Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Sports 32 minn Cristian Antony Muscat IMWAQQAF fl-1967, matul din is-sena, il-klabb ta' Exiles qed jiċċelebra l-50 anniversarju mit- twaqqif tiegħu. Biex jikkommemoraw dan l-avveniment, il-kumitat ta' Exiles ikkummissjona logo speċjali. Barra minn hekk, il-klabb se jkun qed jorganizza serje ta' attvitajiet soċjali, sportivi u filantropiċi li se jkunu qed jissinjifikaw il-pożizzjoni li Exiles għandhom fil- komunità ta' Tas-Sliema, il-preżenza sportiva tagħhom permezz tal- isport akwatiku waqt li jirrapreżentaw post soċjali sigur għall-familji biex jinteraġixxu flimkien. B'dan f 'moħħu, il-Kumitat għażel żewġ istituzzjonijiet tal-karità biex ikunu benefiċjarji mill-profitti li dawn l-attivitajiet se jkunu qed jiġġeneraw - l-iskola St Patrick's, li hija mmexxija mis-Sależjani ta' Don Bosco kif ukoll is-Sorijiet tal-Ursolini. Dawn iż-żewġ istituzzjonijiet jinsabu f 'qalb il-klabb ta' Exiles, kemm minħabba li jinsabu tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mill-klabb f 'Tas-Sliema kif ukoll minħabba l-irwol tagħhom li jipprovdu kenn u edukazzjoni għal dawk fil-bżonn. Fost l-attivitajiet li Exiles se jkunu qed jorganizzaw matul din is-sena se jkun hemm kampanja ta' Għoti tad-Demm li se tingħata l-isem ta' '50 borża minn 50 donatur', taħdita kulturali fuq Tas-Sliema, esibizzjoni tal- fotografija fuq Tas-Sliema kif kienet fl-antik, lejliet soċjali għall-membri, eks membri u plejers, kif ukoll attivitajiet sportivi li se jkunu qed jinkludu waterpolo, għawm u kayaking. Il-klabb applika wkoll beix jipparteċipa fil- festival tal-arti ta' Tas-Sliema, li jiġi organizzat kull sena b'suċċess kbir mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. Il-kumitat ta' Exiles qed jaħdem qatigħ ukoll biex ibiddel ta' taħt fuq lit-tim tal-waterpolo għall-istaġun li ġej. Wara diskussjonijiet mal-kowċ Dorian Pisani u l-assistent tiegħu Matthew Pisani, ġie milħuq ftehim li jkun hemm bidla fid- direzzjoni hekk kif se jkun hemm taħlita ta' plejers żgħażagħ u dawk ta' esperjenza jilagħbu flimkien. Mill-iskwadra tas-sena li għaddiet, sitt plejers ġew mibdula minn ħamsa ġodda.Dan hekk kif Exiles akkwistaw lil Michele Stellini, Timmy Sullivan, Benji Lanzon, Sean Xerri De Caro u Matthew Castillo, waqt li ċedew lil Kayne Lanzon, Ian Bugeja, David Pace Lupi, Simon Vassallo, Sean Gravina u ħuh Edward Gravina. Il-klabb ta' Exiles se jkun qed jintroduċi wkoll plejers ġodda mill-iskwadra ta' taħt is-17-il sena fit-tim tal-kbar, u għal din ir-raġuni il-parti l-kbira ta' dik l-iskwadra se tkun qed tittrenja mat-tim tal-kbar. Intant, il-kumpanija tal-loġistika, Jetfreight, ikkonfermat l-isponsorship tagħha ma' Exiles għall- istaġun li ġej. Din hi t-tieni sena konsekuttiva li JetFreight se jkunu assoċjati ma' Exiles u r-raba' sena overall. Sena mimlija attivitajiet minn Exiles SC -okkażjoni tat-80 sena anniversarju Il-president ta' Exiles SC, Andrew Paris, jindirizza lil dawk preżenti Il-manutenzjoni fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq fl-aqwa tagħha "ILBŻONN li ssir manutenzjoni fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq ilu jinħass." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, waqt li fil-jiem li għaddew kien qed iżur ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fil- Pixxina Nazzjonali f 'Tal- Qroqq. Huwa, flimkien mal-media preżenti, iddawru mal- faċilità mill-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar u ċ-chairman Luciano Busuttil. Preżenti wkoll wħud mid- diretturi ta' SportMalta u l-President tal-ASA Joe Caruana Curran. Ix-xogħol wasal fit-tielet fażi. L-ewwel fażi kienet tittratta l-aktar xogħol ta' emerġenza, fejn saret manutenzjoni fuq is-South Block. Wara segwiet it- tieni fażi li kienet tinkludi l-bdil tal-heating system, u maintenance tal-boiler, tibdil ta' pompi fil-Plant Room u s-sistema tal-greywater. Saret wkoll sistema ta' arja kundizzjonata aktar effiċjenti fl-uffiċċji, pool covers u sistema ġdida ta' tisħin ta' ilma bir-raġġi tax-xemx. Dan sar sabiex jitnaqqas l-użu tal- fuel. Barra minn hekk inbidlu wkoll il-handrails kollha li jdawru l-pixxina. L-aħħar fażi kienet dik li għaddejja bħalissa li tinkludi l-manutenzjoni taż-żewġ pixxini flimkien mal-bdil tal-madum tad-deck. F'din il- fażi l-pixxina kellha tingħalaq inkella l-proċess kien jitwal. Il-ftehim anke mal-ASA kien li l-waqfa kellha tkun waħda mill-inqas. Waqt l-andament tax- xogħol il-pariri kienu li l-pixxina ma titbattalx. Madanakollu meta din ġiet imbattla, kien magħruf li kien hemm ħsara estensiva fil-qiegħ u allura ż-żmien ser ikollu jiġi estiż bi ftit. F'din it-tielet fażi minbarra l-manutenzjoni tal-pixxina, saret wkoll sistema ġdida ta' dawl. Saret manutenzjoni fl-uffiċċji u ser isir ukoll branding ġdid. Filwaqt li twaħħlu wkoll starting blocks ġodda. SportMalta rat li l-inkonvenjent fuq il-klabbs u dawk li jużaw il-pixxina għat- taħriġ ikun wieħed minimu. Kien għalhekk li ntlaħaq kompromess mal-klabbs li jibqgħu jħallsu l-istess rata li kienu jħallsu biex jużaw il-pixxina nazzjonali però sakemm din tkun magħluqa dawn jitħarrġu fil-pixxina ta' Neptunes. Dan sar wara ftehim li jintlaħaq mal-istess klabb fejn SportMalta qed tħallas l-ispejjeż kollha li Neptunes għandhom sabiex isaħħnu l-pixxina fiż-żmien li l-klabbs l-oħra qed jutiliżżaw il-faċilità tagħhom. L-Onorevoli Chris Agius, Luciano Busuttil u Mark Cutajar isegwu mill-viċin il-manutenzjoni li qed issir l-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq Ritratt : DOI - Omar Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017