Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Sliema W ....................... 1 Mosta ............................ 2 MOSTA rreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom f 'aktar minn erba' xhur hekk kif għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-1. Permezz ta' din ir- rebħa, issa huma għandhom punti ndaqs, daqs Pembroke Athleta u Gzira United. Min-naħa l-oħra għall- Wanderers, dan kien riżultat ferm diżappuntanti hekk kif huma kienu qed jaspiraw li jiksbu t-tliet punti minn din il-partita speċjalment wara r-rebħa tajba ta' 3-1 kontra Floriana ta' nhar il-Ħadd li għadda. Mosta fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta wara li rċieva minn kross ta' Francis Chinatu Onwudinjo mix-xellug, Njongo Priso mill-viċin tefa' l-ballun ġewwa. Seba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, il-goalkeeper ta' Mosta Yenz Cini waqqa' lil Jean Paul Farrugia fil-kaxxa biex b'hekk ir-referi Stefan Pace ordna penalti li minnu l-captain tal- Wanderers Alex Muscat ma żbaljax. Huma kważi għamluhom 2-1 eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima iżda daqqa ta' ras ta' Frank Temile li dehret destinata għal ġewwa ġiet ikklerjata minn fuq il-linja fatali minn Onwudinjo. Mosta ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u sitt minuti mill-ftuħ ta' din it-taqsima huma reġgħu marru fil-vantaġġ grazzi għas-sostitut Zachary Brincat li wara li rċieva l-ballun minn throw-in, avvanza fuq il-lemin, baqa' dieħel fil-kaxxa qabel għeleb lil Glenn Zammit permezz ta' xutt angulat. Ħames minuti fil-ħin miżjud, Mosta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Adrian Caruana wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita bit-tieni waħda jirċeviha wara fawl li wettaq barra l-kaxxa fuq plejer ta' Sliema Wanderers. Sliema W. - Zammit, Temile, Spiteri, Mintoff (Potezica 68'), Xuereb (Aquilina 57'), Pearson, Rocha dos Santos, Calixto Correa Duarte, Scerri, A. Muscat, Farrugia Mosta - Cini, Caruana, Onwudinjo, Toth, Hengbart (Brincat 8')(Frendo 93'), Magro, Frendo, Priso, Oseghale (Gatt 81'), Dos Santos Calcado, Guilhermino Miranda Subs not used: Claudio Carabott, Luke Galea, Jurgen Grech, Karl Bianco. Referi - Stefan Pace minn Cristian Antony Muscat Valletta ...................1 St Andrews ...............1 VALLETTA sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1 minn St Andrews biex b'hekk naqsu milli japprofittaw mill-fatt li Balzan ġew miżmuma wkoll fi draw din id-darba ta' 2-2 minn Tarxien Rainbows. Tajjeb wieħed jirrimarka li dan kien is-sitt riżultat utli pożittiv minn seba' logħbiet għas-Saints, waqt li Valletta naqsu milli jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva. Il-Beltin fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni denja ta' nota li ħolqu fit-32 minuta meta Claudio Pani għadda tajjeb lejn Tomas Radzinevicius li kkontrolla tajjeb, u spara l-ballun fir- rokna tax- xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, St Andrews ħarġu iktar aggressivi fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs u fil- fatt irnexxielhom jagħmlu dan fl-54 minuta meta wara li l-goalkeeper Litwen tal-Beltin Dziugaz Bartkus kellu ħarġa erratika, Ziga Katrevec antiċipa lill-istess goalkeeper u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' l-ballun fix-xibka. Is-Saints komplew jattakkaw fit-58 minuta, Ivan Edgardo Paz kellu tentattiv minn qagħda angulata jiġi milqugħ tajjeb minn Dziugaz Bartkus. Valletta - Bartkus , Caruana , S. Borg, Camilleri (Fenech 90'), Malano, Radzinevicius (Montebello 76'), Pani, Umeh , Aguirre, Muscat, Romao St Andrews - Galea, Pena Beltre , Johnson, Won Che, Kesinovic, Camilleri, Farrugia, Paz (Friggieri 75'), Udoh, Kastrevec (Belacevic 92'), Nwoko (Mckay 88') Referi - Etienne Mangion FRANCIS CHINATU ONWUDINJO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fit-28 t'Awwissu 1992 fin-Niġerja u għandu 24 sena. Ingħaqad ma' Mosta mingħand St Andrews matul is-sajf li għadda. ZIGA KASTREVEC Ġie vvutata bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fil-25 ta' Frar 1994 fis-Slovenja. Ingħaqad ma' St Andrews matul is-sajf li għadda. FA Cup Ir-Raba' Round Is-Sibt 28 ta' Jannar Liverpool vs Wolves 1-2 Blackburn vs Blackpool 2-0 Burnley vs Bristol City 2-0 Chelsea vs Brentford 4-0 Crystal Palace vs Manchester C. 0-3 Lincoln City vs Brighton 3-1 Middlesbrough vs Accrington 1-0 Oxford Utd vs Newcastle U. 3-0 Rochdale vs Huddersfield 0-4 Tottenham H. vs Wycombe 4-3 FIXTURES Il-Ħadd 29 ta' Jannar 29.1.17 Millwall vs Watford 29.1.17 Fulham vs Hull City 29.1.17 Sutton vs Leeds U. 29.1.17 Manchester U. vs Wigan Kampjonat Serie A TIM 12:30 Torino vs Atalanta 15:00 Cagliari vs Bologna 15:00 Crotone vs Empoli 15:00 Fiorentina vs Genoa 15:00 Sampdoria vs Roma 15:00 Sassuolo vs Juventus 15:00 Udinese vs AC Milan 20:45 Napoli vs Palermo Ritratt: Christine Borg Mosta jiksbu l-ewwel rebħa f 'aktar minn erba' xhur Valletta miżmuma fi draw minn St Andrews Tottenham Hotspur jiksbu rebħa drammatika u Liverpool eliminati TOTTENHAM Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane kisbu rebħa tassew drammatika ta' 4-3 kontra Wycombe, bl-erba' gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Son Heung- Min, penalti ta' Janssen, u Dele Alli. Min-naħa l-oħra, it-tliet gowls għal Wycombe waslu minn doppjetta ta' Hayes, bit-tieni gowl tiegħu jasal minn penalti u gowl ta' Thompson fl-84 minuta. Wolves barra minn darhom f 'Anfield ixxukkjaw lil Liverpool meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Stearman u Weimann rispettivament waqt li l-uniku gowl għat- tim minn Anfield wasal minn Divock Origi fis-86 minuta. B'hekk ir-Reds sfaw eliminati fi stadju ferm bikri ta' din il-kompetizzjoni. Manchester City barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Crystal Palace bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Raheem Sterling fit-43 minuta, Leroy Sane fil-71 minuta u Yaya Toure fit-92 minuta. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Brentford bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Willian, Pedro, Branislav Ivanovic u Michy Batshuayi permezz ta' penalti fl-14, fil-21, fid-69 u fil-81 minuta rispettivament. Burnley ġewwa darhom għelbu lil Bristol City bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Sam Vokes fil-45 minuta u minn Defour fit-68 minuta. Middlesbrough ukoll ġewwa darhom għelbu lil Accrington bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Downing fid-69 minuta. Son Heung-min ikkongratulat minn Vincent Janssen wara li skorja l-gowl drammatiku għall-Ispurs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017