Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum POSTS OF HIGHER CLERICAL OFFICERS AT THE OFFICE OF THE ATTORNEY GENERAL The Office of the Attorney General Agency is receiving applications for posts in the grade of Higher Clerical Officers. The selected candidates will be employed for a fixed term on a full-time basis and will be required to work for a minimum of forty hours per week. Applicants must be in possession of a recognized qualification at MQF level 5 with minimum of 60 ECTS/ECVETS in Legal Studies, Public Administration, Management, Human Resources or a related area, or an appropriate, recognised, comparable qualification. Letters of application, including a detailed CV, should be submitted and addressed to: The Administration (JobsPlus Permit 43/2017) Office of the Attorney General, The Palace, Valletta or Email: ag@gov.mt by not later than Thursday, 9th February 2017 noon. 'Fl-Amerika jidħlu biss dawk li lesti jagħtu appoġġ lill-pajjiż u jħobbu l-poplu Amerikan' Donald Trump iwaqqaf lis-Sirjani u immigranti minn sitt pajjiżi oħra milli jidħlu fl-Istati Uniti Minn Ruben Anthony Xuereb ILPRESIDENT tal-Istati Uniti, Donald Trump temm l-ewwel ġimgħa tiegħu fil- kariġa, b'deċiżjoni li jabolixxi d-dħul ta' refuġjati Sirjani fl-Istati Uniti. Huwa waqqaf ukoll il-ħruġ ta' viżas għal ċittadini minn sitt pajjiżi predominantement Musulmani oħra, fosthom l-Iran, l-Iraq, il-Yemen u l-Libja, għal tal-inqas tliet xhur. Trump qal li dawn il-miżuri li qed jittieħdu, se jservu biex iżommu t-terroriżmu Iżlamiku radikali 'l barra mill-Istati Uniti. "Irridu ndaħħlu biss f 'pajjiżna dawk li lesti jagħtu appoġġ lill-pajjiż u jħobbu l-poplu Amerikan," sostna Trump. Bħala ordni eżekuttiva ta' Trump, din kienet parti minn sospensjoni tad-dħul għar- refuġjati kollha għal perjodu ta' erba' xhur. Numru ta' gruppi għad- drittijiet tal-bniedem ikkundannaw din id-deċiżjoni ta' Trump, hekk kif qalu li m'hemm ebda konnessjoni bejn ir-refuġjati Sirjani u t-terroriżmu fl-Amerika. Dwar il-priorità ta' refuġjati persegwitati bħala minorità reliġjuża, Trump qal waqt intervista televiżiva li fil-futur qarib, il-Krisjani se jingħataw priorità fost ir-refuġjati Sirjani li se japplikaw għall- ażil. L-ordni ta' Trump tgħid ukoll li kull programm għall-immigrazzjoni minn issa 'l quddiem irid jinkludi mistoqsijiet li "jevalwaw il- possibilitajiet kif l-applikant jista' jsir kontributur pożittiv għas-soċjetà Amerikana." Fost il-miżuri li ttieħdu minn Trump fir-rigward tal-immigrazzjoni hemm: • Is-sospensjoni tal-Programm Amerikan għad-dħul tar-refuġjati għal 120 ġurnata. • It-twaqqif mid-dħul ta' refuġjati Sirjani sakemm isiru "bidliet sinnifikanti" tas- sitwazzjoni. • Is-sospensjoni ta' 90 ġurnata fuq kull min jasal mill-Iraq, Sirja, Iran, Libja, Somalia, Sudan u Yemen, esklużi dawk li għandhom viżas speċjali diplomatika. • Li fil-futur jinħolqu prioritajiet għall-applikazzjonijiet ta' refuġju, għal dawk li f 'pajjiżhom jinsabu persegwitati bħala minorità reliġjuża. • Li jitwaqqaf limitu totali ta' dħul għal 50,000 refuġjat biss li jistgħu jidħlu l-Amerika fl-2017, inqas minn nofs il-limitu li kien għamel il-President preċedenti, Barack Obama. Donald Trump, jiffirma ordni eżekuttiva kontra l-immigrazzjoni 580 kelb inġabru mit-toroq fl-2016 TUL is-sena li għaddiet, inġabru 580 kelb mit-toroq madwar Malta, mis-sezzjoni tal-Animal Welfare. Din l-informazzjoni ingħatat fil-Parlament mill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Josè Herrera, bħala tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari mressqa lilu mid-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. Galea staqsa lill-Ministru partikolarment dwar xi klieb li hemm jiġru bejn il-bypass ta' San Pawl il- Baħar u l-inħawi tal-Veċċja, u dwar għaliex dawn il-klieb li jew għaliex huma stray, jew inkella għaliex is-sidien tagħhom iddeċidew li jħalluhom għal riħhom, ma nġabrux. Il-Ministru Herrera, minbarra li preżenta ċ-ċifri tal-klieb li nġabru tul l-2016, innota li d-Direttorat ta' Trattament Xieraq tal- Annimal jiġbor biss dawk l-annimali li huma morda jew feruti. Huwa żied jinforma li dawn l-annimali jittieħdu l-Isptar fejn jiġu kkurati. Skont il-proċeduri stabbiliti tad-Direttorat, klieb li huma b'saħħithom ma jinġabrux. B'referenza għall-artiklu intitolat 'Kandidat tal-PN jirreżenja wara li Refalo tah promozzjoni', il-Ministeru għal Għawdex jiċħad rapport li deher fil-gurnal ILLUM fejn ġie rraportat li l-Ministru Anton Refalo ta impjieg jew promozzjoni lill-kandidat tal-PN. L-avukat Joseph Attard hu uffiċjal pubbliku u għalhekk kif għandu d-dritt jagħmel kull uffiċjal pubbliku ieħor, tefa' applikazzjoni għal sejħa li ħarġet, fejn sar il-proċess tal-għażla u ġie magħżul għal din il-kariga. Għalhekk il-Ministru Refalo ma ta l-ebda impjieg jew promozzjoni. Dan il-proċess kien trasparenti u jikkonferma li għal dan il-gvern, kulħadd, skont il-merti tiegħu jew tagħha, jista' jintagħżel għal xi kariga. Dritt ta' risposta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017