Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070
Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratt: Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Pembroke A................ 1 Hamrun S ................... 0 WARA t-telfa umiljanti ta' 7-1 kontra Tarxien Rainbows nhar il-Ħadd li għadda, Pembroke Athleta rritornaw għar-rebħ meta ħasdu lil Ħamrun Spartans u għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0. Din kienet l-ewwel rebħa fi tmien logħbiet għal Pembroke Athleta li minnhom kienu kisbu biss tliet draws. Min-naħa l-oħra kawża ta' din it-telfa, Ħamrun Spartans tilfu ċans tad-deheb li jkomplu jikkonsolidaw posthom f 'nofs il-klassifika. Il-kowċ ta' Pembroke Athleta Artim Shaqiri wettaq bidla radikali mit- tim li safa umiljat kontra Tarxien Rainbows hekk kif Matthew Calleja Cremona, Miguel Attard, Raphael Alain Kooh Sohna, Asani Djeljilj u Zoran Levnaic ħadu post Argyrs Roppas, Iraklis Roppas, Panagiotis Giannopoulos, Sunday Eboh u Adrian Borg rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-kowċ ta' Hamrun Spartans, Jacques Scerri għażel li jibda b'Manolito Micallef u Massimiliano Giusti minflok Karl Micallef u Saturday Nanapere rispettivament. Pembroke Athleta rnexxielhom jiftħu l-iskor wara biss seba' minuti meta minn freekick ta' Zoran Levnaic, il-ballun wasal għand Daren Falzon li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal- Ispartans, David Cassar. Eżattament, qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Ispartans spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Jorge Mesque Neto, wara li deher jagħti daqqa lill-plejer ta' Pembroke Athleta, Stevan Racic. Fil-ħin miżjud, Pembroke Athleta setgħu rduppjaw l-iskor meta wara li l-goalkeeper David Cassar ħareġ minn postu biex jgħin lil sħabu fl-attakk, f 'kontrattakk veloċi, Darren Falzon ra lill-istess goalkeeper tal-Ispartans jilqa' tajjeb mill-viċin, wara li rritorna f 'postu bejn il- lasti. Pembroke A. - Calleja Cremona, Falzon, Dhrami, Attard, Bugeja, Kooh Sohna, Racic, Djeljilj, Scozzese, Levniac, Jawad (Farrugia 26') Hamrun S. - Cassar, Teixeira Maia (Nanapere 64'), Micallef, Sciberras (Motta dos Santos 46'), L. Grech, J. Grech, Misan, Paiber (Micallef 46'), Giusti, Neto, Dos Anjos Referi - Malcolm Spiteri ZORAN LEVNAIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Jilgħab fl-irwol ta' difensur u huwa blata fid-difiża ta' Pembroke Athleta. Fil-passat lagħab ukoll ma' Hamrun Spartans, Qormi u Hibernians. Pembroke Athleta jaħsdu lil Hamrun Spartans Il-captain ta' Hamrun Spartans Jake Gech jaqbeż plejer ta' Pembroke Athleta