Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Opinjoni 17 Ħ afna pajjiżi, kemm Ewropej u kemm barra l-Ewropa, għandhom liġijiet li jaħsbu għall- possibbiltà li ċ-ċittadinanza tingħata lil persuni li jkunu jimmeritawha u li jkunu taw jew li jkunu f 'qagħda li jagħtu kontribut sostanzjali lill-pajjiż partikolari permezz tal-ispeċjalizazzjoni jew tal- kapaċità esperta tagħhom f ' ċerti oqsma li jkunu speċifikati. L-isem u r-reputazzjoni ta' dawn l-individwi jżidu l-prestiġju tal-pajjiż meta dawn jakkwistaw iċ-ċittadinanza u jqiegħdu lill-pajjiż partikolari f 'qagħda aħjar biex jagħmel użu iżjed u aħjar tat-talenti, tal-ispeċjalizzazzjoni u tal- kapaċità esperta tagħhom. Ilbieraħ, sieħbi Chris Agius u jien nedejna proposta għall- konsultazzjoni li sejjaħnielha, 'Inizjattiva ta' Ċittadinanza għall-Mertu'. Bis-saħħa tagħha qed nipproponu illi, bħalma diġà jagħmlu numru ta' pajjiżi, ikun possibbli li ċ-ċittadinanza Maltija tingħata lil individwi li jkunu taw servizz eċċezzjonali lil Malta jew lill-umanità jew li n-naturalizazzjoni tagħhom tkun ta' interess eċċezzjonali għal Malta. Is-setturi L-intenzjoni hi li jkunu koperti ħames setturi li huma ta' intress partikolari għal Malta u ċoè x-xjenza, r-riċerka, l-isport, l-arti u l-kultura. Konvint li hemm ġid tremend x'joħroġ minn din il- proposta, mhux l-inqas għaliex it-talent lokali ta' pajjiżna jkun jista' jiddakkar, jittejjeb u jissaħħaħ bl-esperjenza, it-tagħlim u l-isfond ta' dawn in-nies b'talent straordinarju. Għoti ta' servizz fil-passat jew fil-futur L-iskema hija ntiża biex tindirizza l-għoti ta' servizz kemm jekk ikun diġà sar kif ukoll jekk ikun se jsir fil-futur u li tipprovdi l-possibbiltà ta' għoti taċ-ċittadinanza kemm lil dawk l-individwi li jkunu diġà taw servizzi eċċezzjonali lil Malta jew lill-umanità kif ukoll lil dawk il-persuni li n-naturalizzazzjoni tagħhom tkun ta' interess eċċezzjonali għal Malta u fejn l-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija da parti tagħhom tkun mistennija li għandha ssarraf f 'benefiċċju sostanzjali għal pajjiżna. Mekkaniżmi ta' Protezzjoni Madankollu, l-iskema fiha nnifisha tinkludi ċerti mekkaniżmi protettivi biex jiżguraw li jkunu biss dawk li verament jimmeritahom li jikkwalifikaw biex jingħataw iċ-ċittadinanza taħt l-iskema. L-ewwel nett, l-individwu jrid ikollu konnessjoni ġenwina ma' Malta qabel ma jkun jista' japplika, u dan jinħtieġ li l-applikant jagħti prova li kellu status residenzjali f 'Malta għal perjodu ta' mill-inqas tnax-il xahar qabel ma tkun saret l-applikazzjoni u li jagħti prova illi jkollu titolu għal proprjetà residenzjali, mikrija jew mixtrija f 'Malta. L-applikant irid ukoll jagħti prova tas-servizzi eċċezzjonali li huwa jkun irrenda lil Malta jew lill-umanità u l-applikazzjoni tkun tinħtieġ li tkun approvata minn korp kompetenti li jkun mogħti s-setgħa li japprova dawk l-applikazzjonijiet. L-identità ta' dak il-korp kompetenti tvarja skont il- qasam ta' attività tal-individwu u dak il-korp kompetenti jkun l-Università tà' Malta jew il- Kunsill Malti Għax-Xjenza u t-Teknoloġija fil-każ ta' xjenza u riċerka, il-Kunsill Malti tal-Arti jew is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fil-każ tal-kultura u l-Arti u l-Għaqdiet Nazzjonali tal- Isports li huma reġistrati ma' Sport Malta fil-każ tal-isport. Apparti minn hekk, Identity Malta se tkun obbligata li twettaq proċess ta' verifika ta' 'four tier due diligence' li għandu jsir minn aġenzija internazzjonali waħda jew aktar li tkun rikonoxxuta u speċjalizzata fid-'due diligence' u li tkun approvata minn Identity Malta, dwar kull applikant. Kull applikazzjoni għandha tkun evalwata ukoll minn Bord ta' Evalwazzjoni li jkun obbligat li jħejji opinjoni bir-raġunijiet dwar kull applikazzjoni liema opinjoni tkun imbagħad riferita lill- Ministru responsabbli miċ- ċittadinanza. Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Evalwazzjoni tkun tikkonsisti minn Chairperson li jkun appuntat mill-Ministru u li jkun ipprattika ta' Avukat għal mill-inqas seba' snin u minn żewġ membri li jintagħżlu mill-imsemmi Chairperson minn fost il-membri ta' tliet panels li jkunu jinkludu persuni li jifhmu fl-isport, fil-kultura u l-arti u fix-xjenza u r-riċerka rispettivament. Din il-kompożizzjoni hja ntiża biex tassikura li l-imsemmi Bord ikollu t-tagħrif u l-kompetenza neċessarja biex jeżamina applikazzjonijiet mis-setturi rispettivi. Bħala mekkaniżmu addizzjonali ta' protezzjoni kontra l-abbużi, l-iskema għandha tirriżerva d-dritt lill-Ministru li jċaħħad persuna miċ-ċittadinanza jekk il-persuna partikolari ssir theddida għas-sigurtà' nazzjonali, tkun involuta f ' imġiba li tkun ta' preġudizzju għall-interessi vitali ta' Malta jew, fil-każ ta' individwi li l-għoti lilhom taċ-ċittadinanza tkun ibbażata fuq l-interess eċċezzjonali ta' Malta jekk dawk l-individwi jonqsu milli jużaw il-ħiliet tagħhom għall- benefiċċju ta' Malta. Il-Ministru jkun ukoll obbligat li kull sena jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern l-ismijiet ta' dawk il-persuni kollha li matul it- tnax-il xahar ta' qabel ikunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni jew naturalizzazzjoni, inklużi dawk li jkunu ngħataw iċ- ċittadinanza Maltija għal servizzi eċċezzjonali. Inħeġġeġ lill-poplu jipparteċipa f 'dan il-proċess ta' konsultazzjoni dwar din il- proposta eċitanti li se tagħmel differenza għall-oqsma tal- arti, kultura, xjenza, riċerka u sport. Id-dokument jista' jitniżżel minn fuq is-sit www.justice. gov.mt Kunsill tal-Ministri tal- Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Kienet opportunità sabiħa ferm li nospitaw lill-Ministri tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissarju għall-Ġustizzja Vera Jurova, rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u ta' assoċjazzjonijiet ewlenin f 'pajjiżna. Issa ili kważi erba' snin inservi f 'dan il-Kunsill, (minn żmien il-Presidenza Irlandiża) u ksibt esperjenza mhux ħażin ta' kif taħdem din l-istituzzjoni u prattikament il-Ministri sħabi fil-Kunsill, kollha saru membri warajja bl-eċċezzjoni tal-Ministru Ċiprijott. Naf għalhekk il- Ministri kollha b'mod pjuttost tajjeb u għandna affjatament eċċellenti. F'pajjiżna sar progress kruċjali fuq oqsma importanti għaċ-ċittadini Ewropej. Se nkomplu naħdmu biex nagħtu r-riżultati. Grazzi minn qalbi lil kull min ħadem biex dan il-Kunsill fil-Belt Valletta jkun suċċess. OWEN BONNICI "L-individwu jrid ikollu konnessjoni ġenwina ma' Malta u jrid jagħti prova li kellu status residenzjali f 'Malta għal perjodu ta' mill- inqas tnax-il xahar qabel ma tkun saret l-applikazzjoni u jagħti prova li jkollu titolu għal proprjetà f 'Malta" Proposta eċitanti għall-oqsma tal-kultura u arti, xjenza u riċerka u sport L-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija da parti tagħhom tkun mistennija tissarraf f 'benefiċċju sostanzjali għal pajjiżna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017