Illum previous editions

illum 29 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/779070

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

ILGRUPP favur il-ħajja, voċiferi kontra l-abort, l-IVF u l-morning-after pill, il-'Gift of Life', qegħdin imexxu ittra fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom sabiex jagħmlu pressjoni fuq il- Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo dwar il- kwistjoni ta' edukazzjoni dwar l-abort waqt lezzjonijiet tal-PSCD fl- iskejjel Il-'Gift of Life' jidher li ġew urtati bit-talba ta' xi gruppi favur id-drittijiet tan- nisa li talbu għal 'dibattitu matur dwar id-drittijiet tar-riproduzzjoni u l-abort' fl-iskejjel. Dan il-punt ġie msaħħaħ aktar wara li ftit taż-żmien ilu, xi ġenituri lmentaw kontra lezzjonijiet tal- PSCD, fl-iskola tal-isports f 'Pembroke, li infurmaw lill-istudenti dwar l-abort, anke permezz ta' filmat, li xi ġenituri oġġezzjonaw għalih għax kien 'wisq grafiku' għall-istudenti. Għaldaqstant huma qegħdin jagħmlu pressjoni fuq il-Ministru Bartolo sabiex huwa "jibqa' jipproteġi d-dritt tal- istudenti Maltin li jibqgħu jiġu mgħallma dwar valuri pożittivi, bbażati fuq fatti korretti u etiċi dwar il-valur tal-ħajja," waqt il-lezzjonijiet tal-PSCD. 'Gift of Life' qegħdin jappellaw lill-Ministru, anke billi jfakkruh li hu stess kien iffirma l-petizzjoni tagħhom favur il-bidu tal-ħajja waqt il-konċepiment, sabiex dawn il-lezzjonijiet, 'li permezz tagħhom ġiet evitata ħafna konfużjoni dwar dan is- suġġett għal ħafna studenti Maltin, ma jitwaqqfux.' Fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom, 'Gift of Life' qegħdin iħeġġu lil dawk kollha li jaqblu magħhom biex ixerrdu l-ittra fuq il-paġna personali tagħhom u jibagħtu kopja ffirmata tagħha lill-Ministru Bartolo biex iwasslu t-talba tagħhom. Il-Ħadd 29 ta' Jannar 2017 | illum 3 Aħbarijiet Jobsplus qed tilqa' Espressjonijiet t'Interess minn kumpaniji jew persuni li għandhom post għall- kiri. Dan il-post irid ikun bejn 200 u 250 metru kwadru u jkun jinsab fil-lokalita' tal-Belt Valletta/ Floriana. Għal iktar informazzjoni, koppja tad-dokument tista' titniżżel mingħajr ħlas mis-sit elettroniku tal- Jobsplus, www.jobsplus.gov.mt, taħt is-sezzjoni 'Resources' – Tenders & Quotations. It-titoli u l-kodiċi kif imsemmija hawn fuq għandhom jinkitbu fuq l-envelop issiġillat. Dawn għandhom ikunu indirizzati lil: Chairman Eżekuttiv Jobsplus Uċju Prinċipali, Ħal Far BBĠ3000, Sottomissjonijiet għandhom ikunu mitfugħa fil-kaxxa tat-tenders fl-Ucju Prinċipali tal-Jobsplus f'Ħal Far mhux aktar tard mill-10:00 ta' filgħodu tal-Ġimgħa 24 ta' Frar 2017. ESPRESSJONIJIET T' INTERESS GĦALLKIRI TA' UFFIĊĊJU Numru ta' Referenza: JP/EMP/EOI/03/17 Pressjoni fuq Evarist Bartolo mill-'Gift of Life' Il-Mexxejja Ewropej kollha għal Malta din il-ġimgħa L-immigrazzjoni u l-proġett Ewropew se jiddominaw l-aġenda tas-Summit Informali li se jitlaqqa' nhar il-Ġimgħa f 'Malta. NHAR il-Ġimgħa se jitlaqqa' s-Summit Informali tal-Mexxejja Ewropej f 'Malta fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, fejn qabel kien jinsab il-Parlament ta' Malta. L-immigrazzjoni u l-proġett Ewropew se jiddominaw l-aġenda tas- Summit Informali Intant, ilbieraħ waranofsinhar waqt laqgħa f 'Lisbona, il-Prim Ministru Joseph Muscat wassal il-ħsibijiet tiegħu dwar l-immigrazzjoni u l-proġett Ewropew iż-żewġ punti waqt is-Summit tal-pajjiżi fin-naħa t'isfel tal-Unjoni Ewropea mmexxi mill- Prim Ministru Portugiż Antonio Costa u li għalih qed jattendu l-President Franciż Francois Hollande, il-President ta' Ċipru Nikos Anastasiades, il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni, il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy u l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras. Dwar l-immigrazzjoni, Muscat qal li l-qafas tad- diskussjoni ta' nhar il- Ġimgħa li se ssir f 'Malta, huwa pass ambizzjuż 'il quddiem, għalkemm mhux biżejjed, li fuqu hemm qbil fil-prinċipju bejn il-Pajjiżi Membri. Il-Prim Ministru qal li Malta tilqa' l-progress li qed tipprova tasal għalih il-Kummissjoni Ewropea bil-proposti tagħha, iżda saħaq li hemm bżonn isir iktar speċjalment għal soluzzjoni dwar is-sitwazzjoni prekarja fil- Libja. Filwaqt li faħħar ix- xogħol bilaterali li qed tagħmel l-Italja mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, Muscat qal li r-reġjun se jaffaċċja kriżi ta' migrazzjoni fir- rebbiegħa li ġejja jekk mhux se jkun hemm front maqgħud li jwettaq aktar. Dwar il-preparamenti għall-avveniment f 'Marzu li jfakkar is-60 anniversarju mit-trattat ta' Ruma, il-Prim Ministru qal li s-Summit f 'Malta jrid joħroġ b'diskussjoni politika serja dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea bbażat fuq l-għaqda. Sostna li ma nistgħux ngħaddu bla ambizzjoni għall-Ewropa, għalhekk nhar il-Ġimgħa l-Mexxejja Ewropej iridu jimbuttaw l-ideat tagħhom dwar il-viżjoni tal-progett Ewropew. Dan is-Summit tal-pajjiżi fin-naħa t'isfel tal-Unjoni Ewropea huwa t-tieni tax-xorta tiegħu wara dak li tlaqqa' f 'Settembru li għadda ġewwa Ateni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 January 2017