Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Parti mill-kumpens tal-Gvern se jmur għal investiment ġdid mill-kumpanija ...il-fabbrika l-ġdida mistennija tkun rilokata f 'Ħal Far Tkompli minn paġna 1 Mal- ILLUM, il-kelliema spjegat kif fid-diskussjonijiet, li qed isiru permezz tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks, diġà ntlaħaq qbil bejn il-partijiet fuq il-prinċipji l-iktar importanti. "Apparti li l-kumpanija Stainless Steel Products se tkompli bil-produzzjoni tagħha ta' sinks, gradwalment se tibda tipproduċi wkoll prodotti oħrajn hekk kif se tinvesti f 'makkinarju ġdid u tkompli tħarreġ l-impjegati tagħha." Intant, l-ILLUM staqsiet ukoll jekk il-kumpens li l-Gvern se jkollu jagħti lill- kumpanija biex din tkun tista' tiġi rilokata għadux qed ikun ta' diffikultà biex jingħalqu n-negozjati. Minkejja li l-kelliema tal-Ministeru la kkonfermat u lanqas ċaħdet dan, hija qalet biss li parti mill-kumpens li se jingħata lil din il-kumpanija se jinkludi inċentivi finanzjarji "għal investiment ġdid." Il-fabbrika mistennija tkun rilokata lejn Ħal Far, minflok il-Marsa, fejn minflokha se jkun hemm żona pedonali. L-ILLUM ikkuntattjat ukoll lill-General Workers Union (GWU) li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema f 'din il-fabbrika. Ma' din il-gazzetta, il-union qalet li mhux qed tipparteċipa fid-diskussjonijiet minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva tagħhom, għalkemm qalet ukoll li l-Gvern mistenni jinformaha dwar il-ftehim li se jintlaħaq. Il-fabbrika 'Stainless Steel' kienet reġistrata f 'pajjiżna fl-1970 u tipproduċi 500,000 sink kull sena b'ħafna jmorru lejn is-suq Ingliż. Intant, aktar kmieni din il-ġimgħa kien imħabbar li l-proġett tal-Junction tal- Marsa se jkun qed jibda aktar tard din is-sena, wara li titlesta l-Junction tal-Kappara. Fil-fatt, din il-ġimgħa l-Awtorità tal- Ippjanar approvat dan il-proġett, li se jkun lest fi żmien sentejn u nofs u li €39 miljun mill-ispiża se jkunu qed jiġu minn fondi Ewropej. Il-proġett se jkun maqsum fi tliet żoni pedonali, passaġġ taħt l-art u 'Park and Ride' bi spazju għal 290 karozza. Il-proġett tal-Junction tal-Marsa li mistenni jibda din is-sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017