Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 10 Minn Pariġi għal Dublin: Soluzzjonijiet ALBERT GAUCI CUNNINGHAM jagħti ħarsa lejn l-għażliet li għandu quddiemu Joseph Muscat fil- qasam tal-kiri...x'ħadem barra minn pajjiżna u x'falla? Il-kontrolli veru jraħħsu l-kirjiet? Malta kif inhi differenti minn pajjiżi oħrajn? ILKWISTJONI tal-kirjiet privati ilha tiela' fuq nett tal-aġenda politika għal dawn l-aħħar tmien xhur. Fil-fatt, illum jimmarka t-tmien xahar eżatt minn meta ħarġet l-ewwel storja fir-rigward tal-kwistjoni tal- kera fuq din il-gazzetta (29 ta' Mejju 2016). Il-proposti ta' bint l-eks Prim Ministru Laburista, Yana Mintoff u tal- Forum Komunità Bormliża għal kontrolli fuq kemm kirjiet privati jistgħu jogħlew, intlaqgħu b'ħafna xettiċiżmu u dubji. Jekk xejn iżda, qajmu diskussjoni sħiħa fil-pajjiż li kompliet tikkarga nhar l-Erbgħa hekk kif f 'żewġ postijiet differenti, iż-żewġ mexxejja politiċi ta' pajjiżna, tkellmu u taw importanza lill- kwistjoni tal-kirjiet għoljin. Iżda x'wassal għal din iż-żieda? U din kwistjoni ta' Malta biss? Jew ta' pajjiżi differenti? Kif solvew jew ippruvaw isolvu din l-isfida pajjiżi oħrajn? L-ILLUM tagħti ħarsa ħafifa lejn l-istorja wara s-suq tal-kera f 'diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri li ttieħdu. Tagħti ħarsa wkoll lejn is-suċċess jew in-nuqqas tiegħu, fil-miżuri li ttieħdu, ġeneralment minħabba pressjonijiet politiċi kbar. Kirjiet għoljin: Mhux storja ta' Malta biss Kirjiet għoljin, li ma jlaħħqux magħhom nies bi dħul baxx mhix storja ta' Malta. Fi Franza, per eżempju, fl-2011 il-Gvern biddel il-mekkaniżu tar-Rent Reference Index bil-konsegwenza li l-kirjiet splodew. Dan l-indiċi kien jippermetti li l-kera privata togħla skont l-indiċi tal-għoli tal-ħajja. Minflok b'intervent dirett tal-Gvern, dan l-indiċi issa kellu jibda jirrifletti wkoll l-ispiża tal-kostruzzjoni u l-ispiża tal-manutenzjoni u titjib fil-proprjetà. Dan wassal biex kien hemm żieda kbira ħafna fil-kirjiet fi bliet Franċiżi. Il-każ ta' Malta, huwa differenti. Hawnhekk ma kellna l-ebda deċiżjoni ta' Gvern, imma suq li rreaġixxa għar-realtajiet tad-domanda u disponibbiltà (demand and supply) li kibret sew f 'dawn l-aħħar tliet snin. Sa ċertu punt, Muscat kellu raġun din il-ġimgħa meta qal li biex ikollna kirjiet baxxi rridu nsiru post mitluq, f 'dipressjoni ekonomika u li m'hemmx domanda għalih. Naturalment, min qiegħed imsallab b'xi kirja m'għola s-sema ma tantx ċapċaplu, imma dik hija r-realtà tas-suq li qed noperaw fih. Il-każ ta' Malta jista' jkun uniku wkoll S'hemmhekk kollox sew, mhux kwistjoni ta' Malta biss. Imma fil-fatt, Malta hija xi ftit jew wisq unika minħabba d-daqs tagħha. Persuna li tgħix f 'żona 3 ta' Londra, belt li fiha l-kirjiet huma eżorbitanti, trid tħallas mad-€900 biex tikri parti minn dar, ġeneralment kamra. Din id-dar f 'ħafna każi tkun maqsuma bejn erba' persuni u l-ispiża kwotata hawn fuq, ma tinkludix dawk imposti mill- Gvern/Kunsill. Issa l-paga medja f 'Londra, skont ċifri maħruġin mill- Greater London Authority fl- 2015 hija ta' madwar €61,000 għal kull residenza, jiġifieri jekk qed nassumu li din iċ-ċifra tinqasam bejn żewġ adulti li jaħdmu, qed inħarsu lejn dħul medju ta' €30,000 kull persuna. Skont ċifri mill-kumpanija HomeLet, liema ċifri intużaw mill-media Ingliża bħal The Guardian biex tingħata stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni, il- medja tal-kirja privata kienet laħqet l-€1,800 fix-xahar sa' Mejju 2016, fiż-żoni ta' ġewwa tal-belt. Fin-naħiet ta' barra (lil hinn minn żona 4) il-kirja medja fix-xahar laħqet id- €900. Issa min ma jiflaħx għal kirjiet ta' Londra, jista' jipprova jfittex xogħol f 'belt oħra, ngħidu aħna Manchester jew Birmingham. Il-paga tkun inqas naturalment, imma anke l-kirja. B'hekk iż-żewġ affarijiet jibqgħu xi ftit jew wisq relattivi ma' xulxin. F'Malta din il-flessibbiltà għal min jaqla' paga medja/medja- baxxa jew baxxa ma teżistix, għax pajjiżna belt-gżira u s-suq tal-proprjetà, minkejja li jvarja, m'għandux il-varjanzi enormi li kapaċi ssib barra minn pajjiżna bejn belt u oħra jew żona u oħra. Ripple effect Il-flessibilità tal-kerrej f 'pajjiżna naqset għax qed jinħoloq effett li qed jolqot lil ħafna lokalitajiet. Per eżempju, Wied il-Għajn esperjenza qabża kbira fil-valur tal-kirjiet, kemm ilu li tħabbar il-proġett tal-Università Amerikana fiż- Żonqor. Qed nitkellmu dwar żidiet li jaqbżu l-100%. Dan qed jaffetwa l-prezzijiet f 'Marsaxlokk u anke Birżebbuġa, biex bil-mod qed jinħoloq dak li diġà ġara fil-lokalitajiet ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Ibraġġ, San Ġwann, Għargħur, Naxxar u Mosta. Hawnhekk, kellek ripple effect ta' kirjiet li qed jiżdiedu u li qed jaffetwaw l-irħula viċin. Sakemm jasal f 'punt jew lokalitajiet fejn domanda ma teżistix u lanqas stokk. Ġermanja: Kontrolli fuq kemm tiżdied kirja marru żmerċ Fil-Ġermanja miżura biex il-kirjiet ma jogħlewx b'aktar minn 20% minn proprjetà li hija tal-istess kwalità u għal tliet snin mhux neċessarjament ħadmet daqstant. Fil-fatt, ċifri ppubblikati minn Konfer (2014) juru kif f 'Munich, Frankfurt, Hamburg u Heidelberg, il-medja tal-prezz għall-kirjiet qabeż sew dak tal-20% stipulat. Fi Frankfurt, biex nagħtu eżempju, il-prezz kien ta' kważi €11 kull metru kwadru, filwaqt li l-kirjiet medji, skont aġenziji u referenzi dwar proprjetà kienet ta' €6.41. Din hija differenza ta' 70.5%. Sal-2015, il-massimu kien niżel minn 20% għal 10%. Għalfejn ma ħadmitx? Għax minkejja li hemm il-capping ta' 20%, il-kirja f 'suq ħieles xorta tmur għall-valur li persuna jkun lest iħallas għaliha. Skont studju li sar mill- Il-kirjiet...definittivament mhux kwistjoni tal-lum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham