Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Intervista 13 fil-ġimgħa jridu jirriżenjaw' tagħna." Żied jgħid li, "aħna proponejna punti li mhux biss itejbu d-dħul tal- għalliema, għax di hi waħda mill- materji li għad irridu niddiskutu mal- Gvern, iżda wkoll l-operat fil-klassi." Fost il-proposti li MUT qed tressaq għal dan il-ftehim kollettiv il-ġdid, hemm dik li tirrigwardja l-LSAs. L-MUT qed titlob sabiex ma jibqax ikun hemm LSAs kif inhuma bħalissa, iżda tinħoloq kariga ta' 'classroom assistant' fil-primarja, u 'area assistant' fis-sekondarja. Bis-saħħa ta' dawn il- pożizzjonjiet, jispjega Bonello, ma jkunx hemm il-bżonn li LSA tkun tifhem fis-suġġetti kollha. "Bħalissa, LSA trid issegwi lill-istudent f 'kull suġġett li jkollu, sija Taljan, Xjenzi u Matematika, li hi xi ħaġa impossibbli għaliex lanqas l-għalliema ma tagħmilha," jgħid Kevin Bonello. Minflok, ikun hemm persuni li jispeċjalizzaw f 'xi qasam, u dawk l-istudenti kollha li jkollhom bżonn l-għajnuna jġu mgħejuna f 'dak il-kuntest. Hawnhekk, il-President tal-union tal-għalliema, meta mistoqsi jekk dan ifissirx t-tmiem tal-għajnuna li tingħata lil studenti b'LSA fuq bażi individwali, qal li mhux se jintmessu dawn jekk dawn ikunu bżonn. "Minflok ikollna LSAs shared, u rridu nlaħħqu m'Alla u max-xitan, u mas-suġġetti kollha, ikollna LSA għal kull suġġett jew grupp ta' suġġetti li tkun tista' tagħti l-għajnuna mitluba skont is-suġġett. Dwar qbil f 'dan ir-rigward fil-ftehim kollettiv li qed jiġi diskuss, Bonello jgħid li, "s'issa, hemm bażi ta' qbil, imma kif se tkun qed titħaddem u dettalji bħal dawn għadhom iridu jiġu diskussi." Kwistjoni oħra li Bonello tkellem dwarha bħala xi ħaġa li qed tiġi diskussa f 'dan il-ftehim kollettiv hija t-taħriġ tal- għalliema. "Bħalissa għandna sistema li ilha minn żmien Adam u Eva, ta' tlett ijiem fis-sena li trid jew ma tridx, ikollok tagħmel kors. Aħna nixtiequ li din is-sistema tispiċċa, u l-Gvern jidher li qed jaqbel. Minflok, jibda jkollna sistema differenti li tkun ħafna iktar flessibbli u tagħmel iktar sens, li tħalli liberu lil dak li jkun, u jaru hu l-ħtiġijiet tiegħu xi jkunu u kif jista' jilħaqhom," kompla Bonello. Qal ukoll li waħda mill-affarijiet li qed jipproponu huwa titjib fil- kundizzjonijiet tal-kapijiet tal-iskejjel, għaliex jinsisti li mhux qed isibu kapijiet ġodda, la fl-iskejjel tal-Gvern u lanqas fi skejjel oħra. Dwar dan il-ftehim kollettiv, Bonello kompla jgħid li, "bħalissa l-ftehim qed jiġi negozjat u dwar ħafna punti għandna bażi ta' qbil, hemm punti oħra li forsi għadna daqsxejn 'il bogħod, bħal kull ftehim. Imma issa naraw fejn se naslu..." 'Kulħadd jippretendi li jifhem, barra min jifhem' Id-diskussjoni daret fuq l-inklużjoni, u hawn, Kevin Bonello jinsisti li s-sistema ta' inklużjoni kif qed titħaddem bħalissa ma taħdimx. "Il-pajjiż jeħtieġ sistema differenti, għax għandna dawk il-ftit każijiet li mhux talli t-tfal li huma inklużi mhu qed jieħdu xejn mis- sistema, imma talli bil-frustrazzjoni li qed ikollhom u l-kundizzjonjiet tagħhom, qed itellfu lil kulħadd." Bonello jkompli jgħid li ma jistax ikollok sistema, "fejn titfa' lil kulħadd ħallata ballata u mbagħad naraw. Dik hi inklużjoni bla preparament." Għalhekk, Bonello jipproponi li fl-istess binja jkollok il-klassijiet 'mainstream' u 'resource centre' għal persuni b'diżabbiltà, meta dawn ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-bqija tal- klassi, "aktar milli nħalluhom hemm sempliċiment minħabba l-inklużjoni, u ma jieħdu riżultati ta' xejn fil-verità," kompa jsostni Bonello. Dwar dan, il- President tal-MUT jgħid li anke esperti li nġiebu minn barra l-pajjiż u tħallsu eluf kbar, qalu li din is-sistema mhix taħdem. Bonello jinsisti fuq punt ieħor li jgħid li jiltaqgħu miegħu l-għalliema kontinwament, u dan huwa dwar l-interferenzi tal-ġenituri. Hawnhekk Bonello jgħid li bħalma persuna meta tmur għand it-tabib b'xi uġigħ, din ma tindaħalx fil-metodu ta' kura li jagħżel it-tabib, għaliex hu l-espert fil- qasam, hekk ukoll għandhom jagħmlu l-ġenituri fl-edukazzjoni ta' uliedhom. "Fl-edukazzjoni, is-sistema qiegħda bil-maqlub. Kulħadd jippretendi li jifhem, minbarra min jifhem," kompla jispjega. Hawnhekk, Bonello jagħti eżempju ta' każ fejn grupp ta' esperti jiddiskutu każ u jemmnu li l-istudent jibbenefika iktar minn programm differenti mill-mainstream. "Jekk il-ġenitur ma jaqbilx ma dawn, jista' jgħid, 'jien hemm irridha.' Aħna nemmnu li din trid tinbidel." Għal dan, Bonello jgħid li fejn ikun hemm kuntrast bejn id-deċiżjoni tal-edukatur u tal-ġenitur, "fl-aħħar, tiddeċiedi l-awtorità li tmexxi l-edukazzjoni, u mhux ċikku l-poplu. Ikollna każijiet fejn hu ovvju għal kulħadd, li student mhux qed jibbenefika, imma l-ġenitur jibqa' jinsisti. Jaħasra, l-ħsara li qed nagħmlulhom lil dawn it-tfal, hi enormi." 'Għandna bżonnhom kollha dawn il- konsulenti?' L-MUT kienet ikkritikat lill-Gvern li mhux qed jifhem l-importanza tar-riżorsa umana, u kienet qalet li 'l-edukazzjoni jeħtieġ tkun fuq il- lista ta' prijorità u l-investiment ikun immirat sabiex jasal lill-edukaturi, iktar milli armati ta' konsulenti u uffiċjali.' Dwar dan, il-President tal-MUT qal li f 'mistoqsija parlamentari riċenti intqal kemm hemm konsulenti mqabbda mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, u kemm dawn jitħallsu. "Nemmen li kull Ministeru għandu bżonn ammont ta' konsulenti, imma hemm ammont u ammont. Jien meta nara konsulenti li għandhom xogħol full time banda oħra, u qed jitħallsu iktar minn €100,000 għall-konsulenza tagħhom, hemmhekk nibda nistaqsi, imma hawn x'inhu jiġri? Hawn qed ngħid għaż-żewġ partiti, għax din hi ħaġa li tiġri dejjem." Ikompli jistaqsi, "imma għandna bżonnhom kollha dawn il- konsulenti? Imbagħad meta mmorru nitolbu xi fondi għall-għalliema, dejjem insibu oppożizzjoni, għax se tiswa ħafna. Mela miljuni biex tħallas il-konsulenti, għandek, imma għan-nies li qed jagħmlu x-xogħol m'għandekx?" jinsisti Bonello. Hawnhekk, jipponta lejn każijiet partikolari ta' diretturi jew persuni oħra f 'pożizzjonijiet għolja li l-kuntratt tagħhom ma ġġeddidx, iżda dawn baqgħu jieħdu l-istess salarju, waqt li ma jaqdux l-istess funzjonijiet li kienu jagħmlu qabel. Finalment, iżid jappella, "tiġix titqammel man-nies li qed jagħmlu x-xogħol, għax fir-realtà, fil-klassi dawn in-nies hemm, dawn li qed jaffaċjaw lill-istudenti u l-ġenituri." David Stellini Ritratt: James Bianchi Il-President tal-MUT, Kevin Bonello