Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Id-Deputat Laburista Silvio Schembri, kien wieħed mill-ewwel li ta reazzjoni għall- istqarrija tal-Prim Ministru Muscat dwar is- suq tal-kirjiet privati u dwar il-possibbiltà li jiġu regolarizzati l-affarijiet jekk ma tinstabx soluzzjoni. Mistoqsi mill-ILLUM dwar il-proposta ta' Cacopardo, Schembri sostna li din hija waħda diskutibbli imma mhux effettiva. "Naturalment," qal Schembri, "din tista' tiġi diskussa biex wieħed jipprova jieħu l-benefiċċju ambjentali minnha, biex ma jitlax bini għal fini ta' spekulazzjoni." Schembri jemmen li taxxa fuq il-proprjetà magħluqa mhux soluzzjoni effettiva, għax bil-prezzijiet tal-kirjiet kif inhuma bħalissa, fejn sempliċiment kamra biss tinkera għal €400 fix-xahar, huwa ma jimmaġinax kif sid ta' proprjetà se jħalliha vojta. Schembri żied jgħid li jemmen li ħafna mill-proprjetà li qed isemmi Cacopardo, jew ma tistax toħroġ fis-suq minħabba l-istat li qiegħda fiha jew hija mwaħħla bi problemi ta' wirt. Huwa ma jaħsibx li ċ-ċifra ta' madwar 60,000 proprjetà vojta, li tista' toħroġ fis-suq hija reali. Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum jissolvewx b'taxxi fuq il-Maltin... Il-problema ma tissolviex billi jiġu ntaxxati l-proprjetajiet vojta Il-proposta ta' Cacopardo hija diskutibbli imma mhux effettiva Johanna Axisa McRae, attivista voċifera favur id-drittijiet ta' min jikri u dwar il- bżonn ta' leġiżlatura dwar il-kirjiet, temmen li filwaqt li hu tajjeb li ma jkunx hawn proprjetà vojta, il-proposta biex dik li titħalla vojta għal ħames snin jew aktar għandha tkun intaxxata, mhux is-soluzzjoni għas- sitwazzjoni tal-kiri f 'Malta, li hija ddeskriviet bħala "problema kumplessa li diffiċli tissolva." McRae temmen li s-sussidji offruti mill- gvern għall-każi soċjali bilkemm jibdew biex tissolva l-problema, għax taffetwa faxex differenti, mhux dawk bi qligħ baxx biss. McRae qalet li ż-żewġ partiti iridu jifhmu li l-problema hija ħafna ikbar biex tissolva b'sussidju żgħir lil faxxa waħda tas-soċjetà, jew billi jiġu ntaxxati l-propretajiet vojta. "Gvern responsabbli u progressiv irid jagħmilha ċara li filwaqt li d-drittijiet ta' min jikri jkunu rispettati, l-istess irid ikun għad- drittijiet umani fil-bżonn li ħaddiem ikun jista' jħallas għal post fejn jgħix." McRae sostniet li jekk mhux se jiżdiedu l-pagi, irid isir xi forma ta' 'capping' u kontroll fuq il-prezzijiet tal-kirjiet li tirrifletti l-paga medja tal-maġġoranza tal-ħaddiema, u mhux ta' minoranza li jifilħu jħallsu. "Il-pajjiż għandu bżonn riforma totali tal-liġijiet tal-kiri. Biex jiġu salvagwardjati l-interessi ta' dawk li jikru," temmet tgħid Joanna McRae. Johanna Axisa McRae - Attivista favur id-drittijiet ta' min jikri Intant, meta mistoqsi għall- opinjoni tiegħu dwar din il- proposta, il-Partit Nazzjonalista wieġeb li ma jaqbilx li tidħol taxxa fuq il-proprjetà vojta. Kelliem għall-Partit qal li, "din hija proposta li diġà kien semma Joseph Muscat xi żmien ilu u l-Partit Nazzjonalista digà għamilha ċara li ma jaqbilx magħha." Silvio Schembri – Deputat Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017