Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Sports 30 NHAR il-Ħadd 22 li għadda, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat it-tieni programm bil-karozzi Autocross u muturi Motocross mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017, fejn b'kollox irreġistraw 48 kompetitur għal din l-attività. Fuq trakka mxarrba iktar mis-soltu minħabba l-maltemp li għamel matul il-lejl ta' qabel, għamilha ftit iktar diffiċli biex wieħed jikkontrolla l-karozza. Dan ma kienx l-istess għar-Riders tal-Motocross li kellhom korsa perfetta. Kmieni qabel bdiet l-attività ingħata bidu għall-Warm- up mis-sezzjoni Motocross u Autocross fejn saru wkoll l-ewwel Heats tal-ġurnata bil-Karozzi kif ukoll l-ewwel Heat bil-Muturi Motocross. Iżda waqt l-ewwel Heat ta' Klassi tal-Motocross infetħu biebin is-sema tant li l-korsa intliet bix-xita u dan għamilha ferm diffiċli li jkomplu l-attivitajiet kif kienu ppjanti. Il-Kumitat Eżekuttiv tlaqqa' u evalwa s-sitwazzjoni waqt li kienet għadha nieżla x-xita għall- ammont ta' ħin konsiderevoli, u ddeċieda li għandu jwaqqaf il-Programm milli jitkompla minħabba s-sigurtà tas-sewwieqa. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li l-programm għandu jitkompla llum il-Ħadd 29 ta' Jannar. L-Amministrazzjoni tal- ASMK informat lill-pubbliku li min kien diġà ħallas biex jidħol jara l-attività għandu jżomm u jippreżenta l-biljet ħalli llum ikun jista' jidħol mingħajr ma jerġa' jħallas. Dan qed isir għax il-Kumitat iħoss li huwa ġust li wieħed li ħallas biex jara ġurnata ta' attività ta' sport, liema programm twaqqaf minħabba l-maltemp, ikun jista' jerġa' jidħol bla ħlas fil- programm tal-lum. Apparti li llum se jitkompla il-Programm bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross li beda nhar il- Ħadd li ghadda, is-sezzjoni Trials se tkun qed torganizza it-tieni attività mill- Kampjonat Trials ASMK Pasta Poiatti 2016/2017, liema programm jibda fid- 9am. Wara dan, għall-ħabta ta' nofsinhar se jitkompla l-programm bl-Autocross u l-Motocross. minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, kien hawn f 'Malta l-eks referi internazzjonali tal-FIFA, Pierluigi Collina, meqjus minn bosta bħala l-aqwa referi li qatt ipproduċa l-futbol mondjali. Huwa kien f 'pajjiżna minħabba li ġie mistieden mill- magazine tant popolari fuq livell internazzjonali The Economist għall-Gala Dinner li sar f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan. Intant, saret laqgħa għar- referis fl-istess lukanda fejn Pierluigi Collina, li propju riċentament beda jokkupa l-kariga ta' Kap tal-Kumitat tar-Referees tal-FIFA, ta preżentazzjoni eċċellenti fuq diversi aspetti tar- refereeing fosthom kemm hu importanti li referi jżomm ruħu fit waqt li għandu jipprepara għal kull partita speċjalment mill- aspett psikioloġiku. Barra minn hekk huwa saħaq li ma jistax ikun li referi imur jikkontrolla partita mingħajr ma jistudja aspetti tattiċi tat-timijiet li jkun se jikkontrolla, kif ukoll diversi aspetti tal- logħba tipika tagħhom. Dan hekk kif jekk referi ikun jaf x'inhuma l-karatteristiċi ewlenin ta' plejer partikolari u li jiddistingwuh minn plejers oħrajn, huwa jkun jista' jobsor minn qabel x'se jkun il-moviment ta' dak il-plejer u jkun jista' jinnota fawl mal-ewwel. Huwa semma wkoll li referi waħdu ma jistax jagħmel il-mirakli, iżda huwa importanti li miegħu ikollu tim ta' assistenti li jgħinuh jikseb l-aqwa riżultati possibbli. Huwa enfasizza li kien propju dan il-fatt li r-referi Ingliż, Mark Clattenburg meqjus minn ħafna bħala l-aqwa referi fid-dinja fil-preżent irrefja l-finali tal-Euro 2016 - mhux bilfors għax kien l-aqwa referi tul dan it-tournament iżda għax waqt din il-finali kellu jgħinuh l-aqwa assistenti ta' dan it-tournament. Huwa qal kif huwa fundamentali li tim ta' referis ma jaqbadx u jmur jikkontrolla logħba, iżda flimkien l-istess tim għandu jiltaqa' minn jiem qabel biex jiddiskutu flimkien aspetti kruċjali tal- logħba partikolari li jkun se jikkontrolla. Meta mistoqsi mir- referis preżenti liema jibqa' jiftakar bħala l-aktar logħba memorabbli tul il- karriera tiegħu, ħafna kienu dawk li ħasbu li kien se jsemmi xi finali tal-UEFA Champions League jew tat-Tazza tad-Dinja, iżda huwa sorprendentament qal li jibqa' jiftakar b'mod partikolari logħbiet ta' meta kellu 17 jew 18-il sena, għax kienu propju dawn il-logħbet li tawh il-kuraġġ biex ikompli fid-dinja tar- refereeing għall-perjodu twil ta' żmien. Intant, tkellem ukoll il-Kap tar-Referees, Kevin Azzopardi, li qal li kien ta' unur kbir għar- referis Maltin li persuna tal-istatura mondjali ta' Pierluigi Collina sab il-ħin biex jiltaqa' mar-referis Maltin u jiddiskuti diversi temi interessanti magħhom. Pierluigi Collina f 'laqgħa interessanti mar-referis Maltin Kevin Azzopardi jippreżenta memento lil Pierluigi Collina Illum jitkomplew l-Autocross, il-Motocross u t-Trials mill-ASMK Clayton Camilleri fuq mutur KTM Ritratt: Mario Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017