Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 Opinjoni 20 Aktar dwar il-Presidenza ta' Malta M a setax jonqos li l-istampa barranija miġbura fi Strasburgu ma tqanqalx il-każ tal- Panama Papers fil-konfront ta' Malta, issa b'mod partikolari li pajjiżna għandu l-presidenza tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Malti sab ruħu f 'rokna jiddefendi l-indifensibbli. Min-naħa l-oħra, konfrontat mill- media, il-president il-ġdid tal-Unjoni Ewropea Antonio Tajani (PPE) li ħa post Martin Shultz kien diplomatiku (u intelliġenti) ħafna. Mistoqsi dwar il-każ ta' Malta, Tajani wera li ma riedx jidħol f 'kontroversja: "Jien ġejt elett biex inkun indipendenti u ma rridx ngħaddi ġudizzji dwar pajjiż jew ieħor." Sadanittant, minn sondaġġi li qed isiru jidher li ftit huma dawk il- Maltin, minn studenti universitarji sa nies komuni fit-triq, li qed jifhmu preċiż x'timplika l-presidenza ta' Malta fis-sitt xhur li ġejjin. Il-prijoritajiet ta' Malta huma l-immigrazzjoni, is-suq komuni, is-settur marittimu u l-kwistjoni Brexit. Fil-fatt, wara Malta, suppost li l-presidenza tal-UE tgħaddi għand ir-Renju Unit, imma dan il-pass issa ġie abolit. Minflok, wara Malta, il-presidenza se tgħaddi għand l-Estonja. Żgur li ċ-ċittadini Maltin jeħtieġu aktar informazzjoni dwar xi jkun qed jiġri. Iċ-ċerimonji, il-bnadar u l-parati mhux biżżejjed. Fuq kollox irid jingħalaq il-pont bejn dawk ta' fuq u dawk ta' taħt. Inkella s-slogans dwar l-inklużjoni u s-solidarjetà ma jkunu jiswew xejn. L-Iskandlu ta' Suha Arafat Għaxar snin ilu, l-armla tal-mexxej Palestinjan Yasser Arafat tal-PLO kien irrappurtat li ħarġet mit-Tuneżija miljuni kbar ta' dollari f 'każ li implika anki lil Malta. Kien irrappurtat li l-armla ta' Arafat ġiet "biex toqgħod għat-tul" f 'Malta. Il-każ jaffronta r-rwol tan-nisa Palestinjani fil-ġlieda tagħhom biex jiksbu lura t-territorji li nsterqulhom mill-qawwiet Iżraeljani. Ħafna minn dawk in-nisa sofrew tbatijiet kbar fil-ħabsijiet tal-opressuri li okkupaw l-artijiet Palestinjani. Fost it-torturi kien hemm ix-xokkijiet elettriċi, priġunerija f 'iżolament, swat u deflorazzjoni brutali. F'Ġerusalemm, in-nisa Palestinjani kienu msawtin bla ħniena u mheddin bi vjolenza karnali. Kienu spissi l-każi fejn in-nisa spiċċaw b'xagħarhom miġbud sal-basla u ttorturati fil-partijiet ġenitali tagħhom. Sofrew minn anemija, rewmatiżmi, ulċeri, telfien tal-vista u telf tas-snien. Sadanittant, l-armla tal-mexxej tal- PLO spiċċat multimiljunarja. L-unika konsegwenza għal Suha Arafat kienet li l-awtoritajiet Tuneżini ħadulha ċ-ċittadinanza ta' pajjiżhom. Hu stmat li Suha Arafat wirtet mingħand żewġha Yasser mal-40 miljun dollaru. Jingħad li dak li kienet tonfoq kull xahar kien jitma' 5,000 refuġjat Palestinjan fl- inħawi bħall-Istrixxa ta' Gaża. One TV: It-Tipjip u t-Tfal Fuq One TV, Clare Agius Ordway tippreżenta l-programm Dak li Jgħodd, maħsub espliċitament għall-ġenituri. F'dawn l-aħħar ġimgħat, Agius Ordway bdiet tistieden uffiċjali mid- Dipartiment tas-Saħħa biex jitkellmu dwar il-ħsara tat-tipjip quddiem it-tfal. Hemm kampanja sħiħa għaddejja mal- pajjiż, l-aktar kontra t-tipjip fil-karozzi. Iddaħlu multi qawwija għal min jinqabad jikser dawn il-liġijiet. Il- kampanja qed tibgħat messaġġ qawwi, l-aktar lil dawk in-nisa li qed jistennew tarbija. 20% tal-Maltin għandhom il-vizzju tat-tipjip. Li jfisser li 80% qed jibilgħu d-duħħan tas-sigaretti b'mod passiv. L-agħar li qed imorru huma t-trabi fil-ġuf. Dak li jgħodd hu magażin versatili u organiku li jkopri l-ikel apposta għat- trabi u t-tfal, nisa li jagħżlu li jwelldu d-dar u anki tagħrif dwar inizjattivi ta' karità. Il-programm għadu kif ġabar €15,000 għas-sorijiet tal-Ursolini. Net News Waħda mill-ewwel edizzjonijiet tal-programm ġdid Net News stieden lil Manwel Micallef jitkellem dwar il-presidenza ta' Malta tal-Unjoni Ewopea (Jannar-Ġunju 2017). Fakkar li Malta mhux biss għandha vuċi, imma trid timmaniġġja programm b'aġenda diffiċli, fosthom Brexit, elezzjonijiet Ewropej u l-problema tal-immigrazzjoni li qed tkompli tisfida lill-Ewropa. Fuq kollox, Micallef tkellem dwar l-importanza tal-qrubija tal-UE maċ- ċittadini, speċjalment fil-kuntest taż- żgħażagħ. Id-Dritt tal-Appell Rebħet il-loġika fil-każ li diversi NGOs ressqu biex il-MEPA ma jkollhiex dritt timblokka l-appell fejn jidħlu proġetti mhux sostenibbli għal ambjenti partikolari (eż. San Ġiljan) u għall-pajjiż in ġenerali. L-NGOs għamlu studji intensivi dwar il-proposta ta' Townsquare, torrijiet li magħhom hemm marbutin problemi serji bħall-ipparkjar, id-drenaġġ u nuqqas ta' dawl naturali li jista' jwassal għad-dipressjoni. Rebħet il-loġika: l-appell hu dritt inaljenabbli taċ-ċittadini, speċjalment fejn tidħol is-saħħa fiżika jew mentali. Apparti dan, Malta se tkomplli tinbidel f 'mases ta' azzar u konkrit. In-nifs ambjentali dejjem isir aktar ażmatiku. Sigurtà fil-grawnds Dan l-aħħar, żagħżugħa li tilgħab il-futbol ma' Birkirkara kellha tagħmel tmien punti f 'wiċċha, minn moħħha sa mneħirha f 'inċident waqt logħba tal- League tal-Kbar. Inħoloq kjass għax fuq il-post ma kienx hemm ambulanza. It-tfajla dehret titkellem f 'Net News (Net TV). Ma deherx li kien każ ta' ambulanza u fil-grawnd kien hemm paramediċi biżżejjed biex jieħdu ħsieb is- sitwazzjoni. Ingħad ukoll li l-Malta Football Association qed tirsisti biex f 'kull grawnd ikun hemm binja żgħira li sservi ta' klinika armata għall- emerġenzi kollha. Fid-dawl ta' riżorsi limitati (inkluż in-nuqqas ta' tobba) din hi aħbar tajba, jekk tasal li titwettaq. Trump President L-Istati Uniti għandhom president b'ego kbir daqs l-Everest. Hu president ipokrita, jattakka l-Establishment, meta hu essenzjalment parti integrali mill- istess Establishment, għax kieku ma kienx jibni imperu multi-biljunarju. Issa l-Amerika (u d-dinja) jistennew fuq ix-xwiek x'se ġġib magħha din il- presidenza. "Irid jingħalaq il- pont bejn dawk ta' fuq u dawk ta' taħt inkella s-slogans dwar l-inklużjoni u s-solidarjetà ma jkunu jiswew xejn" MARIO AZZOPARDI Malta bil-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Jannar-Ġunju 2017).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017