, minkejja li konna naqgħu konna nġibu ammont ta' punti sew u anke nirbħu ma' ta fuq. Nemmen li kien ikolli prestazzjonijiet tajbin u infatti kien hemm numru ta' klabbs li rieduni. Niftakar li Brian Talbot kien l-iżjed wieħed li riedni bis-saħħa u kien jiġi jarani nilgħab kemm mal-klabb u anke man-nazzjonal. Wara Rabat, ingħaqadt ma' Hibernians. L-esperjenza tiegħek hemmhekk. Ma' Hibernians irbaħt żewġ kampjonati anke t-trophy. L-ewwel kampjonat irbaħtu fl-ewwel sena tiegħi meta kont b'self u l-ieħor irbaħtu fl- aħħar sena tiegħi. Iddeskrivi l-esperjenza tieghek mat- tim nazzjonali bħala plejer. Meta kelli madwar 18-il sena kont nintgħażel taħt Guentcho Dobrev. Imbagħad kont erġajt bdejt niġi magħżul minn Horst Heese, Pippo Psaila, Pietro Ghedin u anke Robert Gatt. Kont parti mill-famuża partita kontra l-Italja fejn tlifna bl-iskor ta' 1-2. X'tiftakar? Għalina l-Maltin, li tilgħab kontra l-Italja kienet xi ħaġa kbira u niftakarna nilagħbu kontra plejers bħal Gianluca Pagliuca, Paolo Maldini, Gianluca Vialli u Giuseppe Signori. Kienet partita tajba, fejn konna dixxiplinati u niftakar anke lil kowċ Arrigo Sacchi jħares lejn il-ħin għaliex kien hemm il-biża' li nġibuhom draw. Il-livell tan-nazzjonal kif tarah jikkumpara llum il-gurnata minn dak iż-żmien? Naħseb li per eżempju llum il-ġurnata, it-tim huwa fiżikament iżjed ippreparat. Però, min-naħa tiegħi nista' ngħid li lgħabt ma' plejers ta' stoffa bħal David Cluett, John Buttigieg, Joe Brincat, Charlie Scerri, Chris Laferla u Nicky Saliba. Inġenerali, kif tarah li nbidel il-futbol f 'pajjiżna f 'livell ta' klabbs? Dak iż-żmien kien hawn inqas barranin u iżjed Maltin u llum l-affarijiet ġew bil-kontra. Bħala kowċ, taqbel mal-introduzzjoni ta' 11-il plejer barrani fil-grawnd? Għalija bħala kowċ man-nazzjonal, bilfors ħa naraha bħala ħaġa diffiċli, għaliex iżjed ma jgħaddi ż-żmien, l-għażla se tiġi ristretta. B'seba' barranin diġà diffiċli, aħseb u ara bi 11-il barrani. Il-problema tkun għaliex f 'ċerti pożizzjonijiet bħall-goalkeepers, difensuri ċentrali u attakkanti, huma l-iżjed irwoli li jkun hemm barranin fihom. U mal-introduzzjoni ta' 14-il tim fil- Premier? Fl-aħħar mill-aħħar, l-importanti huwa li nara plejers Maltin fil-grawnd jiena. X'tip ta' ghajnuna ssib mill-MFA? Għandi ħafna għajnuna, għaliex għandi set-up tiegħi, tim tiegħi u fi ħdan l-MFA naħdmu b'mod professjonali, għaliex għandi staff li jaħdem b'mod professjonali u jkollna l-pitch dejjem disponibbli. Ngħaddu lejn it-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Kif tħares lejn it- tragward storiku li rnexxielkom tiksbu bħala tim riċentament? Meta telgħu l-poloz, konna nafu li ġej grupp diffiċli, tikkunsidra li aħna qegħdin fl-aħħar seedings u jitla' min jitla' fl-oħrajn huwa dejjem aħjar minna. Meta rajna ma' min ġejna, għamilna riċerka u rajna li t-timijiet kienu marru tajjeb fl-edizzjonijiet preċedenti. Ovvjament, ma kellniex il-ħsieb li nġibu 11-il punt iżda kif bdew ġejjin ir-riżultati bħax-0-0 kontra l-Moldova u t-2-1 kontra l-Latvja, rajna li kapaċi mmorru iżjed Il-kowċ li kiteb paġna glorjuża fl-istorja Cristian Antony Muscat "Jekk tħobb tilgħab il-logħba tal-futbol, issib ħin b'xi mod jew ieħor. Illum il-ġurnata għad hawn plejers li huma dedikati u jekk ma tkunx dedikat għal dak li qed tagħmel, il-grawnd jikxef mal-ewwel" "Meta telgħu l-poloz, konna nafu li ġej grupp diffiċli, tikkunsidra li aħna qegħdin fl-aħħar seedings u jitla' min jitla' fl-oħrajn huwa dejjem aħjar minna" Silvio Vella - Kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena li riċentament irnexxielu jikteb paġna glorjuża -istorja ta' dan it-tim nazzjonali, hekk kif temm il-Grupp ta' Kwalikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej b'rekord ta' 11-il punt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017